Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gozo Channel — spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-Gozo Channel, id-deċiżjoni taċ-Chairman tal-istess kumpanija meta huwa ordna sabiex il-vapur jiġi mġiegħel jerġa' lura biex hu jitla' fuq l-istess vapur?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Transport Malta — soqfa tal-uffiċini

Question

Ġaladarba fi ħdan Transport Malta hemm sezzjoni nkarigata mill-manutenzjoni mmexxijja minn property manager u anke sezzjoni nkarigata mill-health and safty tal-ħaddiema, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r raġuni li kellhom jibdew iċedu uħud mis-soqfa tal-uffiċini ta' Transport Malta sabiex dawn jaġixxu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi s-soqfa tal-uffiċini li qed jirreferi għalihom l-Onor.Interpellant huma fil-Licencing & Testing Department fejn l-awtorità ħadet azzjoni mmedjata kif saret taf b’dawn il-ħsarat strutturali. Wieħed mill-periti tal-istess awtorità ċċekkja dawn is-soqfa u ttieħdu l-miżuri neċessarji sabiex ma jkun hemm l-ebda periklu kemm għall-impjegati kif ukoll għall-klijenti ta’ Transport Malta. Bħalissa għaddejjin ukoll ix-xogħlijiet meħtieġa, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-perit, biex din il-problema tiġi indirizzata.

L-Imqabba — Triq iż-Żurrieq - xogħlijiet f'toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq iż-Żurrieq fl-Imqabba, li hija waħda fi stat ħażin ħafna hiex se tinbena mill-ġdid? Jekk fl-affermattiv, meta huwa proġettat dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Impjanti li jipproduċu dħaħen fl-arja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjanti li jipproduċu dħaħen fl-arja, bħalma huma plants tat-tarmak għandhomx l-obbligu li jagħmlu użu minn filters fiċ-ċmieni tagħhom sabiex inaqqsu mill-kontaminazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kull meta jsiru spezzjonijiet ħalli jiġi żgurat li dawn qed isir użu minnhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Prim Ministru li hu responsabbli mill-Aworità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Leg 11 PQ #30187 Sitting 410 2011-11-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armati — Operazzjoni tal-ajruplani - passaġġi għall-Arriva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qiegħda tiswa lill-Armata, l-operazzjoni sabiex ajruplani/helicopters jagħmlu moniteraġġ tat-toroq ħalli jassiguraw passaġġi għall-Arriva? Jista' jgħid min qed iħallas għal dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

“Nixtieq li l-Onor. Interpellant jifhem li l-użu tal-ajruplani tal-Forzi Armati hija biss waħda mill-inizjattivi sabiex nassigura li s-servizz tat-trasport pubbliku f’pajjiżna jitjieb għal wieħed aċċettabbli u naraw li l-poplu taghna jkollu servizz adekwat u kif jixraq. Hemm diversi inizjattivi oħrajn sabiex nara li din ir-riforma tirnexxi Infurmat li l-Forzi Armati ser tinkorpora dan is-servizz fil-programm ta rutina ta sorveljanza u għalhekk ma jidhirx li se jkun hemm spejjeż żejda.”

bċejjeċ tal-ajru jgħaddu minn fuq it-territorju tal-ajru ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul mill-għoti ta' permessi sabiex bċejjeċ tal-ajru jgħaddu minn fuq it-territorju tal-ajru tagħna f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili — lista tal-istaff

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27645, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra dwar l-età, id-data tal-ingaġġ, id-data tat- terminazzjoni tal-istess ingaġġ u s-salarju ta' kull persuna indikata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

tibdil fis-sistema tat-Trasport Pubbliku

Question

Issa li t-tieħdet id-deċiżjoni li s-sistema tat-trasport pubbliku reġgħet ġiet imreġġa' għall-istat li kienet qabel it-3 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid kemm sa jibda jkun in-numru ta' vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sistema tat-trasport pubbliku — esperti/konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, issa li s-sistema dwar it-trasport pubbliku se titreġġa' lura għal li kienet, hux qegħdin jiġu appuntati esperti/konsulenti sabiex tiġi implimentata din ir-reviżjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sistema tat-trasport pubbliku qed tiġi aġġustata biex jerġa jkollha konnessjonijiet diretti mill-lokalitajiet kollha lejn il-Belt Valletta u l-Isptar Mater Dei. Dan l-eżerċizzju tħejja bejn Transport Malta u Arriva Malta u għal dan il-għan ma ntużawx konsulenti esterni.

Sistema tat-Trasport Pubbliku — spiża stmata għat-tibdiliet

Question

Jista' l-Ministru jgħid, issa li ġie mħabbar li s-sistema ta' trasport pubbliku se terġa' lura għal li kienet, kemm hija stmata l-ispiża sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa fid-diversi bus termini?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Trasport Malta — xogħol ta’ diving minħabba ċimi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ġie nkarigat minn Trasport Malta sabiex jesegwixxi xogħol ta’ diving fix-xahar ta’ Diċembru 2010 biex setgħu jsiru d-disa' ċimi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

43rd Cieca Congress — impjegati akkomodat ġo lukanda

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni illi, meta ġiet organizzata l-43rd Cieca Congress kien hemm impjegati li, flimkien mal-PA taċ-Chairman ta' Transport Malta, baqgħu akkomodati fil-lukanda l-lejl ukoll? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — qagħda finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-qagħda finanzjarja preżenti ta' Transport Malta? Jista' l-Ministru jindika min huma l-kredituri ta' Transport Malta u x'inhu l-ammont dovut?

Response (GATT, AUSTIN)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija din hi materja ta’ natura kunfidenzjali għaliex hi nformazzjoni kummerċjali.

Transport Malta — cleaners ta' kumpanija privata

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li Transport Malta taħdem b’erba' kumpaniji tal-cleaning meta l-awtorità għandha l-cleaners tagħha? Jista' jgħid min huma dawn il-kumpaniji u għaliex meta kien hemm konferenza l-Head Office daħlu xogħol cleaners privati u mhux il-cleaners tal-awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta għandha sitt cleaners li huma mqassma kif ġej: - 2 fil-Malta Transport Centre - 2 fl-uffiċċju tal- port workers - 1 fl-uffiċċju ta’ Sa Maison (Land Transport Directorate) - 1 fl-uffiċċju tal-Imġarr, Għawdex Dan l-ammont ta’ cleaners mhux biżżejjed għall-ħtiġijiet tal-awtorità, għaldaqstant Transport Malta żammet l-istess kuntratti ta’ tindif li kellha fl-entitajiet ta’ qabel (MMA, ADT u Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili). Dawn il-kuntratturi huma kif ġej: - Cleanmasters Ltd - Omajco Cleaners - Clentec Cleaners Ltd - Bright Cleaners Ltd Rigward il-konferenza fil- Head Office , nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema konferenza qed jirreferi.
Leg 11 PQ #20607 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Safi — stallazzjoni ta' radar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti ta' Ħal Safi fuq l-istallazzjoni ta’ radar kbir fil-barracks tas-suldati f'Ħal Safi? Fil-każ li r-risposta hija fin-negattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan kienx nuqqas daparti tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u għaliex ġara hekk? Kien hemm xi oggezzjoni mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi fuq l-istallazzjoni tar-radar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirefferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21685.

Reviżjoni ta' pensjoni ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tagħti dawk id-direttivi sabiex issir ir-reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna, li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament, peress li kienu varji t-talbiet li għamlet din il-persuna mad-dipartiment konċernat però qatt ma ħadet risposta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali qed jieħu l-passi neċessarji sabiex il-pensjoni ta’ din il-kategorija ta’ persuni li tagħmel parti minnha l-persuna riferuta għaliha fil-Mistoqsija Parlamentari tiġi riveduta. Din ir-revizzjoni ma ssirx fuq bażi imma fuq bażi kollettiva u tinvolvi numru ta’pensjonanti. Jeħtieġ li jsir l-analogar mas-salarji tal-Gvern.

Transport Malta — ship surveyors - ingaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm l-ipproċessar tas-sejħa għall-ingaġġ ta' ship surveyors ma' Transport Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proċess ta' ħatra ta' ship surveyors skont l-Artikolu 367 tal-Att Dwar l-Bastimenti Merkantili tlesta fil-bidu ta' Awwissu.

Transport Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li n-nies li jkunu fuq il-moll ta' Raħal Ġdid ma jistgħux ikunu mingħajr ġakketta ħadra jew oranġjo filwaqt li fuq il-moll tal-Furjana ħadd ma jilbes l-istess u dan fuq direzzjoni tal-istess diriġenti? Jista' l-Ministru jikkonferma li dan hu l-każ għax qed jinġibed film fix-xatt tal-Furjana? Jekk mhux il-każ, jista' jgħid x'passi se jittieħdu ħalli l-ksur tar-regolamenti ma jibqax jipperpetwa ruħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema persuni qed jirreferi.