Tista' l-Ministru tgħid minn meta l-MCAST ħa taħt ir-responsabbiltà tiegħu l-maniġġ tal-Agribusiness Institute:
a. Kemm attendew studenti għal korsijiet offruti minnu?
b. Kemm kien hemm studenti li bdew il-korsijiet?
c. Kemm kien in-numru ta' studenti li m'għaddewx mill-
assignments
tagħhom?
d. Kemm kien in-numru ta' studenti li ma komplewx il-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk infetħitx is-sejħa sabiex jintefgħu offerti għat-tmexxija tal-Casino? Jekk fin-negattiv, hemm il-ħsieb li jsir dan, u meta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5537.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġiet reklutata u assenjata s-Sinjura li isimha qed jintbagħat separatament sabiex tevalwa l-applikazzjonijiet fl-ERDF għal ħlas ta' €50 fis-siegħa? Jista' jispjega kif is-Sinjura tista' tassessja l-applikazzjonijiet ta' ħuha, li ismu qed jintbagħat separatament, li hu konsulent ta' ħafna individwi u entitajiet li japplikaw għal fondi meta dan hu każ ta' konflitt ta' interess?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-liema stadju wasal id-development brief konċernanti l-kontrada tal-Girgħien f’Birżebbuġa?
Jista' jgħid ġewx sottomessi applikazzjonijiet mal-awtoritajiet konċernanti għar-rigward tal-istess proġetti hemm indikati? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li dan iseħħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Development Brief għall-inħawi Tal-Għirgħien, Birżebbuġa qed jiġi emendat wara l-kummenti li saru fit-tieni konsultazzjoni pubblika. La darba jkun finalizzat jitressaq quddiem il-bord tal-MEPA għal approvazzjoni tiegħu. Wara jkun irid ukoll l-approvazzjoni tal-Ministru konċernat.
Id-
Development Brief
jistabbilixxi z-
zoning
,
alignments
u parametri għall-iżvilupp ta' l-art f'tal-Għirgħien li tifforma parti mid-
Development Brief
kif indikat fil-Marsaxlokk Bay Local Plan. Meta dan il-pjan jiġi approvat, is-sidien ta' l-art ikunu jistgħu jitfgħu l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp u dawk li diġà intefgħu jitkompla l-ipproċessar tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-liema stadju wasal id-development brief konċernanti l-kontrada tal-Girgħien f’Birżebbuġa?
Jista' jgħid ġewx sottomessi applikazzjonijiet mal-awtoritajiet konċernanti għar-rigward tal-istess proġetti hemm indikati? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li dan iseħħ?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini ta' Triq Zakkarija Roncalli, li huwa mħabbar li għandha titlesta sa Frar 2009, liema triq trid tgħaddi minn ġo l-għelieqi u tibqa' sejra sa Fra Luca Zurki, iffissirx li din it-triq ser tinbena u tiġi asfaltata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-bini ta' Triq Fra Luca Zurki fiz-Zurrieq stante li din it-triq kellha titlesta sal-aħħar tas-sena li għaddiet ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq li tagħti miż-Żurrieq għal Ħal Far terġa' tinbena b'mod li anke jiġu kreati bays sabiex fil-partijiet dojoq tagħha l-vetturi jkunu jistgħu jieqfu sakemm titbattal il-karreġġjata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk infetħitx is-sejħa sabiex jintefgħu offerti għat-tmexxija tal-Casino? Jekk fin-negattiv, hemmx il-ħsieb li jsir dan, u meta?
Jista' l-Ministru jgħid il-larinġ ta' San Anton u tal-Buskett, li qabel kien jinġabar u jingħata fid-djar tal-anzjani u fl-isptarijiet, illum x’qed isir minnu?
X’sistema ta' kontroll u moniteraġġ għandu l-Ministru sabiex jikkontrolla x’qed isir minnu?
Jista' jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont, inkluż riċevuti, ta' kif dan il-larinġ ġie mqassam?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-larinġ ta’ San Anton u tal-Buskett jinbiegħ u jitqassam mill-Konsorzju, ELC Ltd li hu l-kuntrattur taħt il Malta Embellishment Landscaping Project. Minn naħa tagħha l-Monitoring Unit iżżomm 11,646 ewro fis-sena mill-ħlas tal-manutenzjoni, li jitpoġġew ġo fond biex minnhom jitħallas l-istess konsorzju meta jingħata proġetti li ma jitqiesux ta’ manutenzjoni. Minbarra bejgħ l-ELC regolarment jagħmlu għotijiet ta’ larinġ lill-għaqdiet u Istituti tal-karità
Il-kontroll u l-moniteraġġ li jsir mill-
M
onitoring
U
nit taħt dan il-proġett jwassal saż-żamma xierqa ta’ dawn is-siġar u l-postijiet fejn jinsabu.
Peress li l-konsorzju huwa entità privata ma tistax tingħata informazzjoni ta’ natura kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-persuna li għal dawn l-aħħar snin kienet tmexxi s-sezzjoni
ossia
diviżjoni tat-trobbija tal-annimali fl-Għammieri u li għandha grad universitarju fl-livell ta'
Masters
fis-servizzi veterinarji intbagħtet tagħmel xogħol fil-pitkalija tal-ħxejjex u l-frott f'Ta' Qali minflok uffiċjal agrikolu anzjan ikkwalifikat fl-agrikoltura u espert fil-qasam tal-ħxejjex u l-frott?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-persuna li għal dawn l-aħħar snin kienet qed tmexxi is-sezzjoni tat-trobbija ta’ l-annimali ġewwa l-Għammieri inħatret Aġent Direttur ta’ l-Agrikoltura fl-14 ta’ April 2008. Il-grad ta’ Masters ta’ dan l-uffiċjal huwa speċifikament fl-istudji agrikoli u mhux fis-servizzi veterinarji kif allegat. Dan l-Aġent Direttur għandu żewġ uffiċji, wieħed fl-Għammieri u l-ieħor fil-Pitkalija biex b’hekk ikun viċin aktar tar-raħħala u l-bdiewa u jkun jista jagħti servizz aħjar lis-settur agrikolu.
Jista' l-Ministru jgħid, wara li s-sena l-oħra rajna l-ħsara kbira li qed jagħmel il-Bumunqar Aħmar tal-Palm,
a) kemm instabu siġar tal-palm mejta matul l-2007 u l-2008?
b) jekk il-Ministeru tiegħu għadux iħalli l-importazzjoni ta’ siġar tal-palm, u jekk iva minn fejn qegħdin jigu importati dawn is-siġar?
c) jekk jafx min huwa l-importatur jew importaturi li mportaw is-siġar tal-palm infettati, u jekk hux beħsiebu jieħu xi passi?
d) jekk hux se jikkompensa lil dawk l-individwi li tilfu s-siġar tal-palm stabbiliti fil-ġonna privati tagħhom, aktar u aktar meta l-Ministeru tiegħu approva l-importazzjoni ta’ siġar tal-palm minn pajjiżi fl-Ewropa fejn il-bumunqar tal-palm kien diġà magħruf?
Jista' l-Ministru jgħid x’qed jikkawza d-dewmien biex jinħarġu l-applikazzjonijiet għal għajnuna finanzjarja tal-miżuri inklużi fil-pjan għall-izvilupp rurali ta' Malta li għalihom ġew ivvutati €100 miljun fil-pakkett finanzjarju 2007-2013 tal-Unjoni Ewropea?
Jaf li minkejja li qegħdin fit-tielet sena ta' dan il-pjan, 2007 -2013, s'issa nħarġu applikazzjonijiet għal miżura waħda, dik imsejħa 1.2.1 (immodernizzar ta' entitajiet agrikoli)?
Jaf li dan id-dewmien qed joħloq danni kbar lill-bdiewa, raħħala u
entrepreneurs
agrikoli li ma jistgħux jibdew xogħlijiet importanti fl-ażjendi tagħhom għax inkella ma jkunux jistgħu japplikaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Pjan għall-Iżvilupp Rurali 2007–2013 jikkonsisti f’pakkett finanzjarju ta’ mitt(100) miljun ewro mifruxin fuq diversi miżuri ta’ għajnuniet.
Dan kollu jfisser li għal kull miżura jridu jsiru konsultazzjonijiet mas-setturi konċernati sabiex ikunu jistgħu jiġu mfassla linji gwidi, kriterji u applikazzjonijiet speċifiċi.
Jien infurmat li fil-ġimgħat li ġejjin ser joħorġu numru ta’ miżuri oħra minn dan il-Programm li minnhom għandhom jibbenefikaw il-bdiewa, r-raħħala u setturi oħra.
Liġijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk l-OHSA hijiex responsabbli mill-infurzar tal-Liġijiet dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u dan fir-rigward ta' proċeduri relatati ma' nirien fuq postijiet tax-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Awtorita hija biss waħda minn diversi entitajiet regolatorji responsabbli li jaraw li f’postijiet tax-xogħol ikun hemm miżuri u proċeduri adekwati relatati mal-prevenzjoni ta’ nirien fuq il-post tax-xogħol, u għal dawk il-proċeduri meħtieġa biex jitnaqqsu l-effetti fil-każ li jkun hemm xi nirien.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex pjanijiet li timbarka fuq ir-rikostruzzjoni ta' Triq Valletta Żurrieq li tibda minn Ħal Kirkop u tispiċċa ż-Żurrieq?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ser jinbeda dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex il-ħsieb tiddiskuti mal-kunsilli lokali l-impatt ta' kif se jaffettwa l-inħawi t-tibdil fil-
management
tat-traffiku ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tibni mill-ġdid Triq il-Belt Valletta Żurrieq/Kirkop. Ix-xogħol mistenni jibda lejn nofs 2009.
Il-kunsilli lokali kollha ta’ l-inħawi li ser jiġu affetwati bid-devjazzjoni tat-traffiku, u matul ix-xogħolijiet ser jiġu kkonsultati qabel u waqt ix-xogħolijiet.
Jista' l-Ministru jindika r-raġuni għalfejn ma ġewx istallati traffic lights fi Triq San Ġwann , Kirkop eżattament fejn hemm il-Kulleġġ San Benedettu u s-supermarket Lidl in vista tal-attività f’din iż-żona?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Kunsilli Lokali — Servizzi mingħand agrarji privati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu l-għajdut illi konsulenti agrarji privati, jekk jipprestaw is-servizzi tagħhom lil kunsilli lokali fuq xi proġett li jista' jkun imħallas in parti jew kollu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, id-dritt tagħhom mhux se jkun aktar ikkunsidrat bħala parti mill-ispiza operattiva?
Jekk fl-affermattiv, jidhirlu li l-kunsilli lokali ser ikunu qed jiġu deprivati mid-dritt tal-għażla u mill-awtonomija tagħhom li jgħazlu l-professjonist li jista', fl-opinjoni tagħhom, ikun l-aħjar li jressaq it-talbiet tagħhom b'mod professjonali sabiex ikollhom aċċess għal dawn il-fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-kriterji dwar l-eliġibilità ta’ l-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati mill-għajnuna tal-miżuri taħt il-Programm ta’ l-Iżvilupp Rurali, jiġu mħabbra mal-pubblikazzjoni tal-linji gwida ta’ kull miżura u għaldaqstant ma nistax nifhem il-bażi tal-oriġini ta’ dawn l-għajdut.