B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 27646, 27286, 27285 rispettivament, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-accounts tal-kumitati konġunti ġewx awditjati? Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jipprovdi kopja tal-accounts kollha mit-twaqqif tal-kumitati kollha sal-lum? Jekk le, għaliex? Meta se jsiru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-Mistoqsija Parlamentari ma tikkonċernax lil dawk il-Kumitati Konġunti li ma kienux iħaddmu s-sistema tal-pooling. Dawn kienu l-Kumitati Konġunti tal-Fgura, taż-Żurrieq, tal-Belt u dak Ċentrali.
Fil-każ ta’ dawn il-Kumitati Konġunti l-flus miġbura mill-kontravenzjonijiet kienu jmorru direttament fil-kontijiet tal-Kunsilli Lokali rispettivi li kienu jiffurmawhom. F’dan id-dawl kull Kunsill Lokali membru f’dawn il-Kumitati Konġunti kien iżomm akkont tad-dħul u l-ħruġ tal-flus li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-infurzar lokali. Għaldaqstant dawn il-Kumitati Konġunti ma kienux jikkontrollaw il-movimenti tad-dħul u l-ħruġ tal-fondi li jidħlu mill-kontravenzjonijiet. Kull Kumitat Konġunt minn dawn kien jgħaddi l-
invoices
sabiex jitħallsu mill-Kunsilli Lokali membri fih u għalhekk l-awditjar dejjem sar mill-Kunsilli Lokali rispettivi, li jirċievu tali fondi. F’dan il-każ l-awditjar sar kull sena mill-awdituri mqabbda mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur.
Għaldaqstant qed inpoġġi kopja tal-
audited accounts
ta’ dawk li kienu l-Kumitati Konġunti li jħaddmu s-sistema tal-
pooling
, jiġifieri l-Kumitati Konġunti ta’ Birkirkara, Għawdex (apparti l-Kunsill Lokali tar-Rabat li ma kienx jifforma parti mill-
pooling
), Lvant, tat-Tramuntana u ż-Żejtun.
Infurmat li fir-rigward ta’ dawk li kienu l-Kumitati Konġunti ta’ Birkirkara, Għawdex, Lvant u ż-Żejtun, l-
audited accounts
tagħhom għas-snin finanzjarji li jispiċċaw f’Diċembru 2009 u Diċembru 2010 għadhom mhux finalizzati. Dawn qed jiġu finalizzati bħalissa mill-awdituri rispettivi. Fl-istess waqt dak li kien il-Kumitat Konġunt tat-Tramuntana għad irid japprova l-
audited accounts
tiegħu għal dan l-istess żmien, jiġifieri għas-snin finanzjarji li jispiċċaw f’Diċembru 2009 u Diċembru 2010.
Jien tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex jara li dawn l-
audited accounts
jitlestew mill-aktar fis possibbli sabiex hekk kif ikunu f’idejh jitpoġġew ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma’ dawn l-
audited accounts
ta’ dawk li kienu l-Kumitati Konġunti ta’ Birkirkara, Għawdex, Lvant, tat-Tramuntana u ż-Żejtun, qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-
audited accounts
ta’ dak li kien il-Kumitat Konġunt Ċentrali. Dan il-Kumitat Konġunt, kif spjegajt ftit tal-ħin ilu, ma kienx obbligat li jagħmel dan l-awditjar peress li ma kienx iħaddem is-sistema tal-
pooling
. Madankollu l-Kumitat ħass li kellu jawditja xorta waħda.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 27646, 27286, 27285 rispettivament, jista' l-Prim Ministru jgħid għal kull kumitat konġunt, minbarra l-ammonti miġbura, kemm għad hemm ċitazzjonijiet x'jinġabru? Jista' jipprovdi lista li turi kemm ilhom biex jitħallsu dawn l-ammonti? Jista' għal kull kumitat, jgħid kemm kien hemm ċitazzjonijiet li ma nġabrux matul is-snin u li ġew maqtugħa mill-kotba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammonti miġbura miċ-ċitazzjonijiet għal kull Kumitat Konġunt. Intant qed inpoġġi wkoll set ta’ dokumenti, wieħed għal kull Kumitat Konġunt, bil-bqija tal-informazzjoni.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 27646, 27286, 27285, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-ispiża ta' kull kumitat? Kif tiġi allokata u lil min isiru l-ħlasijiet? Kemm tqassmu flus fis-sena 2010 u fil-perjodu Jannar sa Ġunju 2011 mill-kumitati konġunti kollha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura minn dawk li kienu l-Kumitati Konġunti.
Kumitati Konġunti — Tqassim ta' flus bejn il-kunsilli
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 27646, 27286, 27285 rispettivament, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy li jimxu biha l-kumitati meta jiġu biex iqassmu il-flus bejn il-kunsilli? Għaliex hemm kumitati fejn fuq il-perjodu Jannar 2010 sa Ġunju 2011 tqassmu 93% tal-bilanċ (Lvant) u oħrajn fejn tħallsu biss 10% (Birkirkara)? Jista' l-Prim Ministru jgħid għal kull kumitat fejn huma depożitati l-flus mhux imqassma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm ħames Kumitati Konġunti li jħaddmu sistema ta’ pooling bejn il-Kunsilli Lokali membri fil-Kumitat rispettiv tagħhom, u erba’oħrajn li ma kienux iħaddmu tali sistema.
Dawk li kienu jħaddmu s-sistema ta’
pooling
kienu l-Kumitati Konġunti ta’ Birkirkara, Għawdex (apparti l-Kunsill Lokali tar-Rabat li ma kienx jifforma parti mill-
pooling
), Lvant, tat-Tramuntana u ż-Żejtun. Dawk li ma kienux iħaddmu tali sistema kienu l-Kumitati Konġunti tal-Fgura, taż-Żurrieq, tal-Belt u dak Ċentrali.
Fil-każ tal-Kumitati Konġunti li kienu jħaddmu sistema ta’
pooling
, it-tqassim ta’ flus kien ikun regolat permezz ta’ Ftehim ta’ Kooperazzjoni apposta. Meta l-Kumitat Konġunt iħallas il-kontijiet u jkun reġistrat bilanċ dan iħalli ammont ta’ flus sabiex jagħmel tajjeb għall-ħlas tax-xahar li jkun imiss, skont x’ikunu ddeċiedew il-Kunsilli Lokali membri fil-Kumitat Konġunt. Il-ħlas relatat isir skont il-kontravenzjonijiet li jkunu ħarġu lill-Kunsilli ndividwali u jkun depożitat fil-kontijiet bankarji għal kull Kunsill Lokali fuq bażi ndividwali. Rigward flus mhux imqassma dawn jibqgħu fir-
Reserve Fund
tal-Kumitat Konġunt.
Fil-każ tal-Kumitati Konġunti li ma kienux iħaddmu sistema ta’
pooling
, fif spjegajt fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 292, il-flus miġbura mill-kontravenzjonijiet kienu jmorru direttament fil-kontijiet tal-Kunsilli Lokali rispettivi li kienu jiffurmawhom. Kull Kunsill Lokali membru f’dawn il-Kumitati Konġunti kien iżomm akkont tad-dħul u l-ħruġ tal-flus li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-infurzar lokali. Kull Kumitat Konġunt minn dawn kien jgħaddi l-
invoices
sabiex jitħallsu mill-Kunsilli Lokali membri fih. Id-dħul kollu mis-sistema ta’ l-infurzar imur dirett għand il-Kunsilli Lokali rispettivi membri fil-Kumitat Konġunt, skont fejn ikunu nħarġu ċ-ċitazzjonijiet. Minħabba f’hekk il-Kumitati Konġunti li ma jħaddmux sistema ta’
pooling
ma jqassmu l-ebda flus lill-Kunsilli membri tagħhom.
Il-flus miċ-ċitazzjonijiet imħallsa fil-Kunsilli Lokali kienu jiġu depożitati direttament fil-kontijiet tal-Kumitati Konġunti. Il-flus miċ-ċitazzjonijiet imħallsa fid-Dipartiment tal-Liċenzji kienu jiġu depożitati fil-kont tat-Teżor li jkunu mgħoddija fil-kontijiet tal-Kumitati Konġunti perjodikament. Il-flus miċ-ċitazzjonijiet imħallsa
on-line
kienu jiġu depożitati fil-kont tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali u li jkunu mgħoddija fil-kontijiet tal-Kumitati Konġunti perjodikament.
Dwar id-differenza li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ninsab infurmat li dak li kien il-Kumitat Konġunt ta’ Birkirkara qassam l-ammont ta’ €15,000 sa l-aħħar ta’ Ġunju 2011, peress li sakemm daħlu l-flus mid-Dipartiment tal-Liċenzji u dawk imħallsa
online
fil-laqgħa tal-Kumitat Konġunt li kien imiss, dak kien l-ammont approvat reġistrat bħala
surplus
.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ordnax inkjesta fir-rigward tar-rapport fl-ewwel paġna tal-ġurnal "Illum" tal-20 ta' Marzu, 2011 dwar l-Isptar Ġenerali t'Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ordnatx inkjesta fir-rigward tar-rapport fl-ewwel paġna tal-ġurnal "Illum" tal-20 ta' Marzu, 2011 dwar l-Isptar Ġenerali t'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma ġietx ordnata inkjesta fir-rigward tar-rapport fl-ewwel paġna tal-ġurnal 'Illum' tal-20 ta' Marzu, 2011 dwar l-Isptar Ġenerali t'Għawdex għaliex mill-istatements fornuti mill-professjonisti kkonċernati ma rriżultax li kien hemm lok li ssir inkjesta.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kontijiet tad-dawl u ilma maħruġ mis-software li qed jitħaddem mill-Arms Ltd jikkonformax kompletament mal-Avviz Legali relevanti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma konformi mal-Electricity Supply Regulations u l-Water Supply Regulations u mal-Avviż Legali relevanti.
Nappella lill-Onorevoli Interpellant biex ma jibqax jilgħab b’dawn l-allegazzjonijiet infondati, u jekk huwa konxju b’każijiet li, b’konsegwenza tagħhom, qed ibagħti l-konsumatur allura jagħtina d-dettalji biex jekk dan huwa possibbli, tiġi ratifikata s-sitwazzjoni.
Jista' l-Prim Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19777 li oriġinarjament saret lill-Ministru ghall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa kkalkulat li jdum xhur il-proċess tat-tiġdid tal-karti tal-identità biex jiġi komplut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 20253.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn skejjel tal-istat li għandhom is-servizz ta’ nurse tal-post? Kemm hawn skejjel li għandhom xi arranġament alternattiv? Kemm hawn skejjel li m’għandhom l-ebda tip ta’ arranġament? X’ inhi l-policy tal-Gvern f’ dan ir-rigward?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ħames skejjel speċjali tal-istat għandhom servizz ta’ ners tal-post. Fejn hemm każijiet ta’ studenti li għandhom bżonn jieħdu mediċina b’mod regolari, fit-tul għall-mard kroniku jew xi kundizzjoni, d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għandu ftehim mal-MMDNA fejn jiġi pprovdut servizz ta’ ners li tmur fl-iskola u tamministra l-mediċina indikata. Din is-sena għandna dan is-servizz f’sitta u tletin (36) skola. Kull fejn hemm bżonn dan l-arranġament isir.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19777 u 19945 dwar il-proċess ta’ tiġdid tal-karti tal-identità u jgħid kemm huwa kkalkulat li jdum xhur biex il-proċess tat-tiġdid tal-karti tal-identità jiġi komplut minn meta jinbeda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa kkalkolat li l-proċess tat-tiġdid tal-karti ta’ l-identità jdum madwar tnax il-xahar biex jiġi komplut.
Jista' l-Prim Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19777 li oriġinarjament saret lill-Ministru ghall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa kkalkulat li jdum xhur il-proċess tat-tiġdid tal-karti tal-identità biex jiġi komplut?
Peress li f'avviż fuq il-mezzi tax-xandir id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek qed javża lill-pazjenti li huma intitolati għall-mediċini b'xejn mingħand il-Gvern u li soltu jiġbru l-mediċini tagħhom miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gżira u ta' Birkirkara rispettivament u li joqogħdu tas-Sliema u l-Iklin, jistgħu jiġbru l-formola uffiċjali tar-reġistrazzjoni mill-ispiżeriji kollha tal-lokalità tagħhom u peress li d-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek qed jgħid lill-pazjenti ta' dawn il-lokalitajiet li l-applikazzjoni li għamlu sentejn ilu m'għadhiex valida, jista' l-Ministru jgħid x' raġuni hemm għal dan il-fatt u għaliex il-pazjenti qed jerġgħu jintalbu jirreġistraw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ħafna residenti minn tas-Sliema u l-Iklin kienu bagħtu l-informazzjoni dwar l-Ispiżerija tal-Għażla tagħhom meta l-Gvern kien issospenda l-implimentazzjoni ta’ din l-iskema sabiex tiġi evalwata u konsolidata. Il-pażjenti li joqogħdu fil-lokalitajiet imsemmija qed jerġgħu jintalbu jirreġistraw sabiex id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għazla Tiegħek ikun ċert li s-servizz ta’ mediċina b’xejn li ser jingħata permezz ta’ sħubija fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek ikun wieħed ibbażat fuq il-kundizzjonijiet mediċi u t-trattament l-aktar riċenti tal-istess pażjent.
B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 19036 u oħrajn simili u 19237, la darba l-Gvern jirriżulta li m'għandux informazzjoni dwar kemm nisa jieħdu maternity leave fis-settur privat, fuq liema data l-Gvern qed jibbaża l-kalkoli tiegħu dwar l-impatt li żieda proposta fil-leave tal-maternità mill-Unjoni Ewropea jista' jkollha fuq is-settur privat f'pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara d-domanda tiegħu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal li jinsabu fuq care order? Ta' liema età huma? Kemm minnhom instabilhom post alternativ fejn jgħixu? Kemm-il post residenzjali hawn disponibli għat-tfal taħt care order? X'pjanijiet hemm biex jiżdiedu l-postijiet disponibbli għal dawn it-tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent hemm 190 tifel u tifla fuq care order. L-etajiet ivarjaw minn xahar sa tmintax-il sena. 160 minn dawn it-tfal qegħdin jgħixu f’post alternattiv. Għandu jiġi nnutat illi għalkemm hemm 30 tifel u tifla għadhom jgħixu d-dar, ir-raġunijiet jinkludu l-fatt li xi tfal minnhom qed jiġu rijintegrati lura mal-familja tagħhom.
Fil-preżent hawn 17-il residenza fejn jistgħu jiġu ospitati tfal taħt
care order
.
Din it-tweġiba ġiet ikkoreġuta bid-dokument Nru. 5881 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 287 tat-22 ta' Novembru 2010.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal li jinsabu taħt foster care? Ta' liema età huma? Kemm hemm tfal li qed jistennew foster care? Apparti l-miżuri li tħabbru fil-Budget li għadda, hemm ħsieb li jittieħdu inizjattivi ġodda biex jiżdiedu n-numru ta' persuni li jidħlu għall-fostering?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li,
1. Fil-preżent hemm 186 tifel u tifla fil-
foster care
.
2. L-etajiet tat-tfal ivarjaw minn trabi tat-twelid sa 21 sena
3. Bħalissa hemm 70 tifel/tifla, li qeg]din fi Djar Residenzjali u jistgħu ikunu fostered.
4. L-inizjattivi ġodda biex jiżdiedu n-numru ta' persuni li jidħlu għall-
fostering
jinkludu kampanja intensiva li ilha ghaddejja matul din is-sena kollha.
Bħala miżura fl-aħħar budget il-benefiċċju soċjali żdied minn €40 għal €70 fil-ġimgħa u l-eta ta’ l-għajnuna żdiedet minn 18-il sena għal 21 sena. Hemm ukoll allokazzjoni ta €73,000 għal tfal li qegħdin fil-
foster care
u għandhom ħtiġijiet speċjali
Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 19442 u jgħid kemm huwa kkalkulat li jdum xhur il-proċess tat-tiġdid tal-karti tal-identita biex jiġi komplut?
Response (GATT, AUSTIN)
It-tiġdid tal-Karti tal-Identità m' huwiex responabilità ta' dan il-Ministeru.
B’ referenza għal Proġett ta’ Riabilitazzjoni tas-Salini u għal pjanti maħruġa minn Transport Malta għal triq ġdida biex tieħu post dik eżistenti fl-inħawi, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm huwa stmat li se jkun hemm tmiem ta’ raba’ li se jittieħdu biex issir it-triq il-ġdida? Kemm minn din ir-raba’ hija propjetà ta’ sidien privati?
b) kemm huwa stmat li se jkun hemm raba' li se jsir parti mill-Park tas-Salini? Kemm minn din ir-raba’ hija propjetà ta’ sidien privati?
e) kemm hemm sidien privati affettwati minn din il-proposta;
f) ittieħdet deċizjoni finali dwar dan il-proġett ;
g) hemm alternattivi għat-teħid ta’ din ir-raba’ biex issir din it-triq li qed jiġu kkunsidrati;
ġ) kemm se tiġi tiswa din it-triq;
h) x’ inhu t-timeline għal dan il-proġett;
ħ) saru konsultazzjonijiet mas-sidien;
i) saru konsultazzjonijiet mal-Kunsilli Lokali involuti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi se jibdew numru ta’ studji fuq dan il-proġett, liema studji se jkunu qed janalizzaw diversi aspetti tal-istess proġett. Waħda mill-proposti li se tkun qed tiġi kkunsidrata tinkorpora t-teħid ta’ madwar (18) tmintax-il tomna raba sabiex ikun jista' jitwettaq il-proġett tat-triq u bħalissa għadha qed issir riċerka biex ikun stabbilit kemm minn dawn mhumiex tal-gvern. L-istess proposta tinkludi ukoll madwar (8.5) tmien tmiem u nofs ta’ triq li se jitneħħew u jiġu proposti biex jagħmlu parti mill-estensjoni tal-Park tas-Salini.
Dwar it-tieni, it-tielet u r-raba mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Transport Malta għandha żewġ alternattivi u dawn se jiġu evalwati meta se jkunu qed isiru l-istudji in konnessjoni mal-proġett in kwistjoni. L-ewwel alternattiva tinvolvi twessiegħ u allinjar ġdid ta’ Triq Kennedy Drive sabiex it-triq tgħaddi minn wara il-Park tas-Salini, kif ukoll titjib fil-ġeometrija, bini ta’ roundabouts ġodda, inklużjoni ta’ central strip u twessiegħ fi triq Tul il-Kosta saċ-Ċimiterju tal-Commonwealth. It-tieni alternattiva tinvolvi it-twessiegħ mingħajr allinjar ġdid ta’ Triq Kennedy Drive kif ukoll titjib fil-ġeometrija, bini ta’ roundabouts ġodda, inklużjoni ta’ central strip u twessiegħ fi triq Tul il-Kosta saċ-Ċimiterju tal-Commonwealth. It-twessiegħ tat-toroq fiż-żewġ alternattivi jista’ jkun parzjali u mhux matul it-triq sħiħa.
L-ewwel stimi juru li din it-triq se tiswa madwar €25 miljun iżda l-istess stejjem għadhom ma ġewx dettaljati. Din iċ-ċifra tista’ tvarja skont l-alternattivi.
Huwa prematur li wieħed jagħti data għat-tlestija ta’ dan il-proġett minħabba li din se tiddependi fuq l-eżitu tal-istudji li ħa jkunu qed isiru u l-ħruġ tal-permessi meħtieġa.
Transport Malta ħarġet avviżi fuq il-gazzetti fejn ikkomunikat l-intenzjonijiet tagħha lill-pubbliku f’dak li jirrigwarda din it-triq. Sussegwentament, id-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Transport Malta assista diversi persuni minn ħafna nħawi li jmissu ma’ din it-triq permezz ta’ informazzjoni u pjanti li ġew rikjesti mill-persuni stess.
Il-kunsilli lokali konċernati ġew ippreżentati b’dokument li jiddeskrivi il-proġett fid-dettall u dawn jistgħu jipparteċipaw f’konsultazzjoni skont il-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern ċentrali hux beħsiebu jirranġa u jagħti wiċċ ġdid lil Triq id-Dwejra, li twassal għad-Dwejra, limiti tar-Rabat? Jekk iva, meta huwa ppjanat li ssir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq la hija arterjali u lanqas distributorja u għaldaqstant nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 19036 u oħrajn simili u 19237, la darba l-Gvern jirriżulta li m'għandux informazzjoni dwar kemm nisa jieħdu maternity leave fis-settur privat, fuq liema data l-Gvern qed jibbaża l-kalkoli tiegħu dwar l-impatt li żieda proposta fil-leave tal-maternità mill-Unjoni Ewropea jista' jkollha fuq is-settur privat f'pajjiżna?
Jista' l-Ministru jikkonferma li fix-xhur li għaddew irċieva petizzjoni mingħand residenti minn Burmarrad dwar il-ħtieġa ta’ pelican lights fi Triq Burmarrad, f'Burmarrad? Jista' jgħid għaliex ix-xogħol fuq dawn il-pelican lights waqa lura u issa ilu għaddej għal iktar minn xahrejn? Jista' jgħid meta huwa ippjanat li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-traffic lights msemmija u x-xogħol ta' nstallazzjoni waqa' lura minħabba dewmien fil-proċeduri pubbliċi tal-offerti (tenders).