Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-proċess tat-tiġdid tal-Karti tal-Identità? Kemm huwa kkalkulat li jdum xhur il-proċess tat-tiġdid biex jiġi komplut?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proċess tat-tiġdid tal-Karti tal-Identita` ser jibda wara li tiġi żviluppata s-sistema il-ġdida. L-iżviluppatur tekniku ta’ din is-sistema diġa ġie identifikat u bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-MITA u dan il-kuntrattur dwar is-sistema l-ġdida. Hu mistenni li dawn id-diskussjonijiet jiġu konkluzi fil-ġimgħat li ġejjin u li l-iżvilupp tal-proġett jibda lejn l-aħħar ta’ din is-sena.
Tista' l-Ministru tgħid jekk pajjiżna huwiex eleġibbli li jipparteċipa fl-inizjattiva Programme for International Student Assessment (PISA) imnedija mill-OECD fejn isir stħarriġ dwar l-istati tal-edukazzjoni ta' żgħażagħ ta' 15-il sena f'pajjiżi industrijalizzati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Malta tista’, bħal pajjiżi oħra, tagħmel talba formali lill-OECD biex tipparteċipa fl-inizjattiva Programme for International Student Assessment (PISA) imnedija mill-OECD. Fil-fatt Malta ma tmien (8) pajjiżi oħra għamlet talba formali biex tipparteċipa f’PISA 2009 Plus. PISA 2009 Plus huwa repetizzjoni tal-PISA 2009 għall-dawk il-pajjizi li ma laħqux japplikaw għall-PISA 2009. Din it-talba ġiet aċċettata u l-istħarriġ prinċipali (“main survey)” sar f’Marzu tal-2010 mal-istudenti li kienu jattendu l-ħames klassi tal-iskejjel sekondarji f’Malta u Għawdex. Ir-riżultati mistennija jiġu ippublikati f’Diċembru tal-2011.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern ċentrali hux beħsiebu jirranġa u jagħti wiċċ ġdid lil Triq id-Dwejra, li twassal għad-Dwejra, limiti tar-Rabat? Jekk iva, meta huwa ppjanat li ssir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 19036 u oħrajn simili, li fiha l-Ministru qal li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni u l-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika ma jzommux informazzjoni dwar kemm nisa jieħdu maternity leave imħallsa skond il-legislazzjoni ezistenti u mil-liema setturi ekonomici ġejjin, jista’ l-Ministru jgħid liema entita’ governattiva zzomm xi tip ta’ informazzjoni f’dan ir-rigward?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-employers u nisa fuq maternity leave m’ghandhomx obbligu li jinfurmaw lill-Gvern meta jieħdu dan il-leave; l-istess bħal per eżempju mhumiex obbligati li jinfurmaw lill-Gvern meta jieħdu vacation leave. Għalhekk il-Gvern m’għandux l-informazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant.
Nixtieq nirrimarka dwar il-parti tal-mistoqsija dwar il-ħlas lin-nisa li jkunu fuq maternity leave: ebda
employer
ma jista’ jħallas anqas minn dak stipolat fil-liġi.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19036 u oħrajn simili, li fiha l-Ministru tal-Finanzi qal li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni u l-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika ma jzommux informazzjoni dwar kemm nisa jieħdu maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u mil-liema setturi ekonomici ġejjin, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema entita’ governattiva zzomm xi tip ta’ informazzjoni f’dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19237.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18868 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u jgħid kemm kien hemm nisa matul l-2009 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tinġabarx la mid-Dipartiment tat-Taxxi u lanqas mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.
B’ referenza għal Proġett ta’ Riabilitazzjoni tas-Salini u għal pjanti maħruġa minn Transport Malta għal triq ġdida biex tieħu post dik eżistenti fl-inħawi, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm huwa stmat li se jkun hemm tmiem ta’ raba’ li se jittieħdu biex issir it-triq il-ġdida? Kemm minn din ir-raba’ hija propjetà ta’ sidien privati?
b) kemm huwa stmat li se jkun hemm raba' li se jsir parti mill-Park tas-Salini? Kemm minn din ir-raba’ hija propjetà ta’ sidien privati?
e) kemm hemm sidien privati affettwati minn din il-proposta;
f) ittieħdet deċizjoni finali dwar dan il-proġett ;
g) hemm alternattivi għat-teħid ta’ din ir-raba’ biex issir din it-triq li qed jiġu kkunsidrati;
ġ) kemm se tiġi tiswa din it-triq;
h) x’ inhu t-timeline għal dan il-proġett;
ħ) saru konsultazzjonijiet mas-sidien;
i) saru konsultazzjonijiet mal-Kunsilli Lokali involuti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’ referenza għal Proġett ta’ Riabilitazzjoni tas-Salini u għal pjanti maħruġa minn Transport Malta għal triq ġdida biex tieħu post dik eżistenti fl-inħawi, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm huwa stmat li se jkun hemm tmiem ta’ raba’ li se jittieħdu biex issir it-triq il-ġdida? Kemm minn din ir-raba’ hija propjetà ta’ sidien privati?
b) kemm huwa stmat li se jkun hemm raba' li se jsir parti mill-Park tas-Salini? Kemm minn din ir-raba’ hija propjetà ta’ sidien privati?
e) kemm hemm sidien privati affettwati minn din il-proposta;
f) ittieħdet deċizjoni finali dwar dan il-proġett ;
g) hemm alternattivi għat-teħid ta’ din ir-raba’ biex issir din it-triq u li qed jiġu kkunsidrati;
ġ) kemm se tiġi tiswa din it-triq;
h) x’ inhu t-timeline għal dan il-proġett;
ħ) saru konsultazzjonijiet mas-sidien;
i) saru konsultazzjonijiet mall-Kunsilli Lokali involuti; u
j) b’ liema mod id-deċizjoni li tittieħed din ir-raba' tinkwadra fl-istateġija tal-Gvern dwar biedja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Rigward mistoqsijiet a, g u ġ nitlob lill-Onor Kap tal-Oppożizzjoni jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. M’hu se tittiħed l-ebda raba’ agrikola privata għall-iskop tal-proġett tar-riabilitazzjoni tas-salini.
L-outline application tal-proġett għar-riabilitazzjoni diġa ġiet approvata u l- proġett huwa maħsub li jitlesta fi żmien tlett snin mill-konferma ta' kofinanzjament mill-Unjoni Ewropeja. Konsultazzjonijiet dwar il-proġett saru skont il-proċeduri stabbiliti tal-MEPA. Dan il-proġett ġie propost għal finanzjament mill-pjan għall-iżvilupp rurali għax hu eżempju mill-aqwa ta’ konservazzjoni ta’ wirt rurali ta’pajjiżna.
B'referenza għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 18829 dwar il-medicina Questran għall-pazjenti li għandhom kancer, ladarba skont il-Ministru kien hawn kwantitajiet żgħar li qed jinżammu fic-Centri tas-Saħħa, jista' l-Ministru jgħid f'liema Centri tas-Saħħa kienu jinzammu? Kien hemm stock fl-Isptar Mater Dei? Fuq liema kriterji kienu jingħataw lill-pazjenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ammonti tal-mediċina Questran li bħalissa hemm stokkjati fl-ispiżeriji tal-gvern huma kif jidher hawn taħt:
Spiżerija fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid – 6 kaxxi
Spiżerija fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla – 3 kaxxi
Spiżerija fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira – 4 kaxxi
Spiżerija fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Qormi – 4 kaxxi
Spiżerija fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara – 4 kaxxi
Spiżerija fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana – 4 kaxxi
Spiżerija fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Luqa – 3 kaxxi
Spiżerija tal-Isptar Boffa – 2 kaxxi
Spiżerija tal-Isptar Mater Dei – xejn
Din il-mediċina tintuża f’sitwazzjonijiet fejn ikun meħtieġ kontroll tal-aċidi li joħorġu mill-marrara. Għaldaqstant mhijiex esklussivament għal pazjenti li jsofru minn kanċer.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18873 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u jgħid kemm kien hemm nisa matul l-2004 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tinġabarx la mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u lanqas mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18872 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u jgħid kemm kien hemm nisa matul l-2005 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tinġabarx la mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u lanqas mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18871 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u jgħid kemm kien hemm nisa matul l-2006 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tinġabarx la mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u lanqas mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18870 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u jgħid kemm kien hemm nisa matul l-2007 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tinġabarx la mid-Dipartiment tat-Taxxi u lanqas mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18869 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u jgħid kemm kien hemm nisa matul l-2008 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tinġabarx la mid-Dipartiment tat-Taxxi u lanqas mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa matul l-2004 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha out of stock il-mediċina Questran, meħuda fost oħrajn minn pazjenti li jbatu minn kanċer? Meta hija mistennija terġa' tkun in stock?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċina Questran qatt ma kienet out of stock. Id-Diviżjoni tas-Saħħa bħalissa għandha stock limitat ta’ din il-mediċina li jinstab fiċ-Ċentri tas-Saħħa f’Malta u Għawdex. Lejn l-aħħar t’ April ingħata kuntratt u l-ewwel konsenja mistennija tasal il-ġimgħa d-dieħla.
Qabel dan il-kuntratt, id-Dipartiment tal-Procurement, Taqsima tas-Saħħa kellu żewġ (2) ordnijiet oħra pendenti li s-
suppliers
setgħu jissupplixxu biss kwantitajiet ristretti minħabba problema ta’ disponibilità ta’ din il-mediċina fis-suq internazzjonali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa matul l-2009 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa matul l-2008 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa matul l-2007 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa matul l-2006 li kienu fuq maternity leave imħallsa skond il-leġislazzjoni eżistenti u minn liema setturi ekonomiċi ġejjin?