Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żurrieq — Triq Valletta - rikostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex pjanijiet li timbarka fuq ir-rikostruzzjoni ta' Triq Valletta Żurrieq li tibda minn Ħal Kirkop u tispiċċa ż-Żurrieq? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ser jinbeda dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex il-ħsieb tiddiskuti mal-kunsilli lokali l-impatt ta' kif se jaffettwa l-inħawi t-tibdil fil- management tat-traffiku ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qrendi, Mqabba, Żurriq, Ħal SAfi u Kirkop — rural trails li jesponu s-siti storiċi w arkejoloġiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li mill-fondi tal-iżvillup rurali, jitwaqqfu rural trails li jesponu s-siti storiċi w arkejoloġiċi fl-inħawi ta' Qrendi, Mqabba, Żurrieq , Safi u Kirkop li jattiraw turisti li jħobbu jimxu u li għandhom interess fl-operi storiċi bħall-Knisja ta' Ħal Millieri, it-torri puniku , ix-xarolla , it-tempji, w oħrajn fir-reġjun tax-Xlokk ta' Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li miżura 313 tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2007 - 2013 fost l-oħrajn taħseb għall-investimenti u progetti ta’ dan it-tip. Fil-fatt waħda mill-azzjonijiet maħsuba hija li jiġu stabbiliti trails li jorbtu siti ta’ valur turistiku.

proġett fir-reġjun tax-Xlokk ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġetti li d-dipartiment minnu rappreżentat u li kien kommess li jwettaq fir-reġjun tax-Xlokk ta' Malta u li kien saħansitra beda jwettaq taħt it-tmexxija tal-eks Ministru Ninu Zammit, hux ser jitkomplew ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru jindika għal liema proġetti qiegħed jirreferi.

Kirkop — Triq San Ġwann - traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jindika r-raġuni għalfejn ma ġewx istallati traffic lights fi Triq San Ġwann , Kirkop eżattament fejn hemm il-Kulleġġ San Benedettu u s-supermarket Lidl in vista tal-attività f’din iż-żona?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mellieħa — Limiti tal-Qammieħ - Żbroff tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’passi ħa sabiex jiżgura illi l-ilma ta' taħt l-art ma jiġix kontaminat wara l-iżbroff tad-drenaġġ li kien hemm riċentement fl-inħawi tal-Qammieħ limiti tal-Mellieħa? Jista' jispjega kif nonostante l-eluf ta' flus minfuqa sabiex dan l-akkadut jiġi evitat, reġa' seħħ? Jista' jgħid ġewx istitwiti proċeduri ta' dixxiplina fil-konfront ta' min kien inkarigat mill-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Skuna Spanjola — Qbid tal-ħut

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li kontra kull direttiva ta' uffiċjali għolja fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u kontra kull prassi, l-iskuna Spanjola li nstabet ħatja ġiet mogħtija lura l-qabda tal-ħut?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #4346 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Taħriġ ta' l-Armata — Spara fuq proprjetà ta' terzi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3592, jista' l-Prim l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjonijiet indikati ġewx konklużi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4346, irrid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet imsemmija għadhom ma ġewx konklużi.

San Vincenz de Paule — Deputy Nursing Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatru d-Deputy Nursing Officers fir-Residenza San Vincenz de Paule li kienu għaddew minn interview u li r-riżultat tiegħu ħareġ fi Frar 2008? Jista' jgħid l-Acting Deputy Nursing Officers li m'għaddewx mill-imsemmi interview u li sal-lum għadhom jagħmluha ta' acting, meta ser jigu replaced min-nurses li għaddew mill-istess interview? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li dawn in-nurses ser jintbagħtu jagħmluha ta' Acting Deputies fis-swali l-ġodda li ser jiftħu fir-residenza?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Kirkop — Triq San Ġwann - rifjut għall-istallazzjoni ta' lampi

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni wara r-rifjut għall-istallazzjoni ta' lampi tad-dawl fuq l-arbli fi Triq San Gwann, Kirkop u dan allavolja l-Kunsill Lokali ta' Ħal-Kirkop ilu jilmenta minħabba d-dlam li jeżisti f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT bħalissa qed tirrivedi il-policy dwar l-street lighting fit-toroq arterjali u kull talba tiġi eventwalment ikkunsidrata a bażi tal-policies il-ġodda.

Local Action Group

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux se jħabbar il-bandu tal-Local Action Group u kemm jaħseb li jista' jkun hemm LAGs f'Malta u f'Għawdex ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-miżuri li jippermettu li l-Local Action Groups jħejju strateġija fuq bażi reġjonali u jimplimentawha ħa jiġu mnedija f’qasir żmien. Skond il-programm ta’ Żvilupp Rurali hemm il-possibilità li jiġu rikonnoxxuti tlett LAG’s, waħda f’Għawdex u tnejn f’Malta.

Apikultura — joint venture mal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid hix l-intenzjoni tiegħu li jorganizza korsijiet għal dawk il-persuni li huma interessati jitrawmu fil-mestjier tal-apikultura fin-naħa tax-Xlokk ta' Malta ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dawn il-korsijiet humiex ser jigu organizzati f’forma ta' joint venture mal-kunsilli lokali jew inkella ma' xi NGOs?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lit-Taqsima ta’ l-apikultura ma torganizzax korsijiet għal dawk li huma interessati jitrawmu fil-mestjier tal-apikultura għalkemm kontinwament tgħin u tiggwida lil dawk kollha diġà nvoluti f’dan is-settur. Korsijiet jiġu organizzati ta’ kull sena minn entitajiet oħra fosthom l-MCAST.

Bank Ċentrali ta' Malta — Direttiva European Central Bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Banek kummerċjali kollha, in linea mad-direttiva tal-European Central Bank, kif applikabbli għal Bank Ċentrali Malti, naqsux ir-rata tal-imgħaxijiet in toto u dan in linea ma' l-istess direttiva u b’mod partikolari għar-rigward tal-house loans?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qbid ta' ħut — reġistrar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali li qegħdin jirregolaw kull qabda ta’ ħut u jirreġistra kull qabda fir-reġistru kemm għal skopijiet ta’ statistika kif ukoll li minnha tkun tista’ titwettaq ir-riċerka f’dan il-qasam?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-l-uffiċjali ta’ l-izbark tat-tonn, pixxispad u l-ħut tat-tkaxkir jkunu massimu ta’ 8 waqt l-istaġun u bħalissa huwa 6. Dan ix-xogħol huwa separat min dak ta’ ġbir ta’ informazjoni għal-skopijiet xjentifiċi.

Tfaqqis u tkabbir ta' ħut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’programm għandu għal ġejjieni biex skoperti ta’ tfaqqis u tkabbir ta’ ħut li r-ricerkaturi Maltin irnexxielhom jiksbu fiċ-Ċentru ta’ San Lucian f’ Marsaxlokk, irendi impatt kummerċjali? Jista’ jgħid kemm hu kalkulat iż-żmien li Malta tibda tkabbar b’mod kummerċjali ħut mfaqqas u mkabbar f’pajjizna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Pensjoni

Question

Stante li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ħadet il-parir mogħti lilha permezz tar-risposta għal mistoqsija parlamentari 1130 pero' xorta baqgħet ma ngħatat l-ebda tweġiba, jista' l-Ministru jara li l-istess uffiċjali jirrevedu l-pensjoni tal-persuna indikata?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub bir-riżultat tar-reviżjon tal-pensjoni.

Policy li tirregola l-estrazzjoni u l-użu tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx imfassla policy li tirregola l-estrazzjoni u l-użu tal-ilma? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid fuq liema kriterji l-bdiewa u dawk kollha nvoluti fl-estrazzjoni tal-ilma qed jiġu ggwidati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Nru 3781.

Policy fl-agrikoltura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx policy fl-agrikoltura? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'inhuma l-policies applikabbli fil-qasam agrikolu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li sa llum il-Policy fl-Agrikoltura hi dik imfassla fl-Istrateġija Nazzjonali tal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali 2007-2013 u fl-Istrateġija Nazzjonali fis-Settur tal-Frott u l-Ħaxix.

Boreholes tal-privat u tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-boreholes li ġew imħaffra f'dawn l-aħħar snin minn kumpanniji li fihom hemm l-interess tal-privat u tal-Gvern humiex qed jiġu kkunsidrati bħala boreholes oħra? F'każ li ser jiġu applikati xi sistemi ta' kontroll ta' estrazzjoni ta' ilma u effettivament tiġi applikata tariffa għal dak l-ilma estratt, jista' jgħid jekk il-kumpanniji fejn il-Gvern u l-privat qed joperaw flimkien humiex ser ikunu suġġetti għal dan il-ħlas? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min se jħallas għal dan l-ilma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ligi ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn boreholes li ġew imħaffra minn kumpaniji li fihom hemm l-interess tal-privat u tal-Gvern u boreholes oħrajn. L-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi għad trid tagħmel assessment tan-notifiki kollha qabel ma jiġi deċiż x’sistemi ta’ kontroll ser jiġu applikati.