Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19362 u jagħti lista dettaljata ta' approvazzjonijiet li ngħataw f'dawn l-aħħar għaxar snin mill-General Services Board (GSB) ta' btieħi ta' wara ta' djar u flats li kienu diġà mibnija, liema btieħi huma inqas minn dak stipulat fl-artikolu 97 (1)(n) tal-Kap. 10 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellnt li l-informazzjoni mitluba ma tiffurmax parti mill-istatistika miġbura mid-Dipartiment.
Jista’ il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19374 u jgħid:
a) kemm-il permess/awtorizazzjonijiet nħargu mill-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru f’dawn l-aħħar għaxar snin?
b) kemm minn dawn inħarġu fiż-żona ta’ Paceville?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19373 u jgħid:
a) Kemm-il applikazzjoni għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru saru lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar għaxar snin?
b) Kemm inħarġu permessi għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar għaxar snin?
ċ) Kemm minn dawn inħarġu fiż-żona ta’ Paceville?
d) Kemm-il enforcement notice inħarġet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar għaxar snin għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru u li ma kenux koperti b’permess tal–Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità m’għandiex informazzjoni li tispeċifika il-volum ta’ tankijiet tal-gass. L-informazzjoni mogħtija hawn taħt tinkludi tankijiet b’volumi varji li l-Awtorità m’għandiex dettalji tagħhom.
a. Skond is-sistema ta’ l-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità irċeviet wieħed u tmenin (81) applikazzjoni għal ċilindri jew tankijiet tal-gass mis-sena 2000 sa’llum.
b. Skond l-istess sistema, l-Awtorità approvat disa’ u tletin (39) applikazzjoni għal ċilindri jew tankijiet tal-gass mis-sena 2000 sa’ llum.
c. Mill-applikazzjonijiet li ġew approvati msemmija hawn fuq, erba’ (4) minnhom kienu f’San Ġiljan.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta waħda mill-kliem “L.P.G.”, “LPG”, “gas” jew “fuel”, u ma tispeċifikax il-volum ta’ tankijiet tal-gass.
d. Bejn l-2001 u issa, skond riċerka diġitali fuq is-sistema ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, irriżulta illi nħarġu 8
Enforcement Notes
li kienu jinkludu fid-deskrizzjoni tagħhom it-tqegħid ta’ “
fuel tank
”, “
gas tank
” jew “
gas cylinder
”. Il-volum ta’ dawn l-istallazzjonijet mhux imkejjel u rekordjat.
MRA — permessi għall-istallazzjoni ta' tankijiet tal-gass
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
a) kemm-il permess/awtorizzazzjoni nħarġu mill-Malta Resources Authority għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru f’dawn l-aħħar għaxar snin?
b) kemm minn dawn inħarġu fiż-żona ta’ Paceville?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm giet esportata patata? Ta' liema tip kienet il-patata esportata? Liema huma dawk il-pajjizi li lejhom giet esportata? L-ammont ta' patata li giet esportata lejn kull pajjiż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi din l-informazzjoni hija waħda ta’ natura purament kummerċjali u ma tinġabarx mill-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Prim Ministru jara li t-toroq tul ix-xatt ta' Buġibba li fil-weekend ikunu magħluqa għat-traffiku fil-ħinijiet allokati, ikunu verament inaċċessibbli għat-traffiku u mhux ta' periklu peress li l-vetturi xorta jagħmlu użu mill-istess triq bi ksur tar-regolamenti tat-traffiku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li Dawret il-Gżejjer, matul il-promenade ta’ Buġibba, kienet uffiċjalment magħluqa għat-traffiku matul tmiem il-ġimgħa (mill-Ġimgħa sal-Ħadd) bejn it-8.00 p.m. u s-01.00 a.m. matul ix-xhur tas-Sajf. Saru anke tabelli adegwati li jindikaw il-ġranet u l-ħin ta’ dan l-għeluq għat-traffiku. Intant il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar se jara li għas-sajf li ġej ikun hemm aktar infurzar tal-liġi f’dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-gvern jaħdmu fil-park ta' Ta' Qali? Hu minnu li dan il-park se jkun privatizzat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi s-sezzjoni tal-PARK, li hi responsabbli ukoll tal-ġnien Nazzjonali f Ta’ Qali, tħaddem 151 persuna. Il-Gvern m’għandu l-ebda ħsieb li dan il-park jiġi privatizzat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi mikrijin u kemm hi l-ispiża mħallsa mid-Dipartiment tal-Biedja? Kemm hemm karozzi weqfin jistennew spare parts u kemm ilhom jistennew? Hu veru li m'hemmx flus biex jinxtraw l-ispare parts imma hemm flus biex jinkrew il-karozzi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi d-dipartiment tal-Agrikoltura għandu 4 karozza mikrija u l-ispiża hi ta €1050 fix-xahar. Bħalissa m'hemm l-ebda karozza wieqfa tistenna spare parts.
Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' approvazzjonijiet li ngħataw f'dawn l-aħħar għaxar snin mill-General Services Board (GSB) ta' btieħi ta' wara ta' djar u flats li kienu diġà mibnija, liema btieħi huma inqas minn dak stipulat fl-artikolu 97 (1)(n) tal-Kap. 10 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellnt li l-informazzjoni mitluba ma tiffurmax parti mill-istatistika miġbura mid-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu allokati fondi għall-SMPPMA tul il-program kollu u kif maqbul mal-kummissjoni Ewropea fit-Trattat tal-Adezjoni? Fuq liema setturi ġew allokati dawn il-fondi u fuq kemm snin? Kemm kellhom jitħallsu l-produtturi ta' kull settur skont kif maqbul fit-trattat? Kemm ġew imħallsa s'issa u jikwantifika kemm fuq kull settur? X'baqagħlhom jirċievu bħala sussidji l-produtturi u ta' liema snin huma dawn l-għajnuniet dovuti? X'passi u provizzjonijiet ħa l-gvern sabiex jiżgura li l-fondi jintużaw għall-iskop tal-iskema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi t-total ta’ fondi allokati ghall-SMPPMA tul il-program kollu u kif maqbul mal-Kummissjoni Ewropea fit-Trattat tal-Adezjoni huwa ta’ € 118.95miljun. Is-setturi li fuqhom ġew allokati dawn il-fondi huma tal-'Crops' (Ħaxix, Frott, Dwieli, Tadam)(mill-2004 sal-2014) u 'Animal Products' (Majjali, Baqar, Bajd u Tiġieġ) mis-sena 2004 sal-2010. Skont kif maqbul fit-trattat, il-produtturi kellhom jitħallsu skont il-produzzjoni li m'ghandhiex teċċedi s-ceiling indikat. Pagamenti sal-lum saru € 25.73m fuq is-settur tal-"Crops" u €49.63m fuq is-settur tal-"Animal Products". Sussidji dovuti jammontaw għal € 0.34m (2008) u € 2.7m (2009) għas-settur tal-"Crops" u € 1.23m (2008) u € 1.46m (2009) għas-settur tal-"Animal Products". Il-ħlasijiet ikun għadhom pendenti minħabba li biex wieħed jassigura li l-fondi jintużaw għall-iskop tal-iskema, jsiru spezzjonijiet u kontrolli.
Jista' l-Minisatru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq San Pawl, Ħal Safi għadha magħluqa meta din kellha tinfetaħ mill-ġdid appena titlesta Triq Valletta Żurrieq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qabel ma tkomplew ix-xogħlijiet fi Triq Valletta Żurrieq, Transport Malta rċeviet talba mill-Kunsill Lokali Safi sabiex Triq San Pawl tibqa’ one way. Din il-proposta saret fid-dawl ta' l-ammont tat-traffiku li żdied fiċ-ċentru ta' Safi u wara li evalwat ir-rikjesta kif ukoll it-toroq alternattivi li jistgħu jintużaw, Transport Malta approvat din it-talba.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a) Kemm-il applikazzjoni għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru saru lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar għaxar snin?
b) Kemm inħarġu permessi għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar għaxar snin?
ċ) Kemm minn dawn inħarġu fiż-żona ta’ Paceville?
d) Kemm-il enforcement notice inħarġet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar għaxar snin għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru u li ma kenux koperti b’permess tal–Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ?
Jista’ il-Ministru jgħid:
a) kemm-il permess/awtorizazzjonijiet nħargu mill-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta għall-istallazzjoniet ta’ tankijiet ta’ gass ta’ volum bejn il-500 litru u l-2000 litru f’dawn l-aħħar għaxar snin?
b) kemm minn dawn inħarġu fiż-żona ta’ Paceville?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hiex il-politika tal-kunsilli lokali li jħadnu politika etnika li tipprojbixxi residenti ta' villaġġi viċini milli jużaw toroq ta' villaġġ speċifiku? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid għalfejn is-sindku ta' Ħal Safi qed jiġi permess li jħaddan din il-politika u dan kif manifest fl-azzjoni tiegħu li għalaq Triq Żurrieq min-naħa taż-Żurrieq u Triq San Pawl tiela lejn iż-Żurrieq bl-intenzjoni diretta li ż-Żrieraq ma jkunux jistgħu jgħaddu għaż-Żurrieq min-naħa ta' Ħal Safi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif persważ li jaf l-Onor. Interpellant la l-Gvern u lanqas il-Kunsilli Lokali ma jħaddnu xi tip ta’ politika etnika li tiddiskrimina bejn il-persuni.
Dwar il-każ partikolari li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant din ma hi xejn kwistjoni ta’ etniċità.
Jien infurmat li hemm diversi raġunijiet, totalment lill’hinn mill-insinwazzjonijiet etniċi tal-Onor. Interpellant, għaliex saru l-arranġamenti tat-traffiku li ssemmew. Jirriżulta li Triq iż-Żurrieq saret
one-way
xi snin ilu wara diffikultajiet li kien hemm fl-immaniġġjar tat-traffiku fid-dawl tas-servizz tat-trasport pubbliku u parkeġġi fiha. Infurmat li meta t-triq imsemmija kienet għadha
two-way
diversi vetturi kien ikollhom jitilgħu fuq il-bankina sabiex jipproċedu fi triqthom. Dan a skapitu tal-istess Kunsill Lokali, li kien ikollu joqgħod isewwi l-ħsarat illu jsiru kawża tal-vetturi li jgħaddu minn fuq il-bankina, u fuq kollox b’periklu kbir għal min ikun għaddej minn fuq il-bankina. Infurmat ukoll li hemm toroq alternattivi għal din it-triq.
Intant dwar Triq San Pawl jien infurmat li din saret
one-way
sabiex il-qalba tar-raħal tiskansa l-ammonti kbar ta’ vetturi li qabel kienu jgħaddu mill-qalba tar-raħal. Dawn il-karozzi mhux biss kienu l-kawża ta’ emissjonijiet ta’ dħaħen fil-qalba tar-raħal iżda jirriżulta wkoll li ċertu xufiera rresponsabbli kienu qed jikkawżaw sfreġju ma’ diversi binjiet konsegwenza ta’ inċidenti li jkollhom fis-satra tal-lejl.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jitttieħdu sabiex l-għerien magħrufa bħala Tal-Libru ġewwa Ħal Safi, fil-kontrada tal-Karwija, li huma uniċi fid-dinja peress li huma mibnija fuq żewg saffi, jiġu protetti u jsiru aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Diċembru 2009 il-MEPA skedat il-katakombi Tal-Liebru ġewwa Hal Safi bħala Sit ta’ Importanza Arkeoloġika. Is-sidien ta’ l-art għamlu talba ta’ rikonsiderazzjoni kif tippermetti l-liġi. Il-kontroll dwar l-aċċess pubbliku għal dawn il-katakombi jiġi irregolat mis-Sovvrantendenza tal-Wirt Kulturali bi ftehim mas-sidien tal-art.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterju l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar konċediet l-permess f'Tal-Plier, Rabat, sabiex minflok binja, l-binja li kienet razzett imġarraf, ser jinbena żvilupp li m'għandu x'jaqsam xejn mal-biedja?
Jista jgħid jekk kienx hemm monitoragg mis-sovrindentenza tal-mużewijiet għax fejn qed issir dan l-iżvilupp hi zona li tista’ jkollha valur arkeoloġiku?
Jista’ jgħid kienx preżentat xi tip ta’ environment impact assessment lill-MEPA fuq dan l-iżvilupp?
Jista jgħid x'inhi r-raġuni li l-iżvilupp il-ġdid ingħata permess jeċċedi l-area li fuqha seta jsir l-iżvilupp?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għandha bżonn iktar dettalji, bħal per eżempju n-numru tal-applikazzjoni (PA Number) jew indirizz sħiħ tas-sit, biex tkun tista' twieġeb aħjar din il-mistoqsija.
Malta Enterprise — ħaddiema li jieħdu sehem f'attività politika
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Malta Enterprise qiegħda tkun diskriminatorja meta eskludiet b'mod assolut lil kull ħaddiem part-time jew full-time minn kull attività politika jew attività oħra in generali li tista' b'xi mod immaġinarju tkun f'konflitt ma' xi interess ta' Malta Enterprise, meta dawn ir-regolamenti mhumiex applikabbli għaċ-chairman, membri tal-bord, amministrazzjoni u bord eżekuttiv ta' Malta Enterprise?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impjegati tal-Malta Enterprise huma marbuta bil-kodiċi ta’ etika applikabbli jew fil-kuntratt ta’ ingaġġ li huma għandhom, jew inkella l-kodiċi ta’ etika għal uffiċċjali pubbliċi.
Fil-każ tad-Diretturi u c-
Chairman
, dawn huma marbuta bil-kodiċi ta’ etika għal Diretturi tal-Bordijiet fis-settur pubbliku. Għaldaqstant, ma nistax nifhem fejn l-Onorevoli Interpellant qed jara diskriminazzjoni peress li ż-żewg dokumenti huma dokumenti pubbliċi u applikabbli għal kull entità u ingaġġ mas-servizz pubbliku.
Jista' l-Ministru jispjega x'miżuri qed jittieħdu biex tiġi żgurata l-privatezza tal-individwi, protezzjoni minn abbużi ta' data u assigurazzjoni ta' protezzjoni ta' data mill-awtorità responsabbli mill-ħruġ ta' passaporti fid-dawl li fost id-data ġdida li qed tinżamm hemm il-marki tas-swaba? Saru konsultazzjonijiet mall-Kummissarju għal Protezzjoni tad-Data? Se jsir awditjar regolari tas-sistema biex jiġi żgurat li r-regoli qed jiġu osservati? Min se jagħmlu? Kull meta se jsir? Ir-rapport se jkun pubblikat? Se jkun hemm xi tip ta' involviment mill-Kummissarju għal Protezzjoni tad-Data fl-immaniġjar jew awditjar tas-sistema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-data li tinġabar meta wieħed japplika għall-passaport ġdid tintuża biss għal skopijiet ta’ passaport, skont ir-Regolament tal-Unjoni Europea 2252/2004, u biex tassigura s-sigurtà fil-passaport stess. L-immaġini tal-marki tas-swaba li jinżammu fil-passaport jintużaw biss meta wieħed jiġbor il-passaport mill-uffiċċju tal-passaporti u meta jaqsam il-fruntieri. L-uffiċjal jitlob l-individwu biex jivverifika li l-marki tas-swaba li hemm fil-passaport jaqblu ma’ dawk tal-individwu. B’hekk tassigura l-identità tal-individwu. Id-data fil-passaport hija ssiġillata diġitalment u tista' tinqara biss minn apparat awtoriżżat.
L-Infrastruttura hija mibnija b’sigurta' kbira biex tevita x’ intruzzjoni mhux awtoriżżata. Is-sistema tawditja x’jiġri meta l-users awtoriżżati jużaw is-sistema u żżomm audit trail ta’ dak li jkun sar minn kull user.
Id-data biometrika li tinżamm fil-passaport, kemm l-immaġini tal-wiċċ u l-marki tas-swaba, qed tinżamm ukoll fid-database però mingħajr l-ebda link mad-data personali tal-individwu. B’hekk tkun teknikament aktar diffiċli biex tisstabilixxi l-identita’ tal-persuna li tagħha tkun id-data biometrika.
Meta jiskadi l-passaport, il-marki tas-swaba jinżammu fis-sistema għal sitt xhur u wara jitħassru awtomatikament. Dawn is-sitt xhur huma kkunsidrati bħala l-inqas perjodu possibli li jista’ ikun hemm bżonn biex jiġu nvestigati xi rapporti ta’ xi abbuż tal-passaport sad-data tal-iskadenza tiegħu.
Nikkonferma wkoll li saru konsultazzjonijiet mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.
Dwar l-awditjar tas-sistema jien infurmat li d-Dipartiment huwa suġġett għall-awditjar mill-IAID u mill-NAO u hu marbut mill-liġi tal-Protezzjoni tad-Data. Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data imbagħad ikun jista', jieħu kull azzjoni li jidhirlu li tkun xierqa skont il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod ġie determinat illi polo shirt huwa tajjeb ghal Awwissu iżda mhux għal kumplament tas-sajf? Jista' jgħid jekk iċ-Chairman ta' Malta Enterprise għandux xi interess tal-istil tal-moda meta rrefera għall-ilbies ta' polo shirt speċifikament u jekk iċ-chairman ġiex mogħti xi informazzjoni dwar persuni fl-ingaġġ ta' Malta Enterprise li jinħtieġu attenzjoni speċjali dwar il-kura ta' persunthom u dan in vista tar-regolamenti l-ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Management tal-Malta Enterprise għandu dritt jistabbilixxi policies dwar l-ilbies fuq il-post tax-xogħol. Il-policy ma ġietx żviluppata għax kien hemm xi rapport dwar il-kura ta xi persuni speċifiċi.
Rigward l-użu ta’
polo shirt
matul ix-xahar ta’ Awwissu, dan ġie determinat peress li l-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks ikunu qed joperaw bil-ħinijiet tas-sajf għal dak ix-xahar biss.