Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tiġi mmonterjata r-rotta 82 tal-Kumpanija Arriva? Jista' jgħid x'inhu jsir sabiex ir-residenti tal-Birżebbuġa ma jkollhomx dewmien ta' sagħtejn jew aktar għal dan is-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta kienet qiegħda tissorvelja kontinwament ir-rotta 82 mis-27 ta' Frar sal-15 t'April 2012, kemm bejn is-sebgħa u l-ħdax ta' filgħodu u wara nofsinhar bejn is-sagħtejn u l-ħamsa.
Infurmat ukoll li kif jirriżulta minn dan l-istħarriġ li sar fuq medda ta' 49 ġurnata kien hemm:
a) 1.95% biss tal-vjaġġi li kienu tard tant li kien hemm stennija ta' bejn 40 u 44 minuta; u
b) 0.73% tal-vjaġġi kienu tard tant li kien hemm stennija ta' madwar siegħa.
Transport Malta baqgħet tissorvelja din ir-rotta u qiegħda tieħu azzjoni hekk kif inhu stiġulat fil-kuntratt bejn Transport Malta u Arriva. Sadattant ġew applikat il-multi applikabbli għal dawn l-episodji.
Transport Malta — Chief Executive Officers - personal assistants
Question
Jista' l-Ministru jgħid min fejn ġie ngaġġat il-personal assistant taċ-chief executive officers għal mat-Transport Malta? Jista' jgħid jekk kenitx inħarġet call for application għal din il-post? Jista' jgħid x'tip tax-xogħol qed jesegwixxi? Jista' jindika kemm hu s-salarju flimkien mal-benefiċċji provduti lilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma ġiex ingaġġat personal assistant għaċ-chief executive officer.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pagi taċ-chief officers mhux qed jinħadmu mill-accounts department ta' Transport Malta? Jista' jgħaddi rendikont ir-raġuni wara din is-sikurezza kollha? Jista' jgħid għaliex l-awtorità qed tidħol fi spejjeż żejda meta qed tħallas lill-kumpanija Price Water House Cooper sabiex jiġu maħduma dawn is-salarji? Jista' jgħid kemm Transport Malta ħallset lil din il-kumpanija sal-lum sabiex ikunu jistgħu jinħadmu dawn is-salarji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hija prattika komuni li salarji fi gradi ta' top u/jew senior management jinħadmu minn kumpaniji privati. Minn Marzu 2010 sa Marzu 2012 Transport Malta ħallset lill-PriceWaterHouseCoopers is-somma ta' €9,225 għal servizz ta' payroll tat-top u senior management.
Fil-kunsiderazzjoni dwar taħt liema kundizzjoni tista' tinħareġ liċenzja għall-kaċċa fir-rebbiegħa, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kaċċaturi humiex se jiġu kostretti jilbsu faxxa bħal ma kienu kostretti l-istaġun li għadda li permezz tagħha wieħed jista' faċilment jidentifika persuna min oħra, liema distinzzjoni tmur kontra dak li kien ġie kundanat mit-Tribunal ta' Nunenburgu u dan stante li l-ement diskriminatorji li tali distinzjoni ġib magħha?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-faxxa li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija waħda mill-miżuri li ddaħlu sabiex igħin fl-infurzar tal-liġijiet tal-kaċċa. Hu fl-interess tal-kaċċatur ġenwin li tissaħħaħ l-infurzar u li jinqata’ kull abbuż. Għalhekk ma narax l-utilita’ li jitnaqqsu miżuri ta’ nfurzar f’każ li l-Gvern jiddeċiedi li jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa f’din ir-Rebbiegħa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm servizz ta' trasport pubbliku fi Triq it-Tempesta l-Qrendi peress illi għad li hemm il-bus stops tal-linja ma tgħaddix?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-preżent mhux ippjanat li jkun hemm rotta tal-karozza tal-linja minn Triq it-Tempesta. Madanakollu infurmat ukoll li s-servizzi 72, 117 u 118 iservu waqfiet fil-qrib ta' Triq it-Tempesta.
Imtarfa — tindif tal-post li qabel kien l-Isptar tal-Imtarfa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi program intiż sabiex isir tindif tal-lok li qabel kien l-isptar tal-Imtarfa peress li l-istat ta' abbandun u telqa li jinsab fih il-post huwa dipressanti għall-ġenituri u uliedhom li jattendu l-iskola ta' maġenb?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sit li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant jagħmel parti mill-kumpless tal-iskola. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Noti Oħra:
Fid-dawl tal-użu ta' diesel b'kontenut għoli ta' sulphur fil-kumpless ta' Rużar Briffa Ħal Luqa, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex l-emmissjonijiet tossiċi ma jispiċċawx a detriment tar-residenti tal-madwar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
estensjoni tal-power station — makkinarju trasferit
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta l-makkinarju akwistat għall-estensjoni tal-power station se jiġi trasferit minn fuq d-Daniżi f'isem il-Gvern Malti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond il-kuntratt mall-BWSC, l-impjant se jiġi trasferit lil Enemalta wara li jinħareġ iċ-ċertifikat formali ‘Taking Over Certificate’. Dan iċ-ċertifikat jinħareġ la darba jibda jaħdem l-impjant u jkunu saru testijiet apposta li Enemalta tkun sodisfatta bihom. Huwa ppjanat li t-trasferiment isir sas-17 ta’ Settembru 2012 jew qabel.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33012, jista' l-Ministru jagħti l-lista tal-kuntratturi li ħadmu fuq it-toroq bħal asflatar, bankini eċċ. sal-lum? Jista' jindika separatament ix-xogħlijiet tat-toroq li ngħataw lil dawn il-kuntratturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Civil Aviation Directorate — lista ta' impjegati, grades, pożizzjonijiet u remunerazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-impjegati, grade, pożizzjoni u remunerazzjoni ta' dawk li jaħdmu fis-Civil Aviation Directorate?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid, konsegwenza ta', iżda mhux limitat għall-iżvilupp fil-viċinanza ta' Bieb il-Belt Valletta, fl-area tal-Mandraġġ u mkejjen oħra fil-Belt Kapitali, kemm se jkunu ntilfu postijiet ta' parkeġġ u dan bi preġudizzju għar-residenti tal-Belt? Jista' jgħid x'alternattivi għandu sabiex jagħmel tajjeb għal dan it-telf tal-postijiet ta' parkeġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Bit-tibdil kollu li sar fil-parkeġġ tal-Belt u l-madwar żdiedu 680 post u tnaqqsu 430 jiġifieri żieda komplessiva ta’ 250 il-post ta’ parkeġġ.
Fejn żdiedu
Park & Ride 400
Taraġ Arena Indipendenza (proġettat) 280
Tneħħew
Freedom Square – 77 car parking spaces (plus 9 taxi spaces)
Pope Pius V Road – 44 car parking spaces
Ditch below City Gate – 76 car parking spaces
Yellow Garage – 75 car parking spaces
Misrah San Gorg – 122 car parking spaces
Melita Street / South Street – 36 car parking spaces
Ħlas minn kumpaniji tal-ajru biex għaddew minn fuq l-ispazzju tal-ajru ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul ta' Malta minn ħlasijiet li saru minn kumpaniji tal-ajru sabiex għaddew minn fuq l-ispazzju tal-ajru Malti tul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jintervjeni u jara x qed iżżomm lill-uffiċjal tal-pulizija nkarigat sabiex tipproċessa l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li qegħda tistenna tarbija u tixtieq tiżżewweġ lill-persuna li d dettalji ukoll qed jingħataw separatament u dan meta presentat id-dokumenti kollha mitluba għal aktar min darba u dan hu każ umanitarju?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ġiet proċessata u t-talba ta' din is-sinjura ġiet milqugħa.
Birżebbuġa — uffiċċju fejn jirreġistraw persuni mingħajr impjieg
Question
Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex jiġi organizzat uffiċċju ġewwa Birżebuġa fejn dawk mingħajr impjieg ikunu jistgħu jirreġistraw fost affarijiet oħra stante li r-residenti ta' Birżebbuġa jirreġistraw ż-Żejtun u stante l-popolazzjoni kbira ta' dawn iż-żewġ villaġġi, titnaqqas il-problema tal-queues?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f'dan il-każ lill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
informazzjoni dwar opri tal-baħa li għandha Transport Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għandhiex opri żgħar tal-baħar biex ikunu jistgħu jsiru xogħlijiet fl-ibħra Maltin bħal tiswijiet eċċ.? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid jekk isirx użu minnhom? Kif jiġi mwettaq dan it-tip ta' xogħol? Jekk jirriżulta fin-negativ, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jsirx użu minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta m’għandhiex opri żgħar tal-baħar għall-użu ta’ xogħlijiet. Dan it-tip ta’ xogħol isir permezz ta’ kiri ta’ opri mingħand kuntratturi privati jew sub-contracting tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid min ġie inkarigat minn Transport Malta sabiex jesegwixxi xogħol ta' tindif fil-vened tal-Belt, Qormi u Buġibba? Jista' jgħid jekk Transport Malta ħarġitx tender għal dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ tindif ġewwa l-Belt Valletta sar minn Omajco Cleaners filwaqt li ġewwa l-Furjana, Qormi u Buġibba x-xogħol sar minn Emanuel Seisun. Ma kien hemm l-ebda sejħa għall-offerti għaliex l-ispejjeż involuti se jiġu koperti mill-operatur tat-trasport pubbliku.
Transport Malta — - uffiċjali li huma intitolati għall-fuel b'xejn
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-uffiċjali ta' Transport Malta li huma intitolati għal fuel b'xejn? Jista' jindika liema sezzjoni fi ħdan Transport Malta dawn jaqgħu? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fi fuel fis-sena 2011 u kemm minn din in-nefqa marret sabiex tagħmel tajjeb għal dawk intitolati jieħdu fuel b'xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ninsab infurmat ukoll li n-nefqa fuq fuel minn Transport Malta matul is-sena 2011 kienet ta’ €212,913.80 li minnhom €104,505.64 kienet nefqa għal dawk l-impjegati li huma ntitolati għal fuel b’xejn skont il-kuntratti jew agreements personali. Numru ta’ mpjegati oħra ngħatalhom fuel għal valur totali ta’ €56,804.06 minħabba l-esiġenzi tax-xogħol tagħhom.
Jista' l-Ministru jikkonferma li se joħroġ permessi għall-ġarr ta' turisti f'Wied iż-Żurrieq u dan in linea mad-direttiva tal-Unjoni Ewropea? Jekk f'affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li ġie deċiż li saret inġustizzja magħhom meta ma ngħatawx il-permess wara l-1987 hux se jingħataw il-permess?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema direttiva qed jirreferi.