Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ġew ingaġġati l-aħħar 13-il security officer ma' Transport Malta meta dawn m'għandhomx il-kwalifiki meħtieġa? Jista' jgħid jekk il-fatt li dawn kollha jemanu mill-ewwel distrett elettorali kienx il-kriterju meħud in konsiderazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'analiżi saret fuq is-site uffiċjalment magħrufa bħala 80, fi Triq San Mikiel, Żurrieq stante illi għad li ġew meqruda diversi strutturi ta' valur storiku u arkitettoniku mill-iskavar li sar u għadu għaddej, jidher li jista' jkun il-każ li jistgħu jemerġu fdalijiet ta' importanza storika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iżvilupp indikat fl-interpellanza huwa kopert bil-permessi meħtieġa PA 6690/06 u PA 4223/08 rispettivament. Minn spezzjoni li saret ma jirriżultax li twaqqgħu xi partijiet prottetti għalkemm kellhom jiżżarmaw temporanjament xi elementi mill-bini oriġinali u dan sabiex ikun jista' jitwettaq ix-xogħol strutturali l-ieħor li hemm kopert bil-permess li jinkludi alterazzjonijiet u bdlil ta' soqfa. Dawn l-elementi eventwalment ser jerġgħu jitpoġġew lura skond il-pjanti approvati. Fil-frattemp l-iżvilupp huwa suġġett għall-moniteraġġ mill-uffiċjal inkarigat u dan sabiex ikun assigurat li l-permess u l-kondizzjoniiet ikunu segwiti fl-interita kollha tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi se jittieħdu kontra l-iżviluppatur tal-fond, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li rreka u se jkompli jirreka danni f'bini li s-sid tiegħu huwa l-gvern jew l-Awtorità tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li madwar il-propjeta msemmija ma jirriżultax li hemm propjetà tal-Awtorità tad-Djar. Nitlob l-Onor. Interpellant jagħti d-dettalji tal-fond li hu maħsub li hu tal-gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx l-intenzjoni li l-bibien fi Triq Robert Baden Powell, Birżebuġa jiġu numerati mill-ġdid bħalma ġara fil-kumplament tal-lokalità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-iżviluppatur tas-sit uffiċjalment immarkat bin-numru 80 fi Triq San Mikiel Żurrieq, għad li kien projbit milli jwaqqa' u jiddistruġġi diversi ambjenti u strutturi fl-istess sit, dan l-iżviluppatur attwalment qered dak kollu li kien projbit milli jmiss u nonostante l-fatt li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hija a konoxxenza ta' dan kollu, l-iżviluppatur ikompli bl-iżvilupp qisu xejn? Jista' jgħid x'passi se jittieħdu u jekk hux se jiġi mwaqqaf ħalli jiġu preservati l-ftit strutturi li fadal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-Tweġiba Parlamentari li tajt f’ Mistoqsija Parlamentari nru.24465.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-konfront tal-irmiġjaturi tal-Port mhux qed jaġixxi bl-istess mod li mexa ma' setturi oħra li jaħdmu fil-port?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jespandi aktar dwar l-interpretazzjoni tiegħu biex inkun f'pożizzjoni li nirrispondi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għad li nstab ħati kriminalment u qed jistenna l-appuntament għall-appell, ma ġiex sospiż mil-inkarigu tiegħu ma' Trasport Malta meta persuni oħra, f'każijiet simili, u li għadhom ma nstabux ħatja lanqas mil-Qorti fl-ewwel istanza, ġew hekk sospiżi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tieħu l-passi kollha neċessarji skont il-liġi u proċeduri governattivi f’dan il-każ. Il-każ li dwaru l-persuna nstab ħati, m' għandux x’jaqsam mad-dmirijiet tiegħu fi Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi għas-sajd permezz ta' (a) Trawlers u (b) Long Line bejn 1 ta Jannar 2008 u 7 ta Frar 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu mitlub imsemmi,.kien hemm disa' trawlers reġistrati u li minnhom kien hemm 2 li kienu replacement ta' bastimenti diġa' eżistenti. Kien hemm ukoll disa' u għoxrin reġistrazzjoni ta' bastimenti Longliners u li ħdax minnhom kienu wkoll replacements.
Jista' l-Ministru jgħid meta dawk li kkwalifikaw bħala dental surgery assistants se jkunu reġistrati ma' xi korp rikonoxxut? Jista' jgħid jekk dawk id-dental surgery assistants li preżentement qegħdin jaqdu inkarigu fl-Isptar Mater Dei hux se jiġu tal-post appena jiskadi l-kuntratt tagħhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-grad tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, fi ħdan id-Direttorat tal-Għammieri? Jista' jgħid jekk dan il-grad hux intitolat għal xufier a spiża tad-Dipartiment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-grad tal-persuna kkonċernata huwa ta’ Uffiċjal Amministrattiv u m'għandhiex is-servizz ta’ xufier. Din il-persuna, flimkien ma’ xi persuni oħrajn, jagħmlu użu minn servizz ta’ trasport li hu offrut bi ħlas lil min isib diffikultà biex jasal għall-post tax-xogħol.
Ministeru għall-Iżvilupp Rurali — persuna li tokkupa l-grad ta' scale 5
Question
Jista' l-Ministru jgħid l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, jokkupa l-grad ta' scale 5 mal-Gvern u li għandu l-impjieg tiegħu mal-Ministeru għall-Iżvilupp Rurali, x'ħin jaqdi d-dmirijiet tiegħu fi ħdan l-istess Ministeru meta dan kuljum ikun xogħol bit-taxi personali kif jidher fuq il-biljett tan-negozju tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant mhix fi skala 5 iżda b'kuntratt definit u taħdem ħinijiet flessibli. Tajjeb li l-Onor. Interpellant jkun jaf li hi l-prassi
fil-qasam tax-
chauffer driven vehicles
li vettura liċenzjata ma titħaddemx biss mis-sid iżda anke minn persuni oħra li huma liċenzjati biex jaħdmu bħala xufiera.
Żurriq — Triq Valletta - għalqa tal-kontrada - periklu
Question
Jista' l-Ministru jara li l-periklu li jista' jkun fatali fl-għalqa tal-kontrada taż-Żurrieq fi Triq Valletta jitneħħa u dan billi l-Korporazzjoni Enemalta, għalkemm sarulha diversi talbiet, qed tonqos milli tagħmel dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta għandha bżonn iktar informazzjoni bħal site plan jew xi numru tat-telefon ta’ min qed jagħmel l-ilment. Enemalta ma tafx li hemm xi periklu f’dawn l-akwati. L-inġinier tad-distrett irċieva ilment verbali fuq cable tal-high tension f’dawn l-akwati imma l-cable li hu msemmi f’din il-mistoqsija parlamentari huwa pprotettat bi steel plates u m’hemmx periklu.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li dawk li kienu ġew magħżula sabiex ikollhom il-qoxra tagħhom tas-sajd mkissra (demolition) ġew sostituti b'oħrajn minflok?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid:
kemm hemm nies fiż-Żurrieq li kienu ntitolati għall-benefiċċju tal-enerġija matul l-2009;
kemm hemm nies residenti ż-Żurrieq li segwu programm ta’ riabilitazzjoni tad-droga matul l-2009;
kemm kien hemm persuni reġistrati bħala persuni b’diżabilità fiż-Żurrieq matul l-2009;
kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol fiż-Żurrieq matul is-sena 2009;
kemm kien hemm persuni fiż-Żurrieq li kienu reġistrati bħala
single mothers
matul l-2009; u
kemm kien hemm studenti miż-Żurrieq li bdew kors l- MCAST u l-Univeristà matul l-2008 u ma komplewx l-istudji tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ residenti fiż-Żurrieq li kienu ntitolati għall-benefiċċju tal-enerġija matul l-2009 kien 564, u n-numru ta’ residenti fiż-Żurrieq li kienu reġistrati bħala single mother matul l-2009 kien 189.
Kien hemm 221 persuni reġistrati bħala persuni b’diżabilità fiż-Żurrieq matul l-2009.
Fl-aħħar ta’ Diċembru 2009 kien hemm 158 persuni jirreġistraw għax-xogħol fiż-Żurrieq, li minnhom kien hemm 7 b’diżabilita’.
Kien hemm 25 student miż-Żurrieq li bdew kors l-MCAST matul l-2008 u ma komplewx l-istudji tagħhom. 20 student miż-Żurrieq bdew kors fl-Universita’ ta’ Malta u ma komplewx l-istudji tagħhom.
Filwaqt li ma kien hemm l-ebda persuna miż-Żurrieq li segwiet programm ta’ riabilitazzjoni tad-droga matul l-2009.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li staff paramediċi (fiżjoterapisti, occupational thearapists) m'humiex qed jingħataw uniformijiet ġodda biex ikunu jistgħu jibdlu l-uniformijiet qodma tagħhom? Jista' jgħid meta se jibdew jingħataw dawn l-uniformijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-aħħar tqassim ta’ uniformijiet lill-Paramediċi sar f’Diċembru 2008.
Matul l-2009 kien hemm komunikazzjoni mas-sezzjonijiet li jaqgħu taħt it-titlu ta’ paramediċi li huma
ECG Technicians, Radiographers, Occupational Therapists, Dental Technicians, Dental Hygienists, Dental Technologists, Physiotherapists
u
Pathology Laboratory Operators / Phlebotomists,
sabiex jiġu ivverifikati l-ispeċifikazzjonijiet u jsir it-tibdil meħtieg qabel ma toħrog it-talba għall-offerti
.
F’dan il-perjodu saret talba ukoll għall-uniformijiet mid-Dipartiment tad-Dentistrija għad-
Dental Surgery Assistants.
Eventwalment, fl-Isptar Mater Dei sar eżerċizzju sabiex jiġu regolarizzati l-uniformijiet tad-diversi professjonijiet, inkluż dawk ta’ l-infermiera. Issa, wara li ġew ikkonfermati l-ispeċifikazzjonijiet, proċess ta’ konsultazzjoni li ħa ftit tat-tul, inħarġu s-sejħiet għall-offerti li fil-fatt jagħlqu fil-15 ta’ Diċembru 2010.
Huwa stmat li fl-ewwel kwart tas-sena 2011 ser jibdew jitqassmu dawn l-uniformijiet il-ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei mhumiex qed jingħataw pagers?
Jista’ jikkonferma jekk huwiex minnu li l-kumpanija li qed tipprovdi dan is-servizz fil-preżent beħsiebha twaqqaf dan is-servizz ?
Jista’ jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-gvern f’każ li l-kumpanija li preżentament qed tipprovdi s-servizz tiddeċiedi li twaqqaf is-servizz tal
-pager ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kumpanija li għandha l-kuntratt tal-paging għall-Isptar Mater Dei ma baqgħetx tforni lill-isptar b’aktar pagers.
M’inix f’pożizzjoni li nikkonferma jekk il-kumpanija li qegħda tipprovdi dan is-servizz hijiex beħsiebha li twaqqaf dan is-servizz.
Il-Management tal-Isptar Mater Dei qiegħed jevalwa sistema alternattiva ta’ komunikazzjoni.
Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard — informazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi seħħew s'issa in vista tal-azzjoni industriali (parzjali) fid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard?
Jista' l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm ħaddiema
full-time
, li qed iwettqu xogħol ta’
health promotion officers
u kemm ilu ma jkunu impjegati
health promotion officers
ġodda ?
Jista’ jgħid kemm suppost li għandu jkun hemm impjegati fil-grad ta’
health promotion officer
biex il-Health Promotion Unit tkun tista’ taqdi d-doveri tagħha kif suppost?
X’qiegħed iżomm lill-gvern milli joħroġ sejħa għall-impjieg fil-Health Promotion Class? Kemm ilha ma tiġi rreveduta l-
grading structure
tal-Health Promotion Class?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Għar-rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija infurmat li l-azzjoni industrijali ittieħdet minħabba li għadu ma ntlaħaqx ftehim dwar reviżjoni tal-ftheim settorali għal din il-klassi, liema ftehim ma jaqax taħt il-kompetenza ta’ dan il-Ministeru, u għalhekk nitolbu jirrivolġi din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Preżentament hemm żewg ħaddiema full time li jwettqu xogħol ta’ Health Promotion Officers mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard. L-aħħar sejħa għal Health Promotion Officers saret fit-18 ta Ġunju 1996.
Saret talba għal żieda ta żewg Health Promotion Officers għas-sena 2010/2011. Din it-talba ġiet approvata u huwa ittamat li tkun tista’ toħroġ is-sejħa f’qasir żmiern. In-numru ta’ Health Promotion Officers li għandu bżonn id-direttorat qed jiġi stabbilit bħala parti mill-pjanijiet ta’ azzjoni li fil-preżent qed jiġu żviluppati kemm għal dak li għandu x’jaqsam ma mard li ma jittieħedx kif ukoll għall-implementar tal-istrteġija dwar is-saħħa sesswali.
Il-Gvern ma ħariġx sejħa għall-impjieg għall-Health Promotion Officer peress li ħass li għandu jiġi emendati il-kundizzjonijiet għas-sejħa biex dawn jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet tad-direttorat u jkunu aktar relevanti għar-rejaltajiet ta’ llum. Biex dan ikun possibbli irid jiġi amendat il-ftehim settorali imsemmi aktar ‘il fuq liema ftehim kien gie iffirmat fl-1995.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tiġbor flus il-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma permezz tal-ARMS Ltd bħala ħlasijiet tad-dawl u ilma mir-raħħala u l-bdiewa ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20568.