Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — ħaddiema mogħtija l-bonus

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex saret distinzjoni bejn il-ħaddiema ta' Transport Malta meta ġie mogħti bonus fl-aħħar tas-sena? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li ttieħdet din il-deċiżjoni meta dawn jagħmlu l-istess xogħol bħala l-impjegati l-oħra fl-istess awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

L-iskop tal-performance bonus hu li jagħmel distinzjoni bejn il-performance tal-ħaddiema skont kriterji stabbiliti. Għalkemm ix-xogħol f'xi każi jista' jkun l-istess, minn naħa l-oħra, l-mod kif isir ix-xogħol jista' jkun differenti. Dan għalhekk jirrifletti fil-bonus li jingħata.

Disposizzjonijiet fil-Ministeru — miżuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid fir-rigward tad-Disposizzjonijiet mħabbra permezz ta' Avviż Legali 44 tal-2012, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-miżuri humiex se jiġu applikati wkoll fil-konfront ta' awtoritajiet u entitajiet oħra li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru?

Response (GATT, AUSTIN)

Nimmaġina li l-Onor Interpellant jaf li l-liġijiet tal-pajjiż huma applikabbli għal kulħadd.

Transport Malta — records distrutti

Question

Jikkonferma l-Ministru li nhar is-27 ta' Diċembru 2011 ingħatat ordni mit-tmexxijja ta' Trasport Malta sabiex ir-records kollha li ġew stored fl-imħażen ta' Transport Malta jiġu distrutti? Jista' jgħid jekk attwalment din l-ordni ġietx eżegwita? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid il-ġeneru tad-dokumenti distrutti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma ngħatat l-ebda ordni fis-sens li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.

każ fejn persuna qed tgħix f'faqar

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tgħix f'faqar estrem peress li r-relief tagħha mhux iwassal sabiex tħallas l-kera u l-kont tad-dawl u l-ilma oltre sa jaqtgħu l-provvista tal-elettriku tal-fond fejn tabita minħabba pendenza appartenti lil terza persuna li kienet tabita fil-fond qabilha u li konsegwenza tal-qaghda finanzjarja tagħha kellha tpoġġi lil uliedha f'istituzzjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.

Avviż Legali 44

Question

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet imħabbra permezz tal-Avviż Legali 44 tal-2012, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-miżuri humiex se jiġu applikati wkoll fil-konfront ta' awtoritajiet u entitajiet oħra li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-Avviż Legali 44 tal-2012 jagħmel provvediment speċifiku għas-settur publiku fir-Regolament Numru 10.

Transport Malta — Chief Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jispeċifika separatament x'inhuma s-salarji u l-benefiċċji ta' kull Chief Officer li jaħdem fi ħdan Transport Malta? Jista' jgħid kemm ingħataw performance bonus fis-sena 2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru 30090. L-informazzjoni dwar il-performance bonuses li ngħataw għas-sena 2011 hija sempliċement materja maniġerjali li ma naħsibx li tgħin l-amministrazzjoni tajba jekk tiġi mxandra.

Transport Malta — tibdil ta' materjal bil-logo antik

Question

Fid-dawl tal-fatti li Transport Malta biddlet isimha u għalhekk kellha ħafna materjal bil-logo ta' Malta Transport, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-materjal kollu li ġie skambjat u fiex kien jikkonsisti l-materjal li ġie mormi? Jista' jagħti d-dettalji b'mod separat? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa sabiex ġie użat trasport ta' kumpanija privata biex b'hekk setgħa jiġi mneħħi l-materjal kollu kkonċernat mill-bini tat-Trasport Malta? Jista' jgħid min kienet il-kumpanija li tqabbdet tagħmel dan ix-xogħol u jekk tqabditx b'direct order?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f’Diċembru 2009, Transport Malta stampat numru zgħir ta’ stationery sabiex jintuża għall-ewwel jiem tal-awtorità l-ġdida. L-ammont li ġie stampat kien: - 12,000 l etterheads u continuation sheets - 5,000 c omplimentery slips - 5,000 DL envelopes - 5,000 A4 envelopes L-ispiża totali tal-istampar ta’ dawn l -istationery kienet ta’ €3,185.18 (VAT eskluża). Tħallset ukoll €820 (VAT eskluża) għat-tibdil fid-disinn tal-logo u branding ieħor relatat. Ġew ukoll stampati żewġ settijiet ta’ 250 business cards li ġew jiswew €110.20. Ma ntuża l-ebda trasport ta’ kumpanija privata speċifikament sabiex jiġi mneħħi dan il-materjal.

Transport Malta — mini bus mill-Marsa għaċ-Ċirkewwa

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk f'Novembru 2011 inkera mini bus sabiex iwassal erba' persuni li jaħdmu fi ħdan Traport Malta mill-head office il-Marsa għaċ-Ċirkewwa? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'kienet ir-raġuni? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża involuta għal kiri ta' dan il-mini bus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Kunsilli Lokali — Xtiebi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xtiebi li qed jitwaħħlu ġewwa diversi lokalitajiet ġewwa Ħal Safi humiex qed jiġu mħallsa mill-Kunsill ta' Ħal Safi jew mill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid min qed jagħmel tajjeb għal pagi tal-istess ħaddiema?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitolob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara għal liema xtiebi qed jirreferi sabiex inkun nista’ nagħtih tweġiba.

Ħal Safi — xtiebi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-diversi xtiebi mwaħħla madwar Ħal Safi humiex koperti bil-permessi relattivi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awtorità għandha bżonn iktar dettalji biex tkun tista’ twieġeb aħjar din il-mistoqsija.

Sptar Zammit Clapp — nuqqas ta' servizzi provduti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li, għad li l-pazjenti rikoverati l-Isptar Zammit Clapp qed iħallsu, dawn huma sprovisti minn mediċini u servizzi oħra bħal TV u tabib matul il-lejl fost servizzi bażiċi oħra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħal Djar għall-Anzjani oħra tal-Gvern, residenti fir-Residenza għall-Anzjani Sptar Zammit Clapp huma ntitolati għall-mediċini skont l-Iskema tal-Ispizjar tal-Għażla Tiegħek. Id-Dipartiment jipprovdi ħrieqi u consumables oħra skont il-ħtieġa tar-resident. Is-servizz tat-tabib jiġi pprovdut f`kaz ta` emerġenza mit-tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Lokalità. Is-servizz ta’ TV qiegħed fil-proċess li jiġi nstallat fir-Residenza Sptar Zammit Clapp wara li ħarġet il-call for quotes rispettiva.

Qrendi/Siġġiewi — Triq is-Siġġiewi - wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq is-Siġġiewi li tinsab bejn il-Qrendi u s-Siġġiewi, issa li spiċċat fi stat diżastrus u ta' perikolu għal min jużha, hiex se tingħata wiċċ tarmak?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Transport Malta — sentenza mogħtija mill-Qorti Ċivili

Question

Fid-dawl tas-sentenza tal-Prim' Awla Qorti Ċivili tat-8 ta' Marzu 2012 li sabet lil Transport Malta responsabbli tal-inċident stadali mertu tal-każ, jista' l-Ministru jgħid x'kienet r-raġuni li ma ġiet ppreżentata l-ebda nota tal-eċċezzjonijiet da parti ta' Transport Malta in difiża? Jista' jgħid x'passi se tieħu kontra l-uffiċċju legali inkarigat in vista ta' dan in-nuqqas? Jekk in-nuqqas mhux wieħed konsegwenza ta' nuqqas da parti tal-uffiċċju legali inkarigat, jista' jgħid min kienet il-persuna li ħadet n-notifika tal-att ġudizjarju u x'kienet r-raġuni li din waslet tard f 'idejn l-uffiċċju legali inkarigat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

operazzjonijiet tal-irkoppa

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-pazjenti, fosthom il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandhom bżonn intervent fl-irkoppa minħabba li għandhom il-ligament maqtugħ se jkollhom l-intervent indirizzat stante li ilhom is-snin jistennew?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-pazjenta li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kellha żewġ irkupptejn mibdulin fis-26 ta’ Mejju 2009. Wara xi xhur instab li kellha problema fil-ligament tal-irkoppa li kien inqata' u din il-problema kienet indirizzata fil-15 ta’ Frar 2011. Il-pazjenta baqgħet tiġi għal-visti fl-outpatients però instab li għalkemm il-problema tal-ligaments naqset, ma ġietx megħluba għal kollox. L-aħħar li din l-pazjenta ġiet għal vista kien f’Novembru 2011 fejn kien deċiz li l-irkoppa tinbidel għal waħda li hi iżjed constrained. Il-pazjenta qiegħda fil-lista biex din issir.

tfal li nħareġ fuqhom care order

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tfal li għandhom jew li nħareġ fil-konfront tagħhom, care order però dawn għadhom taħt il-kustodja tal-ġenituri rispettivi?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi attwalment hemm 24 minuri li l-kura tagħhom ġiet delegata lil ġenituri. F’xi każijiet minn dawn dan seħħ bħala ri-integrazzjoni lura mal-familja.

Wied iż-Żurrieq — permessi għall-ġarr ta' turisti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li se joħroġ permessi għall-ġarr ta' turisti f'Wied iż-Żurrieq u dan in linea mad-direttiva tal-Unjoni Ewropea? Jekk f'affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li ġie deċiż li saret inġustizzja magħhom meta ma ngħatawx il-permess wara l-1987 hux se jingħataw il-permess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Far — Triq il-Pluvieri - problema ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jindirizza l-problema ta' Triq il-Pluvieri ġewwa Ħal Far limiti taż-Żurrieq stante li ta' kull darba li tinżel ix-xita, din issir inaċċessibli minħabba li tinbidel f'reservoir b'detriment kbir għar-raħħala u residenti li jiġu sprovisti mill-aċċess għall-proprjetajiet tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru konċernat.

ilmet dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni u jindirizza d-diffikultà li qiegħda tħabbat wiċċha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, stante illi qiegħda tirċievi żewġ kontijiet għal żewġ servizzi fl-istess fond residenza tagħha meta attwalment għandha kont wieħed u għad li ġibded l-attenzjoni tal-ARMS Ltd dawn ma remedjawx is-sitwazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Transport Malta — Petrol station - fuels

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni wara d-deċiżjoni li permezz tagħha ġiet mibdula l-petrol station li minnha l-vetturi tat-Trasport Malta kienu qed jingħataw fuel? Jista' jgħid fuq liema kriterji ġiet magħżula l-petrol station il-ġdida? Jista' jgħid kif l-għażla waqgħet fuq din il-pompa speċifikament meta fil-qrib hemm petrol stations jiffunzjonaw bl-istess mod?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għal raġunijiet ta’ kontabilità, pompa li kienet toffri servizz mingħajr sistema elettronika ta' kontroll ġiet mitluba tistalla dan is-servizz. Peress li s-sidien ta’ din il-pompa għażlu li ma jinstallawx din is-sistema, ġie deċiż li tintuża pompa li kienet diġà qed tforni lil Transport Malta u li għandha din is-sistema li tiffaċilita kontroll aħjar.

tag għall-vetturi ta' ġarr tal-passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga każijiet ta' individwi li damu xhur sabiex ġie konkluż il-proċess għar-rigward tal-pedina penali tagħhom sabiex jerġgħu jingħataw it-tag ħalli jsuqu vetturi għall-ġarr tal-passiġġieri? Tista' ssir xi ħaġa sabiex jiġi evitat il-kju esaġerat li ġieli jkun hemm sabiex dawn l-applikanti jinqdew u jitnaqqas id-dewmien f'dawn il-proċessi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.