Jista' l-Ministru jgħid xi pjan t'azzjoni għandu l-gvern rigward ir-ristrutturar għall-industrija tal-apikultura u jekk għandux il-ħsieb li jifrex dan il-mestjier fin-Nofsinhar ta' Malta ?
Agrikoltura — Kimiċi, erbiċidi, insettiċidi u fungiċidi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni u jgħid x’kien l-ammont użat matul is-sena 2007 ta': -
a. Sterilitanti kimiċi biex jisterillizzaw il-ħamrija tas-serrer?
b. Erbiċidi totali li ntużaw biex jeqred l-ħaxix ħażin mit-toroq?
c. Erbiċidi selettivi mill-bdiewa biex jeħilsu minn ħaxix li mhux mixtieq fir-raba’ tagħhom?
d. Insettiċidi mill-bdiewa biex iħarsu l-prodotti tagħhom mill-insetti?
e. Fungiċidi mill-bdiewa biex iħarsu l-prodotti tagħhom minn mard tal-moffa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex ikun iktar speċifiku fl-informazzjoni li qed jitlob.
Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni u jgħid:
Kemm saru random checks għal maximum residue level tal-pestiċidi fuq ħaxix għall-ikel bħal pastard, kaboċċi u frott li qed ikun importat minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?
Kemm saru random checks għal maximum residue level tal-pestiċidi fuq ħaxix għall-ikel bħal pastard, kaboċċi u frott li qed ikun imkabbar fl-għelieqi Maltin u Għawdxin?
Matul dawn ic-checks ġieli instabu xi prodotti li kellhom livell aktar għoli ta' pestiċidi minn dak stipulat mil-liġi?
Jekk fl-affermattiv, kien hemm xi bejjiegħ li kellu prodotti li kellhom aktar residwi ta' pestiċidi minn dak permess mil-liġi?
Kif mexa d-Dipartiment tal-Agrikoltura fuq dawn il-każijiet u x'inhi n-norma tad-dipartiment f'każijiet li l-prodotti jkollhom residwi ta' kimika aktar għolja mil-livel rakkmandat mill-WHO?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, iżda għall-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob l-Onor Membru biex jiċċara għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni u jgħid jekk il-Gvern hux qed joffri xi inċentivi lill-bdiewa biex jintuża l-kontroll bijoloġiku?
Jista' jgħid jekk il-Gvern hux qed jagħmel reklamar sabiex iħajjar lill-bdiewa li jkabbru l-ħxejjex u l-frott frisk bl-użu tal-kontroll bijoloġiku jinvestu aktar f'din is-sistema?
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema bdiewa kienu qed jużaw il-kontroll bijoloġiku biex jikkontrollaw l-impatt ta’ nsetti li jagħmlu l-ħsara fuq il-prodotti tagħhom u jgħid liema predaturi jew insetti parassitiċi ntużaw u fuq liema pests intużaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li hemm 7 bdiewa li huma ċertifikati bħala produtturi organiċi filwaqt li hemm 5 oħra li qegħdin jaqilbu (in conversion)għal dan it-tip ta’ produzzjoni. Ma jinżammux rekords ta’ l-insetti li kull bidwi juża għall-kontroll bioloġiku.
Jista’ l-Minsitru jgħid kemm saru spezzjonijiet fil-ħwienet tal-laħam fis-sena 2007/2008? Jista' jgħid jekk kienx hemm spezzjonijiet fl-2007/2008 li wasslu għat-teħid ta' xi kampjun tal-laħam minn ħwienet tal-laħam? Jekk fl-affermattiv, fejn kien ittestjat l-istess kampjun għal antibijotika jew inkella għal xi forma oħra ta’ impurities fil-laħam li normalment ikunu detected fl-ispezzjoni fil-biċċerija?
Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji — Rapporti dwar laħam
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi rapporti bejn l-2007/2008 lill-iSpettorat tad-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji li kien hemm xi bejgħ ta’ laħam minn produtturi lil xi ħwienet tal-laħam li kien kontaminat? Jekk fl-affermattiv, kien hemm każi fejn ittieħdu passi u x’kienet il-proċedura li ttieħdet?
Jista' l-Ministru jgħid x’passi ħa sabiex jiżgura illi l-ilma ta' taħt l-art ma jiġix kontaminat wara l-iżbroff tad-drenaġġ li kien hemm riċentement fl-inħawi tal-Qammieħ limiti tal-Mellieħa?
Jista' jispjega kif nonostante l-eluf ta' flus minfuqa sabiex dan l-akkadut jiġi evitat, reġa' seħħ?
Jista' jgħid ġewx istitwiti proċeduri ta' dixxiplina fil-konfront ta' min kien inkarigat mill-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kontaminazzjoni li seħħet il-Mellieħa, limiti tal-Qammieħ seħħet minħabba li l-kuntrattur għamel ‘connection’ fonda taħt l-art bla ma segwa l-istruzzjonijiet fil-kuntratt. Din l-istess ‘connection’ ġiet modifikata mill-ħaddiema tal-KSI sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm problemi simili fil-futur.
Il-Kuntrattur ġie innotifikat li ser issir ‘Employer’s Claim’ fil-konfront tiegħu bħala rimedju għad-danni li seħħew.
Ma ittieħdu l-ebda passi ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ min kien inkarigat mill-proġett għaliex skond il-Korporazzjoni ma kien hemm l-ebda nuqqas tiegu u mill-ewwel ħa l-passi li kellu jieħu.
Bank Ċentrali ta' Malta — Direttiva European Central Bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Banek kummerċjali kollha, in linea mad-direttiva tal-European Central Bank, kif applikabbli għal Bank Ċentrali Malti, naqsux ir-rata tal-imgħaxijiet in toto u dan in linea ma' l-istess direttiva u b’mod partikolari għar-rigward tal-house loans?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bank Ċentrali Ewropew ma joħroġx direttivi dwar ir-rati ta’ l-imgħax. Skond l-Istatuti tas-Sistema Ewropeja ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew jista’ joħroġ regolamenti sabiex jimplimenta l-politika monetarja tal-Komunità.
Informazzjoni dwar ir-rati ta’ l-imgħax li jimponu l-banek kummerċjali Maltin tista’ tinkiseb mill-istqarrijiet għall-istampa maħruġa mill-istess banek kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu illi l-Awtorità tad-Djar ser tintroduċi proċedura li permezz tagħha kull applikant għal social houseing se jibda jintalab imur personalment b'formola apposta għand il-banek kummerċjali kollha, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-Awtorità dwar it-Trasport u bnadi oħra sabiex jitlobhom jibagħtu ittra lill-Awtorità tad-Djar dwar xi flus jew assi seta' kellu l-applikant tul l-aħħar tliet snin?
Jista' jgħid x'wassal għal din id-deċizjoni li indubjament ser issarraf f'telf ta ħin għall-applikant, liema deċiżjoni tmur kontra l-kunċett tant reklamat mill-istess awtorità u cioè tal-one stop shops?
Jista' jgħid jekk, għar-rigward, l-awtorità ħaditx in konsiderazzjoni l-fatt illi fejn qabel l-applikant kien jintalab bilanċ fil-kontijiet, issa ser jintalbu statements li jistgħu jsiru ta' piż finanzjarju konsiderevoli għall-istess applikant?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi kull min japplika għal xi skema ta’ l-Awtorita’ tad-Djar għandu d-dover li jissottometti dettalji tad-dħul annwali tiegħu kif ukoll rendikont ta’ l-assi li jippossiedi. In vista ta’ l-att tal- protezzjoni tad-data, l-Awtorita’ tad-Djar jidrilha illi l-applikanti jkunu iktar protetti jekk l-informazzjoni rikjesta tiġi miġbura minnhom stess.
Informat ukoll li l-Awtorita’ tad-Djar qegħda titlob rendikont tal-bilanċi tal-kontijiet bankarji ta’ l-aħħar tlett snin. Dan qed isir biex jiġu eliminati l-abbużi u sabiex l-għajnuna mogħtija mill-Awtorita’ tad-Djar jeħodha min l-iżjed huwa fil-bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid:
a. x’inhu dak ix-xogħol allokat lill-membri tal-ALE?
b. min hu responsabbli sabiex jagħmel l-
inspections
konċernanti (i) l-kaċċa u (ii) r-rimi illegali fis-sajf?
c. hemmx staġun miftuħ għall-kaċċa fis-sajf?
d. x’inhuma l-ħinijiet li fihom jaħdmu l-ALE matul is-sena b’mod partikolari fis-sajf?
e. kemm tressqu persuni l-Qorti, sena b’sena tul dawn l-aħħar sitt snin fuq (a) kaċċa illegali u (b) rimi ta' skart illegali mis-sezzjoni ta' (a) ALE u (b) mid-distretti rispettivi?
f. kemm u x’tip ta' apparat hemm għad-dispożizzjoni tat-taqsima tal-ALE?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima ta' l-A.L.E. tal-Pulizija tiffoka l-aktar fuq l-infurzar ta' liġijiet amministrattivi, kif ukoll fuq ksur ta' liġijiet oħra kif huwa fid-dover li jagħmel kull membru tal-Korp tal-Pulizija.
Infurmat ukoll li kemm il-membri ta' l-A.L.E. kif ukoll dawk stazzjonati fid-Distretti u Diviżjonijiet jagħmlu spezzjonijiet dwar kaċċa, kif ukoll rimi ta' żibel u skart matul is-sena kollha, inkluż ix-xhur tas-sajf. Il-membri tat-Taqsima tal-A.L.E. jaħdmu fuq sistema ta' xift.
Għar-rigward it-tielet domanda nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Avviżi Legali numri 146/93 u 184/08.
Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar persuni mressqa l-Qorti tul dawn l-aħħar sitt snin mhux disponibbli fil-mod kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Dwar aħħar domanda tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi t-Taqsima tal-A.L.E. għandha għad-dispożizzjoni tagħha, kemm vetturi, roti, kif ukoll dgħajjes. Ma nħossx li huwa opportun li għandhom jingħataw id-dettalji rikjesti mill-Onorevoli Membru.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hix veritiera l-allegazzjoni illi ċerti vetturi li jiġu allokati għall-użu tal-Korp tal-Pulizija jkunu effettivament dikjarati bħala scrap?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li mhux minnu illi ċerti vetturi li jiġu allokati għall-użu tal-Korp tal-Pulizija jkunu effettivament dikjarati bħala scrap.
Jista' l-Ministru jekk hix minnha l-allegazzjoni illi xi membri tal-banda tal-Korp tal-Pulizija kellhom ordni biex jieħdu lura lill-Quarter Master Section il-ġlekk tas-sajf biex jingħata lil ħaddieħor?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sa ftit taż-żmien ilu, il-membri tal-banda tal-Korp tal-Pulizija kienu jingħataw l-uniformi tas-sajf magħrufa bħala slacks & tunic, sabiex tintuża biss waqt parati jew attivitajiet oħra li tkun qed tieħu sehem fihom il-banda.
Peress illi llum din il-banda għandha uniformi ġdida, l-antika kienet inġabret lura skont il-prassi tas-servizz tal-Korp. Fejn irriżulta illi xi uniformijiet minn dawn kienu għadhom fi stat tajjeb, intbagħtu l-laundry sabiex, jekk ikun meħtieġ, ikunu jistgħu jerġġħu jiġu utilizzata f'attivitajiet oħra tal-Korp.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li ġie affettwat tibdil fis-sistema tal-ħlasijiet tal-overtime fil-Korp tal-Pulizija u minflok qed jingħata siegħa b’siegħa time off in lieu kontra kif kien ġie mwiegħed fil-manifest elettorali min-naħa tal-Gvern?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3437 u 3441.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom jieħdu l-membri tal-Korp tal-Pulizija li qegħdin fid-distretti tal-Hamrun, Rabat (Malta) u Raħal Ġdid mingħand l-MFA?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent l-MFA jonqosha tħallas is-somma ta' €3,741.64 għal xogħol extra duty maħdum minn membri tal-Korp tal-Pulizija li qegħdin fid-distretti msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x’ser jiġri mit-18-il ħaddiem tal-Casma Ltd li baqa' il-casino issa la jsejjaħ għat-tenders la jrid ixolji il-Casma Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Casma Ltd mhux ser tiġi likwidata.
Kull min ser jippreżenta tender ser ikun mitlub li jħaddem miegħu l-impjegati msemmija kif kien sar ma’ l-ewwel operator.