Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa matul l-2005 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Liġi tal-Adozzjoni li tmur kontra d-drittijiet ta' koppji miżżewġin li jkunu jridu jadottaw tfal
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux l-emendi għall-artiklu tal-Kodiċi Ċivili ta' Malta pertinenti għall-każ u għad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta ta' April 2009 dwar kif il-Liġi tal-Adozzjoni tmur kontra d-drittijiet ta' koppji miżżewġin li jkunu jridu jadottaw tfal? Jekk ghadhom ma sarux l-emendi neċessarji, tista' l-Ministru tgħid x’qed iżomm lill-gvern milli jagħmel dawn l-emendi? Jekk għadhom ma sarux dawn l-emendi, tista' tgħid sa meta se jkunu saru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru qed jikkonsulta mal-entitajiet li jaħdmu fil-qasam tal-adozzjoni sabiex jiġu diskussi emendi oħra li huma meħtieġa sabiex intejbu l-qafas leġislattiv li għandu x’jaqsam mal-adozzjoni. Huwa ppjanat li dawn l-emendi jitressqu quddiem il-Parlament f'Omnibus Act li jitressaq iktar tard din is-sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14531, 14380, 14058, 11944 u 11804 u jgħid f’liema stadju waslet l-approvazzjoni tal-pillola EXJADE sabiex tingħata b’xejn mis-servizz pubbliku tas-saħħa lil dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni tat-Thalassemia? Jista’ jagħti data indikattiva ta’ meta din il-mediċina se tkun disponibbli għal dawn il-persuni?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-mediċina Deferasirox (Exjade) ġiet evalwata għal kundizzjoni tat-Thalassemia. Bħalissa qed issir evalwazzjoni ekonomika biex din tkun disponibbli għall-pubbliku skond il-prijoritajiet tal-Gvern fid-dawl tal-fatti li issa hemm baġit allokat għall-mediċini ġodda.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14380, 14058, 11944 u 11804 u jgħid f’liema stadju waslet l-approvazzjoni tal-pillola EXJADE sabiex tingħata b’xejn mis-servizz pubbliku tas-saħħa lil dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni tat-Thalassemia? Jista’ jagħti data indikattiva ta’ meta din il-mediċina se tkun disponibbli għal dawn il-persuni?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14058, 1194 u 11804 u jgħid f’liema stadju waslet l-approvazzjoni tal-pillola EXJADE sabiex tingħata b’xejn mis-servizz pubbliku tas-saħħa lil dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni tat-Thalassemia? Jista’ jagħti data indikattiva ta’ meta din il-mediċina se tkun disponibbli għal dawn il-persuni?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1194 u 11804 u jgħid f’liema stadju waslet l-approvazzjoni tal-pillola EXJADE sabiex tingħata b’xejn mis-servizz pubbliku tas-saħħa lil dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni tat-Thalassemia? Jista’ jagħti data indikattiva ta’ meta din il-mediċina se tkun disponibbli għal dawn il-persuni?
Wara l-attentat riċenti fuq ajruplan Amerikan fi triqtu mill-Olanda għall-Istati Uniti, fejn kien hemm għadd ta' pajjiżi li ħabbru li se jkunu qed jesiġu l-introduzzjoni ta' body scanners fl-ajruporti tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern f'dan ir-rigward? Il-Gvern eżamina din il-possibilità? Saru taħdidiet mal-mexxejja tal-Malta International Airport? Jekk ittieħdet deċizjoni li jiddaħħlu l-body scanners, meta se jiddaħħlu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-bidu tas-sena 2009, l-Aviation Security Committee kien diġà beda jeżamina l-possibilita' tal-introduzzjoni ta' body scanners. Għal dawn il-laqgħat dejjem kien hemm rappreżentant tal-Malta International Airport. Ninsab infurmat illi deċiżjoni definittivà ma ttieħditx għar-raġuni li l-użu tal-body scanners għadu qiegħed jiġi diskuss anke fost pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropeja li qegħdin jevalwaw l-implikazzjoni tal-inċident li seħħ fuq l-ajruplan Amerikan. Kwalunkwe introduzzjoni ta' apparat tas-sigurtà bħal ma huma l-body scanners ser jingħata kull konsiderazzjoni sabiex nassiguraw li jinżamm livell għoli ta' sigurtà fl-ajruport.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11804 u jgħid f’liema stadju waslet l-approvazzjoni tal-pillola EXJADE sabiex tingħata b’xejn mis-servizz pubbliku tas-saħħa lil dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni tat-Thalassemia?
Jista’ jagħti data indikattiva ta’ meta din il-mediċina se tkun disponibbli għal dawn il-persuni?
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-approvazzjoni tal-pillola EXJADE sabiex tingħata b’xejn mis-servizz pubbliku tas-saħħa lil dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni tat-Thalassemia?
Jista’ jagħti data indikattiva ta’ meta din il-mediċina se tkun disponibbli għal dawn il-persuni?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10081 u jispjega x’qed iwassal għal nuqqas ta’ provvista tal-injezzjoni Clexane? Jista’ jgħid meta din l-injezzjoni se terga' tkun in stock?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-nuqqas ta’ provvista tal-injezzjoni Clexane huwa riżultat tad-domanda globali għal din il-medicina li hija akbar minn kemm il-manifatturi jistgħu jipproducu. Madankollu, id-Dipartiment tal-Procurement tad-Diviżjoni tas-Saħħa għandu kuntratt għal dożi differenti tal-injections Clexane u il-kuntrattur qiegħed jissuplixxi lid-Dipartiment b’dożi differenti fuq bażi regolari.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Training Aid Framework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
a) Meta tnediet l-iskema
Training Aid Framework
mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
b) Kemm huwa n-numru ta’
staff
li bħalissa qed imexxi din l-iskema ?
ċ) Għad jonqos iktar nies li jridu jiġu impjegati biex jintlaħaq il-
full complement
?
d) Kemm intlaqgħu b’kollox applikazzjonijiet taħt din l-iskeda?
e) Jikkonferma li biex applikazzjoni tkun meqjusa bħala valida trid tkun ippreżentata mill-inqas tliet ġimgħat qabel ma jibda t-taħriġ?
f) Kien hemm applikazzjonijiet li minkejja li ma ġewx ipprezentati mill-inqas tliet ġimgħat qabel ma beda t-taħriġ, xorta waħda kienu aċċettati ?
g) Kemm-il applikazzjoni ġiet approvata?
ġ) Kemm saru ħlasijiet s’issa taħt din l-iskema?
h) Jikkonferma li sal-lum l-applikazzjonijiet qed jiġu pproċessati b’mod manwali u mhux b'mod kompjuterizzat ?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (KXT) nediet l-iskema Training Aid Framework fl-20 ta’ Frar 2009. Bħalissa, hemm ħames persuni jaħdmu fuq din l-iskema u m’hemmx il-ħsieb li jiġu ngaġġati aktar impjegati. Sal-5 t’Awwissu 2009, intlaqgħu erba’ mija u ħamsin applikazzjoni. Il-KXT tikkonferma li l-Linji Gwida ta’ l-Iskema jgħidu li applikazzjonijiet taħt it-Training Aid Framework iridu jiġu sottomessi mhux aktar tard minn tliet ġimgħat qabel ma jibda t-taħriġ. Filwaqt li l-ETC ġieli rċeviet applikazzjonijiet inqas minn tliet ġimgħat qabel ma kellu jibda t-taħriġ ikkonċernat, l-ebda waħda minn dawn l-applikazzjonijiet ma ġiet approvata mill-ETC u għalhekk dan it-taħriġ mhux ser jiġi ssussidjat taħt it-Training Aid Framework. Sa l-5 t’Awwissu, sittin applikazzjoni ġew approvati, u s’issa ma sar l-ebda ħlas għax il-proċess għadu għaddej. Il-proċess fih żewg stadji: l-azjenda tapplika għal għotja ta’ taħriġ taħt l-iskema qabel ma jsir it-taħriġ. Jekk l-applikazzjoni tiġi approvata, u t-taħriġ isir, imbagħad jibda l-ipproċessar tal-ħlas dovut. Il-KXT tikkonferma li sal-lum, is-software għal din l-iskema qiegħed jiġi ttestjat (quality assuranċe stage) u għalhekk l-ipproċessar qed ikun manwali.
Skemi ta' irtirar kmieni għall-ħaddiema tat-Tarzna — Cut off date
Question
Jista' l-Ministru jispjega r-raġuni wara d-deċiżjoni li kienet ittieħdet meta ħarġu l-iskemi ta' irtirar kmieni għall-ħaddiema tat-Tarzna, biex il-cut off date tagħhom tkun il-31 ta' Lulju, 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħal ma sar meta ħarġu l-iskemi ta’ rtirar kmieni u riżenji volontarji tal-2002 u dawk tal-2003, wara li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu varati l-iskemi, sar analiżi ta’ kemm kien hemm bżonn żmien biex isiru l-preparamenti kollha u ntgħażlet il-31 ta’ Lulju 2008 bħala d-data sa meta kien maħsub li x-xogħol kollu preparatorju jkun lest. Dan ix-xogħol kien jinkludi:
- kalkolazzjonijiet tas-somom għal kull ħaddiem;
- verifikazzjoni fid-dettal ta’ dawn il-kalkolazzjonijiet;
- taħdidiet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema;
- taħdidiet oħra bejn il-Ministeru u t-tmexxija tat-Tarzna;
- preparazzjonij ta’
Help Desks
għall-benefiċċju tal-ħaddiema;
- diskussjonijiet mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fuq skemi maħluqa apposta għall-ħaddiema tat-Tarzna;
- diskussjonijiet mad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali fuq drittijiet tal-ħaddiema dwar pensjonijet u benefiċċji soċjali;
- stampar tal-ittri kollha u mpustar ta’ l-istess ittri; u
- preparamenti bankarji biex jitlestew il-flus għal meta jissarfu ċ-ċekkijiet.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta’ tisbiħ u tranġar ta’ kanal ħdejn Kennedy Grove? Kemm kienet ippjanata li kellha tkun l-ispiża oriġinali fuq dan il-proġett? Kemm hija l-ispiża minfuqa s'issa? Kemm mistenni jqum fit-totalità tiegħu l-proġett? Meta beda dan il-proġett u kemm kien imbassar li jdum? Meta huwa mistenni li jintemm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-proġett ta’ tisbiħ u tranġar tal-kanal ħdejn Kennedy Grove huwa ppjanat fuq żewġ fażijiet. L-ewwel fażi li kienet tibda minn ħdejn is-Sokkors il-Kbir u tasal sa l-ewwel bridge li għandhom Silka Ltd tlestiet mix-xogħol ta’ tħammil u irranġar ta’ ħitan li kienu sofrew ħsara bil-maltemp ta’ l-2003. Sar ukoll it-tqegħid ta’ precast elements li qed jifformaw il-kanal.
It-tieni fażi li tikkonsisti fit-tħammil tal-kumplament tal-kanal u xogħol ta’ tisbih fejn saru l-interventi fiż-żewġ fażijiet, ser tinbeda l-ġimgħa d-dieħla u hu maħsub li tieħu madwar xagħrejn biex titlesta. Din il-fażi tikkonsisti f’inqas xogħol mill-ewwel fażi.
L-ispiża hu maħsub li tkun kif ppjanata, jiġifieri madwar € 281,000. S’issa ntefqu € 186,381.
Dan il-proġett inbeda f’Jannar 2009 u hu ppjanat li jitlesta sa Diċembru 2009.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-tilqim, per eżempju dak li jingħata lit-tfal, hux suġġett għall-VAT?
Jekk fl-affermattiv, għaliex it-tilqim m'huwiex ikkonsidrat bħal mediċini oħra u għalhekk ma jiġix suġġett għall-VAT?
L-impożizzjoni ta’ VAT fuq it-tilqim hija deċizjoni li ħa l-Gvern Malti minn rajh jew toħroġ mill-mod kif saru n-negozjati għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea?
It-tilqim kien fost il-mediċini li l-Gvern Malti talab lill-Unjoni Ewropea biex ma jżommx VAT fuqhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tilqim, inkluż dak li jingħata lit-tfal, hu suġġett għal rata mnaqqsa ta’ VAT ta’ ħamsa fil-mija.
It-tilqim m’huwiex ikkunsidrat bħal mediċini oħra li mhux suġġetti għall-VAT minħabba li bħala prodott hu klassifikat taħt l-intestatura HS 30.02. Prodotti li jaqgħu taħt din l-intestatura huma suġġetti għal rata mnaqqsa ta’ VAT ta’ ħamsa fil-mija.
L-impożizzjoni ta’ VAT fuq it-tilqim toħroġ min-negozjati għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja fejn Malta ntalbet tallineja d-deroga tagħha fuq prodotti farmaċewtiċi ma’ eżenzjonijiet simili li kienu jeżistu fi Stati Membri oħra.
Fit-talba oriġinali tiegħu lill-Unjoni Ewropeja, l-Gvern Malti kien talab li t-tilqim ikun eżenti mill-VAT bi kreditu.
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistosija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Il-Ministeru tiegħi għandu il-kompetenza għall-klassifikazzjoni tal-prodotti mediċinali skond l-Att Dwar il-Mediċini. Skond dan il-Att it-tilqim huma kklassifkati bħala prodotti mediċinali.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-tilqim, per eżempju dak li jingħata lit-tfal, hux suġġett għall-VAT?
Jekk fl-affermattiv, għaliex it-tilqim m'huwiex ikkonsidrat bħal mediċini oħra u għalhekk ma jiġix suġġett għall-VAT?
L-impożizzjoni ta’ VAT fuq it-tilqim hija deċizjoni li ħa l-Gvern Malti minn rajh jew toħroġ mill-mod kif saru n-negozjati għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea?
It-tilqim kien fost il-mediċini li l-Gvern Malti talab lill-Unjoni Ewropea biex ma jżommx VAT fuqhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
In vista tal-fatt li fis-7 ta' Marzu 2008, d-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili ta l-permess lil Island Microlight Club biex jopera titjiriet b'aircraft microlight fil-heliport t'Għawdex, jista' l-Ministru jispjega x'qed izomm milli l-istess club jingħata access għall-heliport sabiex jibda dawn l-operazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
In vista tal-fatt li fis-7 ta' Marzu 2008, d-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili ta l-permess lil Island Microlight Club biex jopera titjiriet b'aircraft microlight fil-heliport t'Għawdex, tista' l-Ministru tispjega x'qed iżomm milli l-istess club jingħata aċċess għall-heliport sabiex jibda dawn l-operazzjonijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma f'liema xhur saru l-pagamenti tal-iskemi tal-irtirar kmieni mit-Tarzna mħabbra mill-Gvern is-sena li għaddiet? Kemm kien l-ammont totali mħallas f'dawn l-iskemi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.