Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xtieli tat-tadam — mard

Question

Jista’ l-Ministru, in vista tal-mard li ħakem ix-xtieli tat-tadam jgħid: a) minn fejn oriġinat din il-marda magħrufa bħala susa? b) X’tip ta’ moniteraġġ sar sabiex jiġi żgurat li dan it-tip ta’ mard ma jidħolx Malta? ċ) X’tip ta’ għajnuna ser jirċievu l-bdiewa in linea ma’ dak li tipprovdi l-CAP kif emendata permezz tal- Health Check ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li dan it-tip ta’ insett (Tuta absoluta) oriġina mill-Amerika t’isfel, u riċentement infirex f’diversi pajjiżi fl-Ewropa. Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti dejjem jesiġi li xitel regolat, fosthom xitel tat-tadam li jiġu minn barra għandhom ikunu akkompanjati b’passaport tal-pjanti. Sadanittant, għalkemm frott tat-tadam mhux regolat b’dan il-mod, xorta waħda jsiru spezzjonijiet at random fuqu. Ta’ min jgħid ukoll li dan l-insett mhux insett regolat u allura mhux suġġett għal surveys nazzjonali. Minbarra hekk, peress li din hija problema ricenti, għadhom qed jiġu mfassla gwidi standard internazzjonali għal surveys għal dan l-insett. Diskussjonijiet dwar kunpens għadhom għaddejjin.

Residenza San Vincenz de Paule — Deputy Nursing Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4347 u jgħid meta se jinħatru d-Deputy Nursing Officers fir-Residenza San Vincenz de Paule li kienu għaddew minn interview u li r-riżultat tiegħu ħareġ fi Frar 2008? Jista' jgħid l-Acting Deputy Nursing Officers li m'għaddewx mill-imsemmi interview u li sal-lum għadhom jagħmluha ta' acting, meta ser jiġu replaced min-nurses li għaddew mill-istess interview? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li dawn in-nurses ser jintbagħtu jagħmluha ta' Acting Deputies fis-swali l-ġodda li ser jiftħu fir-residenza?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li r-riżultat ta’ l-intervisti ta’ l-għażla għall-mili tal-postijiet fil-grad ta’ Deputy Nursing Officer li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien ġie ppubblika mill-Kummisssjoni dwar is-Servizz Pubbliku fid-31 ta’ Jannar 2008. Dan il-proċess kellu l-iskop li jimtlew postijiet vakanti fil-grad imsemmi fid-Diviżjoni tas-Saħħa b’mod ġenerali u mhux esklussivament fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Fil-fatt, qabel ma skada r-riżultat sena wara l-ħruġ tiegħu, l-ewwel mitt kandidat klassifikati fl-ordni tal-mertu ingħataw il-ħatra msemmija u ġew allokati fid-diversi entitajiet tas-saħħa fis-Servizz Pubbliku. Postijiet preżentement battala fil-grad ta’ Deputy Nursing Officer jiġu mimlija wara li ssir sejħa interna għall-applikazzjonijiet mill-Kummisssjoni dwar is-Servizz Pubbliku li tkun miftuħa għal uffiċjali fil-grad ta’ Staff Nurse, u wara li ssir l-għażla minn fost l-applikanti minn Bord maħtur mill-istess Kummisssjoni. Informat ukoll li l-postijiet kollha li ser jinħolqu fis-Swali l-ġodda fir-Residenza San Vinċenz de Paul, msemmija għall-Papa Gwann Pawlu t-Tieni, jimtlew skont il-proċeduri stabbiliti għall-allokazzjoni ta’ impjegati u mhux neċessarjament mill-persuni indikati mill-Onor. Interpellant.

Produtturi tal-majjal — għajnuna mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3035 u cioè: fid-dawl tal-iskontentezza li qed tiddomina fil-pajjiż naxxenti minn sensazzjoni li l-gvern naqas bil-kbir li jżomm il-wegħdiet tiegħu mal-produtturi tal-majjal, jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu il-gvern sabiex jgħin lil din l-industrija, meta l-istess gvern lejliet elezzjoni ipprometta u dikjara li l-prodotti Maltin huma fost l-aqwa kwalità li għandna fis-suq lokali u wkoll li l-prodotti friski għandhom valur aħjar ta’ nutrijenti minn dawk il-prodotti li jkunu importati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Skuna Spanjola — Qbid tal-ħut

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4345 u jgħid x’kienet ir-raġuni li kontra kull direttiva ta' uffiċjali għolja fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u kontra kull prassi, l-iskuna Spanjola li nstabet ħatja ġiet mogħtija lura l-qabda tal-ħut?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Tfaqqis u tkabbir ta' ħut

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3612 u jgħid x’programm għandu għal ġejjieni biex skoperti ta’ tfaqqis u tkabbir ta’ ħut li r-ricerkaturi Maltin irnexxielhom jiksbu fiċ-Ċentru ta’ San Lucian f’ Marsaxlokk, irendi impatt kummerċjali? Jista’ jgħid kemm hu kalkulat iż-żmien li Malta tibda tkabbar b’mod kummerċjali ħut mfaqqas u mkabbar f’pajjizna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Tixrid ta' żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3354 u jikkonferma l-fatt illi ż-żejt rapportat li nxtered kien ta' madwar 131,000 tunnellata u mhux kif ġie rapportat? Jista' jgħid kemm sewa dan il-fuel mitluf u min se jħallas għalih?

Response (GATT, AUSTIN)

Inkun ħafna grat lejn l-Onor Interpellant jekk jinfurmani għal xhiex qed jirreferi.

Każ ta' irmiġġ — applikazzjoni rifjutata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8037 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jinbagħtu separatament, għad li hija full time fisherman, qed tiġi rifjutata li tingħata irmiġġ fejn tista' torbot il-qoxra tagħha u dan nonostante l-fatt li ilha li applikata madwar disa' snin, u kienu ħafna dawk li ngħataw avolja applikaw warajha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.

Malta Drydocks

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-accounts tal-Malta Drydocks mill-1967 - 1971 sena b'sena? Jista' l-Gvern jippubblika cabinet minutesand documents ta' aktar minn 30 sena ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2173.

Industrija tal-apikultura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5230 u jgħid xi pjan t'azzjoni għandu l-gvern rigward ir-ristrutturar għall-industrija tal-apikultura u jekk għandux il-ħsieb li jifrex dan il-mestjier fin-Nofsinhar ta' Malta ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kuntratt bejn KIM u Produtturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3037 u jgħid f’kien l-esitu wara l-kuntratt li kien sar fis-sena 1994 għal perijodu ta' għaxar snin bejn il-KIM u erba’ produtturi biex jinbnew tlett multipliers u Sire Unit liema perijodu għalaq fis-sena 2004? Jista' jgħid x’kienet ir-raġuni li lil dawn l-erba' produtturi, li kienu ppretendew li għandhom ikomplu bit-tmexxija tal-istess, ġew rifjutati tant li dawn intavolaw kawża f’dan is-sens kontra l-istess Gvern? Jista' jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn huwa prefera jagħti għajnuna finanzjarja lil dawn il-produtturi minflok jilqa' t-talba tagħhom? Jista' jinforma lil din il-Kamra dwar kemm il-gvern ħallas bħala ex gratia lil dawk il- Multipliers Unit li kellhom ftehim ta’ għaxar snin u li skadilhom il-perijodu u minn liema fond tħallsu? Jista' jgħid x’kienu l-kriterji li fuqhom iddeċieda li jħallas dawn il-flus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji — Rapporti dwar laħam

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5040 u jgħid jekk kienx hemm xi rapporti bejn l-2007/2008 lill-iSpettorat tad-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji li kien hemm xi bejgħ ta’ laħam minn produtturi lil xi ħwienet tal-laħam li kien kontaminat? Jekk fl-affermattiv, kien hemm każi fejn ittieħdu passi u x’kienet il-proċedura li ttieħdet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Kemmuna — Multiplier Unit - KIM - Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3036 u jgħid mil-liema fondi l-gvern ħallas il-kumpens mogħti lil KIM talli kienet tmexxi l-Multiplier Unit fuq il-gżira ta’ Kemmuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħta f'xi seduta oħra.

Ħwienet tal-laħam — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5039 u jgħid kemm saru spezzjonijiet fil-ħwienet tal-laħam fis-sena 2007/2008? Jista' jgħid jekk kienx hemm spezzjonijiet fl-2007/2008 li wasslu għat-teħid ta' xi kampjun tal-laħam minn ħwienet tal-laħam? Jekk fl-affermattiv, fejn kien ittestjat l-istess kampjun għal antibijotika jew inkella għal xi forma oħra ta’ impurities fil-laħam li normalment ikunu detected fl-ispezzjoni fil-biċċerija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Użu ta' kontroll bijoloġiku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5036 u jagħti informazzjoni u jgħid jekk il-Gvern hux qed joffri xi inċentivi lill-bdiewa biex jintuża l-kontroll bijoloġiku? Jista' jgħid jekk il-Gvern hux qed jagħmel reklamar sabiex iħajjar lill-bdiewa li jkabbru l-ħxejjex u l-frott frisk bl-użu tal-kontroll bijoloġiku jinvestu aktar f'din is-sistema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bdiewa- Għajnuna għal serer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6652 u jgħid a. Kemm kienu l-bdiewa li bbenefikaw minn għajnuna biex jibnu s-serer tagħhom ? b. Kemm għandna fil-preżent art miksija bis-serer ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fl-ewwel sejħa tal-Miżura 3.1 – Investimenti fi Strutturi Agrikoli, 15-il benefiċjarju bbenifikaw fuq il-konstruzzjoni u l-manutenzjoni tas-serer. Fit-it-tieni sejħa kien hemm 7 benefiċjarji. Rigward it-tieni parti nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Produtturi tal-Majjal — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3034 u jgħid kif tqassmet u ġiet allokata l-ispecial temporary state aid lil produtturi tal-majjal rigward is-sussidju tal-SMPPMA u l-għajnuna ta' restructuring taħt l-SMPPMA mis-sena 2002 sas-sena 2008? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi iffrankar tal-flus ta’ dak il-laħam li ma nqatilx? Kemm kienet din is-somma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f 'xi seduta oħra.

Malta bħala membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea — produzzjoni ta' prodotti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6651 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' dawn il-prodotti sena b' sena minn mindu Malta daħlet membru sħiħ fl-Unjoni Ewropeja, u cioè mis-2004 sas-sena 2008: a. il-produzzjoni tal-għasel b il-produzzjoni tal-ħalib ċ. il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal d. il-produzzjoni tal-laħam tal- broilers e. il-produzzjoni tal-bajd f. il-produzzjoni tal-frott irqiq g. il-produzzjoni tal-agrumi h. il-produzzjoni ta' ħxejjex li jdaħħlu fil-pitkalija i. il-produzzjoni ta' fjuri kemm dawk fis-serrer u dawk fil-beraħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Produtturi tal-Majjal — Għajnuna - Flus li ma ntnefqux

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3039 u jgħid għar-rigward ta' l-ispecial temporary state aid lil produtturi tal-majjali rigward is-sussidju tal-SMPPMA u għajnuna tal-restructuring taħt l-SMPPMA mis-sena 2002 sas-sena 2008, x’se jiġri mill-flus li ma ntnefqux u jekk hux se jkunu carried forward għal snin li ġejjin ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Reklutaġġ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6535 u jgħid fuq liema kriterji ġiet reklutata u assenjata s-Sinjura li isimha qed jintbagħat separatament sabiex tevalwa l-applikazzjonijiet fl-ERDF għal ħlas ta' €50 fis-siegħa? Jista' jispjega kif is-Sinjura tista' tassessja l-applikazzjonijiet ta' ħuha, li ismu qed jintbagħat separatament, li hu konsulent ta' ħafna individwi u entitajiet li japplikaw għal fondi meta dan hu każ ta' konflitt ta' interess?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.