Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Siġġiewi – Triq l-Imqabba – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 831 u jagħti dettalji (timeframes, fażijiet u data tal-bidu tax-xogħlijiet) dwar il-proġett ta' twessigħ parzjali minn Infrastructure Malta fi Triq l-Imqabba (magħrufa bħala Ta' Kandja) fil-limiti tas-Siġġiewi, meta ser jibda x-xogħol u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta’ dan il-proġett?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa Infrastructure Malta qiegħda fil-fażi ta’ preparamenti tal-pjanti u surveys neċessarji fiż-żona kollha ta’ Triq l-Imqabba (magħrufa bħala Ta' Kandja), biex ikun jista jibda il-proċess ta’ espropju neċessarju.

Is-Siġġiewi – Triq Bur il-Kbir – Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 830 u jagħti dettalji tal-fażijiet u timeframes tal-proġett li għaddej preżentement minn Infrastructure Malta fi Triq ta' Bur il-Kbir, fis-Siġġiewi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta’ dan il-proġett?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Bur il-Kbir mexjin tajjeb, fejn preżentament sar madwar 70% tat-twessiegħ ippjanat. Matul ix-xhur tas-Sajf it-triq ser tkun qed tingħalaq b’mod totali, sabiex ikunu jistgħu jsiru l-kumpalment tax-xogħlijiet tat-twessiegħ li minħabba l-livelli tal-għelieqi u d-djuq tat-triq ma jippermettux li jsiru waqt li t-triq tkun parzjalment miftuħa għall-karozzi. Il-pjan hu li t-triq titlesta b’mod totali, u terġa tinfetaħ lura għall-vetturi sa qabel il-ftuħ tal-iskejjel.

Is-Siġġiewi – Proġett ta’ Għar Lapsi – Spiża

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 829 u tagħti dettalji tal-ispiża tal-proġett ta’ Għar Lapsi, fis-Siġġiewi, wara l-maltempata Harry u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Bill of Quantities ta’ dan il-proġett?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-mument l-informazzjoni li qiegħed jitlob ma tistax tingħata minħabba li l-proġett għaddej. Kif diġà spjegajtlu, fit-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 828, dan il-proġett, huwa maqsum fi tlett fażijiet. L-ewwel fażi tinkludi t-tiswija tar-rampa u l-bini ta’ turġien, kif ukoll il-bini mill-ġdid ta’ jetty għall-għawwiema. Malli tkun konkluża din il-fażi, il-proġett se jgħaddi għall-bini mill-ġdid tal-iskall għall-bajja u t-tqegħid ta’ blat tal-qawwi (li ser jittella’ mill-istess bajja) sabiex joffri protezzjoni mill-mewġ lil dan l-iskall. L-aħħar fażi se tikkonsisti f’interventi ta’ konsolidament tal-irdum u li tinkludi ħidma ma’ konsulenti ġeotekniċi, li qed iħejju fid-dettall diversi interventi u pjanti meħtieġa għall-konsolidament ta’ dan l-irdum, sabiex tittejjeb s-sigurtà tan-nies li jiffrekwentaw din il-bajja. Infurmata li bħalma jiġri dejjem, ikunu segwiti l-proċeduri applikabbli li joħorġu mir-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku. Il-Gvern jibqa’ impenjat li jwettaq dawn l-interventi bl-ogħla standards ta’ sigurtà u kwalità.

Marsaskala - Tal-Fajtata - Parkeġġ - Xogħlijiet

Question

B’referenza għax-xogħol imwettaq minn Infrastructure Malta fil-parkeġġ tal-Fajtata, f’Marsaskala, li pjanta dwarha qed tingħata separatament, jista’ l-Ministru jagħti dettalji f’tabella dwar liema żona/art ġiet esproprjata, meta nbeda u ġie tterminat l-proċess, u d-data ta’ liema Gazzetta tal-Gvern ħarġet it-talba?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Marsaskala - Tal-Fajtata - Parkeġġ - Xogħlijiet

Question

B’referenza għax-xogħol imwettaq minn Infrastructure Malta fil-parkeġġ tal-Fajtata, f’Marsaskala, li pjanta dwarha qed tingħata separatament, u ġaladarba din iż-żona mhux parti minn triq skedata, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar il-permess tal-iżvilupp relatat ma’ dawn ix-xogħlijiet?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ u tal-proċessi li għadhom għaddejjin, ma jkunx xieraq, li f’dan l-istadju, tiġi preġudikata l-pożizzjoni legali tal-Aġenzija dwar il-materja inkwistjoni.

Marsaskala - Tal-Fajtata - Parkeġġ - Xogħlijiet

Question

B’referenza għax-xogħol imwettaq minn Infrastructure Malta fil-parkeġġ tal-Fajtata, f’Marsaskala, li pjanta dwarha qed tingħata separatament, jista’ l-Ministru jagħti dettalji f’tabella dwar x’tip ta’ xogħol sar u kemm ġie jiswa dan ix-xogħol?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ u tal-proċessi li għadhom għaddejjin, ma jkunx xieraq, li f’dan l-istadju, tiġi preġudikata l-pożizzjoni legali tal-Aġenzija dwar il-materja inkwistjoni.

Marsaskala - Tal-Fajtata - Parkeġġ - Xogħlijiet

Question

B’referenza għax-xogħol imwettaq minn Infrastructure Malta fil-parkeġġ tal-Fajtata, f’Marsaskala, li pjanta dwarha qed tingħata separatament, jista’ l-Ministru jagħti dettalji f’tabella dwar liema żona/art ġiet esproprjata, meta nbeda u ġie tterminat l-proċess, u d-data ta’ liema Gazzetta tal-Gvern ħarġet it-talba?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ u tal-proċessi li għadhom għaddejjin, ma jkunx xieraq, li f’dan l-istadju, tiġi preġudikata l-pożizzjoni legali tal-Aġenzija dwar il-materja inkwistjoni.

Infrastructure Malta – Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti li preżentement għaddej ix-xogħol fuqhom minn Infrastructure Malta bid-dettalji segwenti: i.    it-triq u l-lokalità; ii.   it-tip ta' proġett; iii.  id-data ta' meta nbeda l-proġett; u iv.  it-tul tal-eżekuzzjoni tal-proġett (f'ġimgħat/working weeks) skont kif indikat fit-tender, framework jew dokument ta' procurement ieħor?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema proġett qed jirreferi.

Trasport pubbliku – Ilmenti – Sena 2026

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva dwar it-trasport pubbliku (karozzi tal-linja) fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont il-kategorija tal-ilment (dewmien, iffullar, imġieba tas-sewwieqa, aċċessibbiltà, indafa u oħrajn)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-bidu tas-sena 2026 sas-17 ta’ Ġunju 2026, daħal total ta’ 674 ilment relatati mas-servizz tat-trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja, maqsuma skont il-kategorija kif ġej: Kategorija Għadd Kundizzjoni tal-karozzi tal-linja 4 Bus shelters 21 Bus stops 85 Nuqqas ta’ kapaċità 62 Xufiera jew impjegati tal-operatur 129 Puntwalità 32 Affidabbiltà 64 Skedi 83 Oħrajn 194 Total 674

Trasport pubbliku – Ilmenti – Sena 2025

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva dwar it-trasport pubbliku (karozzi tal-linja) matul is-sena 2025, maqsuma skont il-kategorija tal-ilment (dewmien, iffullar, imġieba tas-sewwieqa, aċċessibbiltà, indafa u oħrajn)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul is-sena 2025, ġew riċevuti total ta’ 1,996 ilment relatati mas-servizz tat-trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja, maqsuma skont il-kategorija kif ġej: Kategorija Għadd Kundizzjoni tal-karozzi tal-linja 9 Bus shelters 50 Bus stops 186 Nuqqas ta’ kapaċità 260 Xufiera jew impjegati tal-operatur 313 Puntwalità 152 Affidabbiltà 194 Skedi 383 Oħrajn 449 Total 1996

Trasport pubbliku – Ilmenti – Sena 2024

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva dwar it-trasport pubbliku (karozzi tal-linja) matul is-sena 2024, maqsuma skont il-kategorija tal-ilment (dewmien, iffullar, imġieba tas-sewwieqa, aċċessibbiltà, indafa u oħrajn)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Karozzi tal-linja – Passiġġieri bilwieqfa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq il-karozzi tal-linja tat-trasport pubbliku matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, bil-għan li jiġi vverifikat li n-numru ta' passiġġieri bilwieqfa ma kienx jaqbeż il-kapaċità massima permessa? Jista' jgħid ukoll, għal kull sena separata, kemm instabu każijiet fejn il-kapaċità massima ta' passiġġieri bilwieqfa kienet inqabżet u x'azzjoni ttieħdet f'dawn il-każijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta twettaq spezzjonijiet regolari fuq il-karozzi tal-linja. Dawn l-ispezzjonijiet ikopru, fost l-oħrajn, il-kundizzjoni tal-vettura, aspetti relatati mas-saħħa u s-sigurtà, kif ukoll ix-xufiera. Bħala parti minn dawn l-ispezzjonijiet, l-uffiċjali ta’ Transport Malta jivverifikaw ukoll li n-numru ta’ passiġġieri bilwieqfa ma jaqbiżx il-limitu stabbilit fis-Certificate of Conformity tal-vettura. It-tabella li ġejja turi n-numru ta’ spezzjonijiet imwettqa, kif ukoll l-għadd ta’ każijiet fejn instab li karozza tal-linja kienet qed iġġorr aktar passiġġieri mil-limitu permess: Sena Numru ta' Spezzjonijiet Każi ta' Overloading 2024 22,118 0 2025 30,572 1 2026 (Bejn Jannar u Mejju) 16,026 4

Persuni li ħarġu mis-suq tax-xogħol – Sena 2026

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ħarġet mis-suq tax-xogħol fl-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont il-kawża ewlenija, inkluż irtirar, emigrazzjoni u raġunijiet oħra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.

Persuni impjegati f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata f'Malta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bejn ċittadini Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ċittadini ta' pajjiżi terzi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f' seduta oħra.

Infrastucture Malta – Miżuri – Tibdil fil-klima

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji (policies u tekniċi) dwar x'miżuri qed tieħu Infrastructure Malta fil-proġetti tagħha fir-rigward tat-tibdil fil-klima u sabiex is-sistema infrastrutturali tagħna tkun iktar reżiljenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.

Ħal Qormi – Triq Ġużè Duca, Triq Manwel Dimech u Triq Ħal Luqa – Problema tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji u pjanijiet dwar kif ser tissolva l-problema ta' traffiku fil-junction magħrufa bħala tal-Imgħallaq u ċjoè; Triq Ġużè Duca, Triq Manwel Dimech u Triq Ħal Luqa, f’Ħal Qormi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nonforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Is-Siġġiewi – Triq Blat il-Qamar – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti data dwar meta ser jibda x-xogħol ta' rikostruzzjoni mill-ġdid minn Infrastructure Malta, ta' Triq Blat il-Qamar, fis-Siġġiewi u kemm huwa indikat li se jdum dan il-proġett?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nonforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.