Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju li ngħataw lil produtturi tal-ħxejjex u tal-bhejjem matul il-perjodu 1996-2007, sena b'sena? Jista' jgħid, f'każ li jirriżulta li ġie reġistrat telf ta' flus, x'kienet ir-raġuni li setgħet waslet għal dan it-telf, in vista tal-fatt li tul dawn l-aħħar snin sew l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Gvern Malti taw tant sussidji lil produtturi lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s-sussidji li ngħataw lill-produtturi tal-ħxejjex u tal-bhejjem taħt SMPPMA bdew fl-2002 u s-sussidji li ngħataw sena b’sena hu kif ġej:
2002 - € 1478972.70
2003 - € 10,016,965.00
2004 - € 1,1712,39.00
2005 - € 13,060,601.00
2006 - € 11,449,024.00
2007 - € 9,548,812.00
Nitlob l-Onor Interpellant jiċċara l-kumplament tal-Mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm extension services joperaw fil-perjodu ta' bejn 1996-2007 sena b'sena? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li dawn l-extension services ġew magħluqa fl-irħula? Jista' jgħid x'alternattiva ser jagħti fid-dawl tad-diffikulta' enormi li l-bdiewa qed jaffaċċjaw issa li qed jikkompetu f'suq akbar u f'ambjent ta' kompetizzjoni aktar wiesgħa u f'realtà ġdida?
Jista' jgħid, f'każ li jirriżulta li ġie reġistrat telf ta' flus, x'kienet ir-raġuni li setgħet waslet għal dan it-telf, in vista tal-fatt li tul dawn l-aħħar snin sew l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Gvern Malti taw tant sussidji lil produtturi lokali?
Produzzjoni ta' ħxejjex, bhejjem u prodotti agro-industrijali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatitistika konċernanti:
i) produzzjoni tal-ħxejjex
ii) produzzjoni tal-bhejjem
iii) produzzjoni tal-prodotti agro-industrijali
Jista' jgħid wkoll kemm, f'termini ta' ewros, idaħħlu flus minn dawn it-tliet setturi fil-perjodu ta' bejn 1996-2007 sena b'sena?
Jista' jgħid, f'każ li jirriżulta li ġie reġistrat telf ta' flus, x'kienet ir-raġuni li setgħet waslet għal dan it-telf, in vista tal-fatt li tul dawn l-aħħar snin sew l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Gvern Malti taw tant sussidji lil produtturi lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
In vista tal-fatt li l-biedja lokali qegħda taffaċċja diffikultajiet kbar, immaterjalment mis-sussidji u għajnuna li ġiet mogħtija, jista' l-Ministru jgħid xi pjan hemm sabiex isalva dan is-settur tant importanti wara s-sena 2013 meta l-produtturi titwaqfilhom kull għajnuna u sussidju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Nru 3289.
Jista‘ l-Ministru għar-rigward tal-għajnuna ta' restructuring taħt l-SMPPMA mis-sena 2002 sas-sena 2008:
i. Kemm ibenefikaw produtturi mill-fondi tal-I
structuring Aid
u
ii. jekk ingħataw , x’kien il-kriterju li ntuża’ ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għal liema settur qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kif tqassmet u ġiet allokata l-ispecial temporary state aid lil produtturi tal-majjal rigward is-sussidju tal-SMPPMA u l-għajnuna ta' restructuring taħt l-SMPPMA mis-sena 2002 sas-sena 2008? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi iffrankar tal-flus ta’ dak il-laħam li ma nqatilx? Kemm kienet din is-somma?
Fid-dawl tal-iskontentezza li qed tiddomina fil-pajjiż naxxenti minn sensazzjoni li l-gvern naqas bil-kbir li jżomm il-wegħdiet tiegħu mal-produtturi tal-majjal, jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu il-gvern sabiex jgħin lil din l-industrija, meta l-istess gvern lejliet elezzjoni ipprometta u dikjara li l-prodotti Maltin huma fost l-aqwa kwalità li għandna fis-suq lokali u wkoll li l-prodotti friski għandhom valur aħjar ta’ nutrijenti minn dawk il-prodotti li jkunu importati?
Jista‘ l-Ministru jgħid f’kien l-esitu wara l-kuntratt li kien sar fis-sena 1994 għal perijodu ta' għaxar snin bejn il-KIM u erba’ produtturi biex jinbnew tlett multipliers u Sire Unit liema perijodu għalaq fis-sena 2004?
Jista' jgħid x’kienet ir-raġuni li lil dawn l-erba' produtturi, li kienu ppretendew li għandhom ikomplu bit-tmexxija tal-istess, ġew rifjutati tant li dawn intavolaw kawża f’dan is-sens kontra l-istess Gvern?
Jista' jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn huwa prefera jagħti għajnuna finanzjarja lil dawn il-produtturi minflok jilqa' t-talba tagħhom?
Jista' jinforma lil din il-Kamra dwar kemm il-gvern ħallas bħala
ex gratia
lil dawk il-
Multipliers Unit
li kellhom ftehim ta’ għaxar snin u li skadilhom il-perijodu u minn liema fond tħallsu?
Jista' jgħid x’kienu l-kriterji li fuqhom iddeċieda li jħallas dawn il-flus?
Produtturi tal-majjal — Special Temporary State Aid
Question
Jista‘ l-Ministru jgħid għar-rigward ta' l-ispecial temporary state aid lil produtturi tal-majjali rigward is-sussidju tal-SMPPMA u għajnuna tal-restructuring taħt l-SMPPMA mis-sena 2002 sas-sena 2008,
i. X‘fondi kien hemm disponibli?
ii. Kemm minn il-fondi ma intużawx?
iii. X’qed jagħmel il-Gvern fuqhom ?
iv. X’qiegħed il-Gvern jirraporta f’dan ir-rigward lil EU?
Produtturi tal-Majjal — Għajnuna - Flus li ma ntnefqux
Question
Jista' l-Ministru jgħid għar-rigward ta' l-ispecial temporary state aid lil produtturi tal-majjali rigward is-sussidju tal-SMPPMA u għajnuna tal-restructuring taħt l-SMPPMA mis-sena 2002 sas-sena 2008, x’se jiġri mill-flus li ma ntnefqux u jekk hux se jkunu carried forward għal snin li ġejjin ?
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinbeda l-embelishment ta' Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk stante l-fatt li dan il-proġett ilu jiġi imwiegħed diversi drabi għal tant snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l- embellishment ta' Xatt is-Sajjieda ser jibda l-ġimgħa d-dieħla b’xogħol fuq in-naħa tar-residenti fejn l-ewwel xogħol ser ikun servizz ġdid ta’ drenaġġ. Dan ix-xogħol ser isir mill-kuntrattur tal-Water Services Corporation. It-Taqsima tax-Xogħlijiet ma setgħetx tibda bix-xogħol qabel ma l-Kuntrattur tal-WSC jagħmel ix-xogħol li qed nirreferi għalih.
Jista' l-Ministru jgħid, in vista tal-fatt illi l-skema ta' equity sharing ġiet abborita, x’ser jiġri f’dawk il-każijiet fejn kien hemm applikanti li saħansitra ħallsu l-ispejjes lil Awtorità tad-Djar in konnessjoni ma' l-istess skema u li t-talba tagħhom kienet ġiet approvata?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li f'każijiet fejn l-applikanti mhux ser jikkwalifikaw taħt l-iskema l-ġdida, l-ispejjes imħallsa lill-Awtorita' ser jingħataw lura.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq is-Sardinell, Zurrieq hix indikata bħala waħda minn dawk it-toroq li ser tingħata wiċċ ġdid? Jista' jgħid meta dan ix-xogħol ser jinbeda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq hija nkluża fil-programm ta’ toroq ta’ l-ADT u l-kuntratt għall-bini tagħha għandu jingħata fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinbeda l-embellishment ta' Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk stantel-fatt li dan il-proġett ilu jiġi mwiegħed diversi drabi għal tant snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jindika x’proċedura ser tintuża, issa li tħabbret il-liberalizazzjoni ta' diversi setturi fosthom dawk tal-ġarr tat-turisti f’Wied iż-Żurrieq, li permezz tagħha persuni nteressati jistgħu japplikaw?
Jista' jghid jekk, f’kazi fejn il-Qorti dikjarat li persuni li kienu applikaw iżda inġustament ġew maqbuża, tali deċiżjoni hix ser tigi meqjusa u mogħtija mportanza meta jiġu konsidrati l-applikanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Gvern għandu politika li fis-setturi ekonomiċi kollha għandu jkun hemm suq miftuħ ħlief fejn suq miftuħ ikun ta' żvantaġġ għall-konsumatur. S'issa ma ttieħdet u ma tħabbret ebda deċiżjoni dwar dgħajjes f'Wied iż-Żurrieq għalkemm nikkonferma li l-Awtorita' Marittima qed tevalwa hux jew għadux ġustifikat in-numerus clausus li jeżisti llum.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku biex tassigura li dawk li għandhom fil-pussess tagħhom liċenzja tas-sewqan ikunu fiżikament u mentalment kapaċi jsuqu l-vettura tagħhom mingħajr periklu? Jista' jgħid jekk hux qed isiru testijiet mediċi per eżempju tal-vista b'mod partikolari fuq persuni anzjani?
Response (GATT, AUSTIN)
Hekk kif stipulat bil-Liġi dwar Vetturi bil-Mutur (Liċenżji tas-Sewqan) Kapitlu 65 (18) kull persuna li tapplika għall-liċenzja tas sewqan trid tippreżenta ċertifikat tat-tabib li jiggarantaxxi li l-persuna hija fiżkament u mentalment kapaċi biex issuq vetturi mingħajr periklu. Dan iċ-ċertificat jidiskrivi ukoll l-aspetti kollha li għandom x'jaqsmu mal-vista.
F’każijiet ta’ persuni li jsuqu vetturi ta’ transport pubbliku, il-Liġi dwar Vetturi bil-Mutur (Liċenzji tas-Sewan) Kapitlu 65 (18) (46) tistipula li persuna li tkun awtorizzata ssuq vetturi tat-trasport pubbliku għandha tipproduċi ċertifikat mediku ta’ saħħa fiżika meta tagħlaq il-ħamsin sena, u kull ħames snin wara sakemm tagħlaq is-sittin sena. Wara dan, ic-ċertifikat mediku għandhu jigi muri kull sena qabel ma tiġġedded il-licenza tas-sewqan.
F’kaz ta’ persuna li għalqet is-70 sena u kull ħames snin wara, din għandha wkoll tipproduċi ċertifikat tat- tabib li hija fiżikament u mentalment stabbli. L-Liċenzja tas-sewqan ma tingħatax u ma tiġix mġedda jekk il-persuna ma tippreżentax dan iċ-ċertifikat.
Jista' l-Ministru jindaga l-pożizzjoni tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u cioe' :
i) X'inhi r-raġuni li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma jridx jaċċetta s-separazzjoni legali ta' bejn il-persuna ndikata u martu?
ii) X'inhi r-raġuni li d-dipartiment qed inaqqaslu mid-dritt ta' pensjoni tiegħu kif kienet f'Lulju, 2007?
iii) X'inhi r-raġuni li qed innaqsulu mill-pensjoni tat-Teżor kif kienet f'Lulju, 2007?
iv) X'inhi r-raġuni li għad li dan l-individwu ndikat huwa legalment separat, jgħix għal rasu u m'għandu l-ebda konnessjoni mal-persuna l-oħra fiż-żwieġ, qiegħed jiġi ndagat mid-dipartiment u mistoqsi dwar d-dħul personali tiegħu minn investimenti sabiex tiġi regolata l-pensjoni tiegħu minħabba li martu ddaħħlet minn familjari tagħha f'residenza ta' l-istat u indipendentement minnu, stante s-separazzjoni?
v) X'inhi r-raġuni li meta dan kollu nġab għal attenzjoni ta' l-awtoritajiet konċernati, dawk responsabbli mill-ħruġ tal-pensjoni min-naħa tat-Teżor ddikjaraw li huma ġew mogħtija l-ordni min-naħa ta' l-istituzzjoni fejn tinsab rikoverata martu?
Response (DALLI, JOHN)
Dwar dawk il-partijiet tal-Mistoqsija li jirrigwardaw il-pensjoni mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Dwar dawk il-partijiet li jirrigwardaw il-pensjoni mħallsa mit-Teżor, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferihom lill-Ministru konċernat.