Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — stallazzjoni ta' CCTV Cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Transport Malta ġew istallati CCTV cameras li mhumiex konformi mal-liġi b'dan li qed jiksur in-normi kontemplati mid-data protection act fil-konfront tal-impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kumpanija Arriva — xufiera mingħajr tags

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li numru sostanzjali ta' xufiera mal-kumpanija Arriva ilhom xhur isuqu l-istess vetturi mingħajr tag u koperti b'sempliċi dikjarazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kien hemm 307 xufiera li t-tag tagħhom kienet se tiskadi fl-aħħar ta’ Settembru 2012 u minħabba raġunijiet amministrattivi, Transport Malta ma laħqitx ġeddithom kollha individwalment sa dak iż-żmien. B’hekk Transport Malta ġeddithom b’mod kollettiv permezz ta’ ittra sakemm dawn jiġu proċessati individwalment.

Palumbo Malta Ship Yards Ltd — xogħol ta' sand blasting

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Palumbo Malta Ship Yards Ltd għandhix tuża jew teseġwixxi xogħol ta' sand blasting fil-miftuħ fil-faċilità li huwa jmexxi ġewwa Dock 6? Jekk fin-negativ, jista' jgħid jekk l-istess kumpanija fl-istess post kellix xi speċjali sabiex tesegwixxi xogħlijiet simili reċentament u dan għad-detriment tar-residenti tal-lokal?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Pensjoni ta' persuna li ma ġietx riveduta

Question

Jista' l-Ministru, stante l-fatt li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għad li rikorra fl-uffiċċju rispettiv u ma ħa l-ebda tweġiba, jingħata raġuni għalfejn l-pensjoni tiegħu ma ġietx riveduta u li konsegwentement qed jirċievi anqas minn persuni oħra li kienu tal-istess grad bħalu?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Transport Malta — upgrade fil-qasam maniġerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il upgrade ingħatat fil-qasam maniġerjali mis-sena 2010 sal-lum f'Transport Malta u x’wassal sabiex jingħataw dawn l-upgrades? Jista' jipprovdi l-lista ta’ dawn il-persuni flimkien mad-dipartiment u ż-żieda li ġew mogħtija fis-salarji tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Infakkar lill-Onor Interpellant li mhix il-konswetudini li jintalbu l-ismijiet ta' uffiċjali pubbliċi sakemm ma jkunx hemm xi raġuni speċifika li għaliha għandhom jissemmew.

Transport Malta — spejjeż fuq delegazzjoni 5+5

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal Transport Malta fuq spejjeż li saru għad-delegazzjoni tal-5+5? Jista' jipprovdi r-rendikont fiex kienet tikkonsisti din in-nefqa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma għamlet l-ebda nefqa fuq spejjeż li saru għad-delegazzjoni tal-5 + 5.

Sewwieqa tal-Arriva — xuffiera li ġew agrediti, insultati, mhedda u msawta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti intavolati minn sewwieqa tal-Arriva fejn irrappurtaw każijiet fejn huma ġew agrediti, insultati, mhedda u anke msawta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta qatt ma rċeviet ilmenti fir-rigward ta' agressjoni fuq xufieri tal-Arriva.

Karozzi tal-Arriva — ħsarat waqt vjaġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi tal-Arriva li waqfu bi ħsarat waqt li kienu qed iwettqu l-vjaġġ tagħhom mit-3 ta' Lulju 2011 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' ħsarat ġew irrapurtati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — promotions

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi d-dati ta' meta nħarġu l-promotions kif ukoll id-dati ta' meta ġew mgħotija l-applikanti għall-interviews mill-2010 sal-lum fi Transport Malta? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti għal kull sejħa li ħarġet? Jista' mbgħad jagħti d-dati ta' meta l-promotions ingħataw uffiċjalment lil persuni magħżula?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — tqassim ta' xogħol

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37403, jista' l-Ministru jgħid kif Transport Malta tiġġudika lill-impjegati tagħha u cioè: tikkonsidra dawk li huma responsabbli minn dawk li huma meqjusa bħala irresponsabbli speċjalment meta jiġi biex jingħata xogħol ta' responsabilità? Jista' jgħid kif Transport Malta tasal għal din id-deċiżjoni meta l-istess impjegati jibqgħu ma jingħatawx promozzjoni peress li jkunu qed jesegwixxu xogħlhom bħal dak ta' grad għola?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Grand Harbour Regeneration Corporation — ħaddiema li ġew trasferiti minn dipartiment jew direttorat

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema dipartiment u direttorat kienu jesegwixxu xogħlhom il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament qabel ma dawn ġew trasferiti mal-Grand Harbour Regeneration Corporation? Jista' jgħid x'kienu l-gradi ta' dawn il-persuni u jispeċifika x-xogħol li kien jitwettaq minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — persuni magħżula għall-evaluation committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni magħżula biex jiffurmaw l-evaluation committee li jikkonsistu f'chairman, segretarju u tliet evalwaturi humiex uffiċjali jew jokkupaw grad inqas fi Transport Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min jiddeċiedi fl-għażla ta' dan il-kumitat u fuq liema kriterji jiġi magħżul?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — Interviewing panel

Question

Jista' l-Ministru jindika min huma dawk li jikkomponu l-interviewing panel fi ħdan Transport Malta u jgħid kif dan il-panel jiġi magħżul? Jista' jgħid jekk il-marki li dan il-panel jassenja humiex konklussivi u fuq liema bażi jasal għal tali konklużjoni u japprova li l-marki assenjati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — diskussjonijiet rigward Traffic Management System

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba mill-2010 sal-lum Transport Malta kienet involuta f'diskussjonijiet rigward Traffic Management System? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienu dawk it-temi diskussi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Transport Malta — unpaid leave

Question

In vista tal-fatt li llum hu stabbilit li fi ħdan Transport Malta teżisti sistema li permezz tagħha jingħata unpaid leave abbażi tal-mertu ta' kull każ, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma dawn il-każijiet u/jew kriterji? Jista' jgħid kemm huwa dak il-perjodu li wieħed huwa intitolat għalih?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — persuni li marru għal konfernza 5+5

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37410, jista' l-Ministru jgħid jekk l-organizzaturi li għamlu talba għal persuni għandhomx konnessjoni mat-Transport Malta u jgħid min huma l-istess organizzaturi? Jista' jgħid fuq liema bażi ta' leave ġiet rilaxxata l-persuna involuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — Secreterial Services Ltd - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dettaljata dwar x'inhuma xogħlijiet li jesegwixxu l-impjegati tas-Secretarial Services Ltd f'Transport Malta? Jista' jgħid f'liema dipartiment dawn l-impjegati huma assenti? Jista' jikkompara r-responsabilità tax-xogħlijiet imqabbda lilhom mal-gradi li hemm fl-awtorità? Jista' jipprovdi l-kwalifiki ta' dawn l-impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.