Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birzebbugia — St Peters Football Club

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu l-proċeduri li kellhom iwasslu sabiex St Peters Football Club ta' Birżebbugia jingħata sit fil-kontrada tal-Brolli f'Birżebbugia stante li sal-lum it-tfal m'għandhomx fejn jilgħabu u jitrenjaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-iSport qed jistenna l-proċess jimxi min-naħa tad-Dipartiment ta’l-Artijiet fir-rigward tat-talba li saret mill-Birżebbuġa Sports Foundation.

Value Added Tax — vetturi reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi li tħallset il-Value Added Tax fuq ir-reġistrazzjoni tagħhom (maqsumin skond il-klassi rispettiva) kull sena mill-aħħar ta' Mejju 2004 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

każ fuq pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jattwa l-passi neċessarji u opportuni sabiex ssir revizjoni tal-pensjoni dovuta lil-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li dan l-eżerċizzju huwa aktar milli tardiv?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Pitkalija — Pagament dwar sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir il-pagament rigward is-sussidju dovut lil tal-pitkalija għas-sena 2008, stante illi sal-lum dawn għadhom ma rċevew xejn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

għajnuna nkwasrata fl-iskemi 114 u 123

Question

Jista' l-Ministru jgħid, għar-rigward tas-seminars li ser isiru dwar l-għajnuna nkwasrata fl-iskemi 114 u 123: a. X’inhi r-raġuni li ġie magħżul proprju proprjetà tal-Bank of Valletta bħala l-post fejn għandhom isiru dawn iż-żewġ seminars? b. Fuq liema kriterji ntgħażel dan il-bank? c. Saret talba lil banek kummerċjali l-oħra sabiex jiġi stabilit jekk kellhomx interess joffru bini/ proprjetà tagħhom għall-istess skop? d. Jekk fl-affermattiv, xi kriterji ġew adoperati sabiex saret l-għażla?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lil Onorevoli Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu ħalli nkun f'pożizzjoni aħjar sabiex nirrispondi.

Zurrieq — Triq Zakkarija Roncalli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini ta' Triq Zakkarija Roncalli, li huwa mħabbar li għandha titlesta sa Frar 2009, liema triq trid tgħaddi minn ġo l-għelieqi u tibqa' sejra sa Fra Luca Zurki, iffissirx li din it-triq ser tinbena u tiġi asfaltata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill-ADT u skond il-prijorita iffissata.

Zurrieq — Triq Fra Luca Zurki

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-bini ta' Triq Fra Luca Zurki fiz-Zurrieq stante li din it-triq kellha titlesta sal-aħħar tas-sena li għaddiet ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li qed jirreferi għalih isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill-ADT.

Triq li tagħti miz-Zurrieq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq li tagħti miż-Żurrieq għal Ħal Far terġa' tinbena b'mod li anke jiġu kreati bays sabiex fil-partijiet dojoq tagħha l-vetturi jkunu jistgħu jieqfu sakemm titbattal il-karreġġjata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mhix inkluża fil-programm ta' bini ta' toroq għax-xhur li ġejjin.

Agribusiness Insitute — records tal-istudenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid: a. Jekk l- Agribusiness Insitute iżommx recors ta' fejn imorru jaħdmu eks-studenti wara li jispiċċaw il-korsijiet ? b. Jekk fl-affirmativ, f'liema setturi spiċċaw jaħdmu ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Istitut ta’ l-Agrikummerċ jieħu interess attiv fil-karriera li jirnexxielhom jiksbu l-istudenti li jsegwu l-korsijiet li jorganizza. Għaldaqstant jipprova jsegwi l-andament tal-karriera ta’ l-istudenti li jispiċċaw il-korsijiet. Madankollu mhux l-istudenti kollha jwasslu tagħrif lura lejn l-Istitut dwar ix-xogħol li jkunu kisbu. Dawk li jagħtuna tagħrif rilevanti u oħrajn li jkunu kisbu impjieg permezz tal-għajnuna diretta ta’ l-Istitut juru li l-impjiegi li jinkisbu ivarjaw bejn: a. dawk li jmorru jaħdmu f’negozji agrikoli; b. dawk li jsibu xogħol bħala supervisors fi proġetti ta’ landscaping; c. dawk li jsibu xogħol fuq proġetti ambjentali; d. dawk li jmorru jagħmlu xogħol relatat ma’ ikel; e. dawk li jaħdmu ma’ manifatturi tal-ġwież; f. dawk li sabu xogħol ma’ nurseries; g. dawk li marru jaħdmu fi kliniċi veterinarji; h. dawk li marru jaħdmu ma rziezet ta’ l-annimali jew taż-żwiemel. Numru sostanzjali baqgħu ma’ l-Istitut isegwu korsijiet oħra għat-tielet sena konsekuttiva. Oħrajn spiċċaw id-Diploma Kors ta’ l-Istitut ta’ l-Agrikummerċ u mbagħad marru jsegwu kors l-Universita’.

Agribusiness Insitute — numru ta' studenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti f' kull kors fil-prezent fl-Agribusiness Insitute?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Istitut ta’ l-Agrikummerċ bħal issa qiegħed joffri diversi korsijiet li qed jidhru hawn taħt. Fost dawn il-korsijiet hemm korsijiet full-time u oħrajn part-time. Il-korsijiet full-time huma: Foundation Course in Agriculture 6 studenti First Diploma in Annimal Care 10 studenti First Diploma in Agriculture 6 studenti National Diploma in Agriculture 22 student Higher National Dipoloma in Annimal Management 7 studenti Total ta’ studenti jsegwu korsijiet full-time bhal issa 51 student Il-korsijiet part-time huma: Basics of Gardening 7 studenti Olive Cultivation in Malta 14-il student Introduction to Gardening 10 studenti Introduction to Vinification 6 studenti Canine Breeds and Grooming 14-il student Feline Breeds and Grooming 8 studenti Equine Breeds and Grooming 8 studenti Principles of Horticulture and Landscaping 9 studenti Total ta’ studenti jsegwu korsijiet part-time bhal issa 76 student Total sħiħ 127 student

Agribusiness Insitute — numru ta' lecturers

Question

Tista' l-Ministru tgħid a. Kemm kien hemm part-time lecturers li ħadmu fl- Agribusiness Insitute mill-bidu tas-sena skolastika 2008/9 ? b. Kemm hemm full time lecturers jgħallmu ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Istitut tal-Agrikummerċ, minn żmien għal żmien, jimpjega numru ta’ għalliema każwali sabiex ikopri suġġetti jew units li ma jistgħux jiġu trattati mill-għalliema full-time tal-Istitut għax ikunu diġa’ mgħobbijin wisq bi dmirijiet oħra jew għax id-dixxiplini li jkunu intiżi f’dawn is-suġġetti jew units ikunu ta’ natura speċjalizzata u jkunu jeħtieġu trattament minn professjonijisti li jkunu esperti f’dawk is-snajja jew kompetenzi speċifiċi. Il-firxa wiesgħa tas-suġġetti li jiġu trattati fil-korsijiet tal-Istitut tal-Agrikummerċ jirrikjedu firxa daqstant wiesgħa ta’ nies kwalifikati u mħarrġin f’dixxiplini differenti sabiex imexxu dawn il-korsijiet. L-impjieg ta’ professjonijisti fuq bażi part-time jiżgura li l-istudenti jirċievu taħriġ aġġornat validu u msejjes fl-esperjenza tad-dinja tax-xogħol. Il-korsijiet part-time li jingħataw filgħaxija huma mgħallma kollha kemm huma minn professjonisti mpjegati fuq bażi part-time. L-Istitut ta’ l-Agrkummerċ jimpjega ħames għalliema part-time li jgħallmu korsijiet part-time ta’ filgħaxija. L-Istitut ta’ l-Agrikummerċ jimpjega seba’ għalliema part-time li jgħallmu diversi suġġetti fil-korsijiet regolari ta’ l-Istitut. B’kollox, dan l-Istitut qiegħed jimpjega, bħalissa, tnax-il għalliem fuq bażi part-time.

Agribusiness Insitute — informazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid, għar-rigward ta' l-Agribusiness Insitute: a. Xi pjan ta' proġetti għandu bħala viżjoni dan l-Istitut? b. Kemm qed jirriserva fondi l-MCAST għall-Iżvillup Sostenibli ta' dan l-Istitut? c. Kemm għandu serer u għelieqi dan l-istitut ? d. Kemm għandu livestock units ? e. X' tip ta' annimali jitrabbew u jitkabbru f' dan l-Istitut ? f. Kemm hemm tekniċi / ġardinara / herdsman kwalifikati f'dan l-istitut u x'qegħdin iwettqu f'dan l-Istitut?

Response (CRISTINA, DOLORES)

a) Il-viżjoni tal-MCAST rigward l-Istitut tal-Agrikummerċ hija li joħloq u jiżviluppa Istituzzjoni ta’ taħriġ fil-ħiliet assoċjati mas-settur agrikolu u l-industrija tal-produzzjoni , proċessar u distribuzzjoni tal-ikel. L-MCAST għandu pjan li se jwassal biex dan l-Istitut ikun mgħammar bil-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex studenti – żgħazagħ u adulti – li jsegwu l-korsijiet tal-Agrikummerċ igawdu minn faċilitajiet kemm ta’ lectures formali, kemm ta’ libreriji u riżorsi oħra simili kif ukoll ta’ faċilitajiet produttivi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jitgħallmu u jitħarrġu anke fuq il-lant tax-xogħol. L-MCAST għadu kif alloka fondi sostanzjali sabiex dan l-Istitut ikun jista’ isaħħaħ is-sisien tar-riżorsi produttivi tiegħu u speċifikament sabiex isir aktar awto-suffiċjenti f’dawk il-faċilitajiet li huma meħtieġa sabiex iwettaq il-missjoni tiegħu li joffri taħriġ aġġornat fid-dimensjonijiet kollha, kemm mil-lat teoretiku kif ukoll mil-lat prattiku fl-isfond ta’ sitwazzjonijiet reali, kif ukoll mil-lat ta’ faċilitajiet għal riċerka u esperimenti. b) L-MCAST qed jirriserva €169,206 għall-iżvilupp Sostenibbli ta' dan l-Istitut. (c) L-Istitut tal-Agrikummerc bħalissa qiegħed jikkultiva madwar 16.5 tmiem ta’ raba li jinkludu uċuh diversi, siġar taż-żebbuġ u frott irqieq, dwieli, ħwawar diversi, mixtla ta’ siġar indiġeni, żewġ serer, u fjuri. (d) Mil-lat ta’ trobbija u kura ta’ annimali, dan l-Istitut għamel minn kollox biex jagħmel użu mill-faċilitajiet tal-Qasam tal-Għammieri kif ukoll tal-Koperattivi li joperaw f’dan il-qasam u produtturi u operaturi privati li wrew rwieħom disponibbli biex joffru esperjenza prattika fuq il-lant tax-xogħol għall-istudenti tal-Istitut tal-Agrikummerċ. Id-diskussjonijiet ma’ dawn l-istakeholders differenti għadhom għaddejjin bil-għan li titfassal strateġija ta’ azzjoni li twassal sabiex jinħolqu sinerġiji dinamiċi bejn is-setturi kollha tal-Industrija Agrikola u l-Management ta’ l-Istitut sabiex l-istudenti li jattendu il-korsijiet ta’ dan l-Istitut ikunu jistgħu igawdu minn preparazzjoni moderna, aġġornata u prattika fid-dixxiplini diversi li jinħtieġu biex wieħed ikun jista’ jagħmel karriera soda f’dan is-settur. (e) Il-livestock units li għandu l-Istitut tal-Agrikummerċ huma units żgħar li l-għan tagħhom huwa aktar wieħed sperimentali biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-istudenti biex iwettqu sewwa l-assignments tagħhom milli biex issir xi produzzjoni konsistenti. S’issa dawn il-units jikkonsistu f’gallinari tat-tiġieġ u fniek u kamra oħra li tospita diversi annimali li jitqiesu bħala pets uħud minnhom eżotiċi. Mhuwiex maħsub li jkun hemm espansjoni ta’ dawn il-units peress li teżisti sinerġija f’dan il-qasam bejn l-Istitut tal- Agrikummerċ u l-Għammieri. (f) Fir-rigward ta’ tekniċi, ġardinara/herdsman dan l-Istitut s’issa ma jgawdix servizz ta’ ebda forma ta’ appoġġ tekniku u jistrieħ kompletament fuq xogħol tal-għalliema u ta’ l-istudenti.

Agribusiness Insitute — aċċessibilità u salarji

Question

Tista' l-Ministru tgħid, għar-rigward ta' l-Agribusiness Insitute: a. Kemm hu aċċessibbli dan l-Istitut ? b. Jekk għadx kien hemm xi ħsieb li jkun miftuħ wkoll għal persuni b' xi diżabiltà jew inkella bħalma kien jintuża' fil-passat mill- Equal Partners Foundation ? c. Kemm hu t-total tas-salarji ta' kull min qed jaħdem f' dan l-istitut u kemm hu l-persentaġġ tas-salarji tal- lecturers part-time ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Inġenerali l-post hu aċċessibbli għal kull persuna ta’ kull abilita’, minbarra ta’ dawk l-inħawi fejn in-natura tas-suġġett ma tippermettix. Per eżempju, huwa diffiċli biex tipprovdi aċċess għall-għelieqi fejn jipprattikaw l-istudenti. L-Istitut ta’ l-Agrikummerċ, bħala parti mill-MCAST, li jħaddan il-pathway programme, se jaħdem biex joffri opportunitajiet lil studenti tal-pathway sabiex ikollhom xi esperjenzi ta’ taħriġ vokazzjonali addattat għalihom. Ma dan kollu l-Istitut joqgħod attent li ma jkun hemm periklu għal dawn l-istudenti. It-total tas-salarji ta’ kull min jaħdem f’dan l-Istitut huwa ta’ €15,424 kull xahar. Il-persentaġġ tas-salarji tal-lecturers part-time (filgħodu u figħaxija) huwa ta’ 2.7%.

Malta bħala membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea — produzzjoni ta' prodotti

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' dawn il-prodotti sena b' sena minn mindu Malta daħlet membru sħiħ fl-Unjoni Ewropeja, u cioè mis-2004 sas-sena 2008: a. il-produzzjoni tal-għasel b il-produzzjoni tal-ħalib c. il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal d. il-produzzjoni tal-laħam tal- broilers e. il-produzzjoni tal-bajd f. il-produzzjoni tal-frott irqiq g. il-produzzjoni tal-agrumi h. il-produzzjoni ta' ħxejjex li jdaħħlu fil-pitkalija i. il-produzzjoni ta' fjuri kemm dawk fis-serrer u dawk fil-beraħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bdiewa — Għajnuna fuq restawr ta' rżieżet

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a. Kemm applikaw bdiewa għall-għajnuna matul dawn l-aħħar erba' snin biex jirristrutturaw l-irziezet tagħhom? b. Jekk sarx xi forma ta' awditjar fuq proġetti li ġew iffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja? c. Min huma l-uffiċjali li jwettqu dan l-awditjar tar-ristrutturar tal-irziezet ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta.

Istitut tal-Agrikultura fl-Università — informazzjoni fuq il-kors

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn meta twaqqaf l-Istitut tal-Agrikoltura fl-Università tal-Qroqq , i. Kemm kienu l-istudenti Maltin u barranin sena b'sena? ii. Minn fejn oriġinaw dawn l-istudenti qabel ma bdew xi forma ta' studju fl-istitut? iii. Liema korsijiet kienu offruti? iv. Kienu offruti on part-time basis jew addirittura full-time għall-istudenti? v. Kemm kien in-numru ta' uffiċjali tal-Gvern li attendew għal xi tip ta' kors? vi .Kemm kien hemm studenti li bdew il-korsijiet? vii.Kemm minnhom spiċċaw il-korsijiet b'suċċess ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

korsijiet offruti mill-Istitut tal-Agrikultura — informazzjoni fuq il-lezzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid a. Liema kienu il-korsijiet offruti mill-Istitut tal-Agrikoltura u kemm kienu l- credits ta' kull kors offrut ? b. Jekk kienx hemm xi lecturers barranin li taw lezzjonijiet f'dawn il-korsijiet? c. Kienx il-każ li kien hemm dizgwid u jekk jirriżulta kienx il-każ li d-diffikultajiet li nqalgħu kienu jirrigwardaw xi nuqqas fil-komunikazzjoni mal-istudenti Maltin ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-korsijiet offruti mill-Istitut tal-Agrikultura huma hekk: Kors Numru ta’ Credits Ph.D ma japplikax M.Phil ma japplikax M.Sc. (Agricultural & Veterinary Pharmacy) ma japplikax M.Sc. (Agricultural Sciences) ma japplikax B.Sc.(Hons.) Mediterranean Agro-Ecosystems Management 180 ECTS (European Credit Transfer System) Diploma in Agriculture 60 ECTS Preparatory Course for Diploma in Agriculture 60 ECTS Il-kors għall-B.Sc.(Hons.) Mediterranean Agro-Ecosystems Management iwassal għall-lawrija mogħtija flimkien mal-Universita’ ta’ Perugia. Għaldaqstant, lecturers mill-Universita’ ta’ Perugia jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom f’dan il-programm ta’ studju. Barra minn hekk, guest lecturers barranin ta’ reputazzjoni fil-qasam tagħhom huma anke mistednin biex jagħtu lectures. l-Istitut ta’ l-Agrikultura ma għandu l-ebda indikazzjonijiet li kien hemm jew hemm xi disgwid f’xi kors offrut mill-Istitut ta’ l-Agrikultura.