Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-diriġenti tal-MFCC liberalment qed jitħallew jikkapparaw art tal-gvern f'Ta' Qali mingħajr titolu u jitħallew jikkummerċjaw bi qligħ l-istess art illegalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-MFCC kienet kwalifikat għal dan il-proġett wara sejħa li kienet saret mill-Ministeru responsabbli għall-Proġetti tal-Gvern snin ilu. Il-kumpanija qiegħda tokkupa l-art taħt titlu ta’ encroachment sakemm il-MEPA tistabbilixxi l-konfini tal-proġett. Malli dan jiġi stabbilit il-kumpanija tingħata titolu aktar sod skont il-provedimenti tal-Kapitolu 268 (Disposal of Government Act) tal-liġijiet ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm passiġġieri nġarru fix-xahar ta' Lulju 2010 permezz tas-servizz tat-trasport pubbliku qabel ma bdiet topera l-Arriva u kemm inġarru passiġġieri f'Lulju 2011 mill-Arriva?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Lulju 2011 is-servizz tat-trasport pubbliku ma ħadimx kif ikkuntrattat, fejn passiġġieri u¿aw is-servizz mingħajr biljetti, rotot li ġew sub-kuntrattati ma kellhomx magni tal-biljetti, kif ukoll intużaw
coaches
mingħajr biljetti, l-informazzjoni ta’ patrunaġġ mhix kompluta. Għaldaqstant Transport Malta ma tinsabx f’pożizzjoni li tipprovdi nformazzjoni għax-xahar ta’ Lulju 2011.
L-ammont ta’ passiġġieri li nġarru fix-xahar ta’ Lulju 2010 kien ta’ 2,781,960.
Transport Malta — penali fuq ċittadini li jkun instabu ħatja ta' kontravenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid min fejn jemani l-poter lil Transport Malta sabiex din timponi penali fuq ċittadini li jkun instabu ħatja ta' kontravenzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Trasport f'Malta għandha s-setgħa li tistabbilixxi u timponi pieni amministrattivi, u dan taħt Kap 499, Att dwar l-Awtorita' għat-Trasport f’Malta, artikolu 6(2)(g) u artikolu 47 tal-imsemmi Att.
Xogħol ta' qdif waqt surveys li jsiru fuq il-baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid min jagħmel ix-xogħol ta' qdif waqt surveys li jsiru fuq il-baħar? Jista' jgħid minn liema dipartiment jiġi magħżul l-individwu sabiex ikun jista' jitwettaq dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li meta jsiru hydrographic surveys bil-qdif, isiru min impjegat ta’ Transport Malta; u meta dan ma' jkunx jista’, jitqabbad ex-impjegat ta’ Transport Malta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27205, jista' l-Ministru jgħid x'kien il-job title tal-impjegat fi ħdan Transport Malta qabel ma ġie affettwat it-trasferiment? Jista' jgħid x'inhu l-job title tal-istess impjegat illum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma' kien hemm l-ebda tibdil fil-job title tal-impjegat konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ġew mixtrija u min importa l-ktajjen għall-użu ta' bagi fl-2010 li jaqgħu taħt Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sena l-oħra (2010) xtrajna dawn il- kwantitajiet ta' ktajjen mingħand l-aġenti hawn taħt imsemmija:-
Pantheon Shipping Supplies €18,000.00
J.P. Baldachino € 1,494.56
Ray's Hardware Store € 4,014.78
Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili — lista tal-istaff
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-staff tekniku li jaqa' taħt id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili? Jista' jgħid x'inhu r-rwol ta' dawn l-uffiċjali u kemm minnhom mhumiex ċittadini Maltin? Jista' jgħid kemm minn dawn l-uffiċjali/ħaddiema huma fl-ingaġġ tal-Air Malta? Jekk mhumiex, huma fl-ingaġġ ta' xi kumpanija kummerċjali oħra? Jista' jikkonferma jekk hux konxju mill-implikazzjonijiet li jġibu l-ingaġġi simili?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-lista mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija mehmuża. Ninsab infurmat li s-servizz mogħti minn dawk il-persuni li kienu ngaġġati biex jagħtu servizz fuq bażi part-time kif meħtieġ minn żmien għal żmien, m’għandux x'jaqsam ma' ebda tip ta' xogħol relatat mal-entitajiet kummerċjali li jaħdmu magħhom biex hekk ikun żgurat li ma jkunx hemm kunflitt t'interess.
Tista' l-Ministru tgħid jekk humiex jittieħdu l-miżuri relattivi sabiex appena tibda s-sena skolastika jiġi evitat l-iskomdu tas-sena preċedenti u d-diffikultà li tidher se tirriżulta konsegwenza tan-nuqqas ta' kwotazzjoni in segwitu għat-tender li dettalji dwaru qed jingħataw separatament li nħarġet għal dan il-għan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu għal liema tender qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għandhiex unit ta' mastrudaxxa? Jekk fl-affermattiv, fejn qiegħed il-workshop tal-mastrudaxxa fi ħdan Transport Malta? Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni li nxtara tant apparat użat fis-sengħa ta' mastrudaxxa u li ġie maħżun f container fix-shed tad-deep water quay l-Marsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa Transport Malta m'għandhiex unit ta' mastrudaxxa fi ħdana. Rigward l-apparat imsemmi, ninsab infurmat li dan il-makkinarju nxtara meta kien għad m'hemm l-ebda ħsieb li s-sezzjoni tispiċċa mingħajr workshop. Kull tip ta' makkinarju maħżun ġewwa l-containers huwa mistenni li jerġa jiġi wżat hekk kif is-sezzjoni tal-Manutenzjoni jerġa' jkollha workshop.
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għall-bdil fil-proċedura li persuna li jkollha l-vettura tagħha sekwestrata mill-pulizija b'investigazzjoni pendenti , qiegħda tiġi mġiegħla tħallas kull pendenza qabel ma tiġi mogħtija l-liċenzja u l-multi amministrattivi appena tiġi rilaxxata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Imsida u Ta' Xbiex marinas — Manutenzjoni tas-sistema tat-tifi tan-nar
Question
Billi l-Imsida u Ta' Xbiex Marinas ġew privatizzati, jista' l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni tas-sistema tat-tifi tan-nar kenitx issir mid-Dipartiment tal-Manutenzjoni, (ex MMA) illum Transport Malta? Jista' l-Ministru jgħid f'liema kundizzjoni ġiet mogħtija din is-sistema lill-Greek Development Ltd., u f'liema kundizzjoni tinsab illum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sistema tat-tifi tan-nar ma baqgħetx tintuża’ wara s-sena 2005 fejn minflok ġew installati fire extinguishers. Creek Developments Plc, l-operaturi il-ġodda tal- marinas tal-Imsida u Ta' Xbiex, huma obbligati li jqegħdu fil-post sistema tat-tifi tan-nar fi żmien stabbilit skont il-Concession Agreement.
Jista' l-Ministru jgħid fejn se jkunu jistgħu jagħmlu użu mit-toilets u showers it-turisti u l-owners tal-jottijiet li jkunu qegħdin jużaw il-Marina tal-Imsida peress li dawn jinsabu magħluqin? Jista' jikkonferma fejn jinsabu ċ-ċwievet?
Transport Malta — Dipartiment tal-Manutenzjoni - crane
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26108, jista' l-Ministru jgħid min għamel użu mill-crane imsemmi matul din l-aħħar sena peress li l-impjegat li kien isuqu fi ħdan id-Dipartiment tal-Manutenzjoni ta' Transport Malta ma baqax jifforma parti mill-istess dipartiment? Jista' jgħid min qed itella' dan il-crane għall-VRT?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan il-crane ma ġiex użat iżjed minn meta l-impjegat ġie trasferit f’dipartiment ieħor. Il-crane imsemmi ġie meħud għall-VRT minn xufier kwalifikat li ġie sub-contracted għal din il-biċċa xogħol.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26106, jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-impjegat kienx kapaċi jagħmel xogħol ieħor fl-istess dipartiment? Jista' jgħid jekk qabel ma ġie affettwat dan it-trasferiment, min kien qed jagħmel ix-xogħol li llum qed isir minn dan l-istess impjegat? Jista' jgħid dan l-impjegat f'liema sengħa huwa speċjalizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jagħmel l-impjegat konċernat hija fil-kompetenza u l-grad tiegħu kif ukoll skont l-eżiġenzi ta’ Transport Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra dwar x'policies qed jiġu mfassla mill-uffiċċju tad-data protection dwar credit rating companies li qed joperaw f'Malta u li qed jiġbru data fuq persuni mhux neċessarjament bil-kunsens tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li s-Sezzjoni tal-Protezzjoni tad-Data fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġiet imwaqqfa speċifikament biex tiffaċilita u tgħin lis-Servizz Pubbliku jkun konformi mal-Att dwar il-Protezzjoni u Privatezza tad-Data Kapitolu 440. Filwaqt li din is-Sezzjoni taħdem id f’id mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data fir-rigward ta’ pproċessar ta’ data personali fis-Servizz Pubbliku, mhux ir-rwol tagħha li tidħol fil-qasam tas-settur privat, bħal dak tal-Credit Rating Companies.
Ninforma ukoll lill-Onor Membru li l-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-
Data
, li jaġixxi b’mod indipendenti u ma huwiex suġġett għad-direzzjoni ta’ ebda persuna jew awtorità fil-funzjonijiet tiegħu ta’ regolatur, jaqa’ taħt il-portafoll tal-Ministeru għall-Ġustizzja u Intern.”
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kien jiddetjeni art fil-limiti tal-Gudja kontrada tal-Karwija, għadu ma rċeviex l-kumpens bħalma rċevew gabillotti oħra familjari tiegħu in segwitu għal esproprjazzjoni effettwata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament, u li kien jiddetjeni art fil-limiti tal-Gudja, kontrada tal-Karwija, liema art ittieħdet għal skop pubbliku, għadu ma rċeviex il-kumpens għat-telf tal-uċuh tar-raba minħabba l-fatt li minkejja li l-istima hija lesta, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern qiegħed jistenna l-flus permezz ta’ trasferiment inter-governattiv. Kif jaslu dawn il-flus, id-dipartiment jieħu ħsieb li jħallas il-kumpens kemm jista’ jkun malajr.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija kummerċjali Arriva ma ħallset l-ebda taxxa u ċioe taxxa ta' importazzjoni tal-vetturi li importat miċ-Ċina meta dawn huma soġġetti għal ħlas ta' taxxa stante li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-175 vettura li l-kumpanija kummerċjali Arriva ġabet miċ-Ċina, tqiegħdu fil-proċedura tad-dwana magħrufa bħala customs warehousing (bonded storage), fejn it-taxxi kollha applikabbli ikunu sospiżi sakemm isir ir-rilaxx fis-suq intern tal-Unjoni Ewropea.
Sat-2 ta’ Ġunju 2011, 73 vettura tħallset fuqhom it-taxxa ta’ importazzjoni u kienu rilaxxati. Ir-rilaxx tal-kumplament tal-102 vetturi qed jipproċedi ftit ftit.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija kummerċjali Arriva ma ħallset l-ebda taxxa u ċioe taxxa ta' importazzjoni tal-vetturi li importat miċ-Ċina meta dawn huma soġġetti għal ħlas ta' taxxa stante li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-175 vettura li l-kumpanija kummerċjali Arriva ġabet miċ-Ċina, tqiegħdu fil-proċedura tad-dwana magħrufa bħala customs warehousing (bonded storage), fejn it-taxxi kollha applikabbli ikunu sospiżi sakemm isir ir-rilaxx fis-suq intern tal-Unjoni Ewropea.
Sat-2 ta’ Ġunju 2011, 73 vettura tħallset fuqhom it-taxxa ta’ importazzjoni u kienu rilaxxati. Ir-rilaxx tal-kumplament tal-102 vetturi qed jipproċedi ftit ftit.
Ħal Luqa — Industrial Estate - Tneħħija ta' hut u arblu
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26402, jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi mfassal il-proġett li hemm indikat u meta se jiġi implementat peress li dan ilu pendenti s-snin u l-proprjetarji tal-istabbilimenti li qed joperaw fl-akkwata qed jitilfu x-xogħol u l-possibilità ta' espansjoni, li jfisser impjiegi, u dan b'konsegwenza ta' dan id-dewmien?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalma kien spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 26402, il-proġett fil-post imsemmi huwa diġa mfassal u iddisinjat, madankollu ma jistax jiġi imwettaq qabel ma’ jiċċaqalqu it-tenants li għadhom qed joperaw minn nissen huts fil-post. Ta’ min jinnota illi dawn kollha ġew allokati sit ieħor minn fejn joperaw. Malli dawn jirrilokaw, ix-xogħolijiet intenzjonati jkunu jistgħu jitwettqu.
Tajjeb li wieħed jiġbed l-attenzjoni li kif inhuma allokati l-artijiet fiż-żona industrijali ta’ Ħal Luqa ma hemmx possibbilta` ta’ espansjoni fiżika u għalhekk l-operat ta’ stabbilimenti eżistenti ma’ jiddependix minn dan ix-xogħol propost imsemmi.