Legislature:
Category:
Reset
Active:

programm Inspire

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura li biha tfal down syndromeikunu jistgħu jikkwalifikaw u jipparteċipaw fil-programm Inspire u ċioe dak li qabel kien l-Eden Foundation?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Inspire hija għaqda mhux governattiva u minħabba dan il-fatt hija l-Inspire li tistabbilixxi l-kriterji ta’ għażla sabiex it-tfal jikkwalifikaw u jipparteċipaw fil-programm li l-għaqda toffri.

Fera ta' Berlin — esebituri Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif marru l-esebituri Maltin fil-parteċipazzjoni tagħhom ġewwa l-Fiera ta' Berlin? Jista' jgħid x' kienet l-aspettativa tal-Ministeru minn din il-Fiera u x' riżultati nħarġu minn din il-parteċipazzjoni ? Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ntgħażlu l-eżibituri Maltin? Inħarġet xi applikazzjoni biex jintagħżlu dawn l-esebituri? Liema prodotti Maltin jew servizzi ġew esebiti f'din il-fiera ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi wara nuqqas ta’ 10 snin, Malta reġgħet ipparteċipat fl-International Green Week ta’ Berlin. Din hija fiera li jżuruha mal-400,000 viżitatur u li għaliha jkun hemm akkreditati mal-5,000 ġurnalist. , F’Lulju 2009, ħarġet sejħa pubblika sabiex partijiet interessati mill-Industriji tal-Ikel, Agrikoltura u Ortikultura jesprimu l-interess tagħhom biex jipparteċipaw f’din il-fiera. It-tmien esibituri li wrew interess kollha kellhom l-opportunità jesebixxu l-prodott tagħhom waqt il-fiera u l-lista ta’ prodotti esibiti kienet tinkludi: · Għasel u Prodotti oħra minnu · Patata għall-esportazzjoni · Tomato Paste (kunserva) · Ġbejniet · Caponata · Galletti · Inbid · Ħaxix u Frott Ipproċessat L-għan tal-Ministeru kien li bil-partecipazzjoni ta’ Malta, l-prodott lokali jkompli jitpoġġa fuq pjattaforma internazzjonali, bi prospett li l-prodotturi Maltin jagħmlu kuntatti kummerċjali l-barra minn xtutna. Dan il-għan intlaħaq għaliex kien hemm rispons tajjeb mill-viżitaturi li ġabru informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jagħmlu kuntatt mal-produtturi.
Leg 11 PQ #14127 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Żejtun — occupational therapist fl-iskejjel primarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda s-servizz ta' occupational therapy fl-iskejjel primarji taż-Żejtun ? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tfal li għandhom bżonn assessment mill-occupational therapist biex ikunu jistgħu jiġu allokati facilitator qed ikollhom jistennew xhur sħaħ bil-konsegwenza li bosta ġenituri qed ikollhom jirrikorru għal occupational therapists privati minflok ma qed jieħdu s-servizz minn dawk tal-Gvern ? X'qed isir min-naħa tal-Gvern biex din is-sitwazjoni titranġa ?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Occupational Therapists

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li tfal li għandhom bżonn assessment mill-occupational therapist biex ikunu jistgħu jiġu allokati facilitator qed ikollhom jistennew xhur sħaħ bil-konsegwenza li bosta ġenituri qed ikollhom jirrikorru għal occupational therapists privati minflok ma qegħdin jieħdu s-servizz mill-occupational therapists tal-Gvern ? X'qed isir min-naħa tal-Gvern biex din is-sitwazjoni titranġa ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #13498 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Occupational Therapists li jaħdmu mas-CDAU

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists jaħdmu mas-CDAU (Child Development Assessment Unit)? Kemm minnhom qegħdin full-time u kemm qegħdin bir-reduced hours?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ħruq tal-palm attakkat mill-bumunqar l-aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi l-palm li qed jinqata' minħabba l-bumunqar l-aħmar u li qed jiddaħħal il-Magħtab mhux qed jiġi distrutt bin-nar meta dan suppost qed isir sabiex tiġi kkontrollata l-problema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li skond l-aħħar linji gwida maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti, l-proċedura użata hi, li l-palm jinqata’ sħiħ, u l-parti nfettata tiġi distrutta billi tigi shredded bi shredder apposta. Il-materjal li jkun ġie shredded jintbagħat l-inċineratur tal-Marsa biex jinħaraq. Il-parti safja tiġi landfilled fil-faċilità ta’ l-Għallis.
Leg 11 PQ #13301 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Imtarfa — Ċentru għall-Adulti - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru, in konnessjoni maċ-Ċentru għall-Adulti fl-Imtarfa (persuni b'diżabilità) jieħu l-passi kollha neċessarji u meħtieġa sabiex isiru dawk ix-xogħlijiet konsistenti fi: a) irranġar tat-triq peress li tant fiha ħsarat li hija diffiċli għal dawn il-persuni li jimxu fuqha? b) titbaxxa u titranġa r-rampa li tagħti għall-istess ċentru stante li hija għolja wisq? ċ) issir manutenzjoni tal-post innifsu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ħaddiema bit-teleworking

Question

Għal dak jirrigwarda l-assenjazzjoni ta' xogħol magħruf aħjar bħala telework, u ċioe xogħol li jista' jsir mid-dar minflok ma wieħed jattendi fuq il-post tax-xogħol, jgħid l-Ministru jgħid fuq liema kriterji qed jingħata dan it-tip ta' xogħol? Jista' jgħid jekk kienx hemm talbiet għal dan it-tip ta' xogħol u x'inhi r-raġuni li dawn it-talbiet għadhom ma ġewx milqugħa allavolja ilhom pendenti għal aktar minn sena? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu taħt din l-iskema? Minn liema partijiet tal-Gżejjer Maltin dawn il-persuni jemanu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-telework qed jingħata fuq il-kriterji stabbiliti f’Sezzjoni 3.1.7. tal-Public Service Management Code, kif ukoll fuq il-Policy dwar l-Għoti ta’ Telework li tinsab fl-Appendiċi 3.X ta’ l-istess Kodiċi. Kull għotja ta’ Telework tiġi regolata minn Linji Gwida dwar l-Implimentazzjoni tat-Telework fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku, li tinsab f’Appendiċi 3.X.I tal-istess Kodiċi msemmija aktar ‘il fuq. Sal-lum, dan il-Ministeru kellu ħamsa u tletin (35) talba għall-telework, li minnhom ġew milqugħa u bdew jaħdmu b’din is-sistema ħamsa u għoxrin (25) impjegat/a. L-għaxar applikazzjonijiet l-oħra jinkludu impjegati li minn jeddhom waqqfu l-proċess tat-talba tagħhom għat-telework b’dikjarazzjonijiet iffirmati minnhom stess, u oħrajn li peress li bidlu d-dipartiment/unit fejn jaħdmu, twaqqaf il-proċess għax inbidlilhom ix-xogħol. Illum hemm ħames (5) applikazzjonijiet pendenti fosthom, applikazzjoni waħda (1) li ilha aktar minn sena pendenti, peress li din hi ta’ impjegata li ma resqitx il-ftehim għall-approvazzjoni tal-Ministeru. Preżentement hemm ħamsa u għoxrin (25) ħaddiem/a jaħdmu taħt l-iskema ta’ telework. Dawn ġejjin minn partijiet diversi lokalitajiet tal-Gzejjer Maltin kif indikat hawn taħt: San Pawl il-Baħar 1 Rabat Malta 1 Attard 1 Qawra 1 Baħrija 1 Raħal Ġdid 1 Sliema 1 Dingli 1 Tarxien 1 Swieqi 2 Ħaż-Żebbug 1 Fgura 1 Pembroke 1 Siġġiewi 2 Birżebbuġa 1 San Ġwann 1 Mosta 2 Marsaxlokk 2 Wied il-Għajn 3
Leg 11 PQ #11692 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Żurrieq — Triq Laurent - sustanza neċessarja - joqtol il-ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jara li uffiċjali tas-saħħa jżuru Triq Lauret Zammit fiż-Żurrieq u titpoġġa dik is-sustanza neċessarja sabiex jiġi kkontrollat l-ammont ta' ġrieden li qed jinfestaw l-area, dato che r-rapporti tar-residenti qed jiġu kontinwament injorati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mużew tal-Gwerra — extractors bil-ħsara

Question

Tista' l-Ministru tinvestiga u tara x'inhi r-raġuni li l-extractors istallati fil-Mużew tal-Gwerra ma humiex jiffunzjonaw? Tista' l-Ministru tara li l-vizitaturi u l-impjegati ta' l-istess mużew, ma jibqgħux soġġettati għas-sħanat li dan il-post hu maħkum biha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minnħabba raġunijiet ekonomiċi, s-sistema ta’ ventilazzjoni li hemm installata fil-Muzew tal-Gwerra tikkonsisti fi tlett sistemi ta’ extractors ċentralizzati . Dawn iservu (biss) biex tinbidel l-arja (air changes) ġewwa l-mużew skond il-bżonnijiet sanitarji. Sabiex titkessaħ l-arja wkoll kien ikun hemm bżonn li tiġi stallata sistema ta’ air conditioning li kienet tkun ferm ogħla, kemm bħala prezz kif ukoll fil-konsum ta’ enerġija. Ta’ min ifakkar li dan il-mużew qatt ma kellu la sistema ta’ ventilazzjoni u lanqas ta’ air conditioning . B’hekk ħsibna li kien ikun xieraq li għalissa jkollna sistema bażika ta’ ventilazzjoni. Jekk fil-futur ikun hemm opportunità, is-sistema eżistenti tista’ tikber f’waħda ta’ air conditioning mingħajr ma tinbidel il-parti l-kbira ta’ dak li diġà hemm istallat ( ductwork ). Ta’ min jgħid ukoll illi s-sitema ta’ ventilazzjoni hekk kif inhi stallata, hija waħda silenzjuża skond il-bżonnijiet tal-mużew u bdiet topera minn meta reġa’ nfetaħ il-mużew. Qatt ma kienet bil-ħsara jew mitfija.

skrivani li qed jagħmlu xogħol ta' piżaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jieħu sabiex dawk l-iskrivani li qed jagħmlu xogħol ta' piżaturi, fil-varji Dipartimenti, liema xogħol ma jistax isir min ħadd għajr min persuna hekk awtorizzata bil-liġi u dan taħt pieni ħorox, ma jibqgħux jesegwixxu dan ix-xogħol kontra l-liġi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tal-Artijiet — ħruġ ta' offerti

Question

Jista' l-Ministru jispjega u jgħid ġaladarba nħarġet sejħa għar-rigward ta' advert no.98 (H63/56168362001), liema sejħa għal offerti kien hemm offerta waħda biss, għalfejn din ma ġietx allokata? U dan kontra l-prassi. Jista' jgħid jekk il-pretensjoni da parti tad-Dipartiment tal-Artijiet għar-rigward ta' ħruġ b'offerta, għalkemm t-tender tkun infetħet, hix ser tibda il-prassi li l-offerti jibdew jiġu injorati u jkun id-dipartiment li joħroġ l-istima ta' kera mmaterjalment mill-ammont mressaq 'il quddiem fit-tender? Jekk din ser tkun il-prassi l-ġdida, jista' l-Ministru jgħid xi skop hemm li, sew il-pubbliku kif ukoll l-istess Dipartiment, jaħli ħinu sabiex isegwi l-ħruġ tal-offerti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-prassi dejjem kienet li d-Dipartiment tal-Artijiet jistabilixxi stima qabel ma joħroġ sejħa għall-offerti. Fil-każ li jkun hemm aktar minn offerta waħda u l-ebda offerta ma taqbeż, jew tkun daqs l-istima, l-offerti jiġu rrifjutati kollha u terġa’ toħroġ sejħa għall-offerti mill-ġdid. Meta jkun hemm offerta waħda u din l-offerta tkun anqas mill-istima, l-offerent, dejjem fuq ir-rikomandazzjoni tal-Kumitat tal-Kuntratti jiġi mogħti t- tender bl-istima stabbilita mid-Dipartiment. Fil-każ li qed jagħmel referenza għalih l-Onor Interpellant, il-Kumitat tal-Kuntratti ħass li l-istima li għamel id-Dipartiment kienet baxxa, u għaldaqstant talab biex issir stima ġdida minn żewġ periti oħra. L-istima miż-żewġ periti saret u l-każ qiegħed quddiem il-Kumitat tal-Kuntratti għar-rikomandazzjonijiet tagħhom.

Stazzjonijiet privati u tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tiċċara l-anomalija li teżisti u tiddefenixxi x'jikkostitwixxi tv set u le? Tista' tgħid fid-dawl tal-fatt illi l-Gvern xorta jesiġi li jitħallsu liċenzji is-settijiet tat-television, meta l-poplu, li fil-massa tiegħu qed jagħmel użu minn stazzjonijiet privati, hux jikkontempla li jneħħi din l-istess taxxa meta huwa fatt magħruf li Xandir Malta ma qed joffri l-ebda servizz fuq l-istess bazi ta' l-istazzjonijiet privati u għalhekk m'hu xejn għajr stazzjon lokali informattif?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nibda biex ngħid li l-Kumpanija Xandir Malta spiċċat fl-1991 u minflok issa hemm il-Kumpanija Public Broadcasting Services Limited. Dwar l-ewwel parti nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministeru tal-Kommunikazzjoni. Ma naqbel xejn li l-Istazzjon Nazzjonali mhu xejn għajr stazzjon lokali informattiv. Nistiednek tara l-iskedi tal-Istazzjon Nazzjonali li joffru firxa wiesgħa ta’ programmi li jossodisfaw l-obbligi ta’ Stazzjon Pubbliku. Dawn l-iskedi jirrispettaw wkoll l-għan li għalih huwa mwaqqaf l-istazzjon skont kif imfisser fin- National Broadcasting Policy . Huwa ta’ sodisfazzjon għalija li tul dawn l-aħħar snin diversi audience surveys ikkonfermaw li l-Istazzjon Nazzjonali huwa l-iktar stazzjon segwit mill-poplu Malti.

Pitkalija — żamma ta' tliet containers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaż-żamma ta' tliet containers fil-bini tal-pitkalija u x'inhu l-użu tagħhom? Jista' jgħid kemm qed jitħallas sid il-containers u kemm ilu jitħallas hekk?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lit-tliet containers li hemm fil-kumpless tal-Pitkalija qed jintużaw bħala mħażen għall-użu tal-Pitkali Crates Ltd, biex jinħażnu fihom il-kaxxi tal-plastic. Dawn il- containers huma propjetà tal-Gvern u għalhekk ma titħallasx kera fuqhom.

Pitkalija — kamra għas-security

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kamra li nbniet għas-security fil-kumpless tal-pitkalija hux mibnija fuq art tal-Gvern jew tal-Bank APS?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-kamra tas-Security li qed jirreferi għaliha l-Onor Membru hi mibnija fuq art tal-Gvern.
Leg 11 PQ #10080 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuna li taħdem f'home tal-anzjani u ma tirrapportax għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jieħu l-passi neċessarji sabiex il-persuna li taħdem f'home tal-anzjani jumejn ġewwa u jumejn barra, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma tibqax tabbuża u tippreġudika lil sħabha l-oħra billi ma tirrapportax għax-xogħol fil-ġranet li jmissha tidħol, imma nonostante tirraporta għax-xogħol filgħaxija fl-ingaġġ ta' kuntrattur u xorta titħallas tal-jumejn li ma tkunx daħlet għalihom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Persuna li titpoġġa bħala security

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi l-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed jitpoġġa mas-security meta dan impjegat mad-Dipartiment responsabbli mill-Qrati u mhux ma' xi kumpannija privata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma tagħmilx xogħol tas-sigurta’ iżda tieħu ħsieb il-containers li jitpoġġew fihom l-affarijiet wara li jgħaddu mill-iscanner machine u tagħmel ġbir ta’ karti mill-uffiċini tal-Qorti.