Legislature:
Category:
Reset
Active:

Applikazzjoni għal ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Ministru jara x'qed iżżomm milli tiġi proċessata l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament annessi stante li tissodisfa r-rekwiżi kollha sabiex din tiġi rikonoxxuta bħala ċittadina Maltija biż-żwieġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proċess li jirrigwarda l-applikazzjoni kkonċernata ġie ffinalizzat u fil-jiem li ġejjin il-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata sabiex tiġbor iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni bħala ċittadin ta' Malta.

Transport Malta — vetturi ta' ċittadini tal-Unjoni Ewopea li jiddeċiedu li jgħixu f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li, għad li Transport Malta hija għal kurrent tal-fatt li l-informazzjoni li qiegħda tiġi mogħtija lil dawk iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jiddeċiedu li jiġu jgħixu Malta u jġibu l-vettura tagħhom magħhom, hija skorretta u qiegħda tkun ta' preġudizzju għal dawn in-nies, xorta waħda qiegħda tibqa inadempjenti? Jista' jara li f'każijiet simili, dawn in-nies ma jiġux imġgħela jerġgħu joħorġu l-vettura barra minn Malta u jerġgħu jidħlu biha iżda jingħataw l-opportunità li l-vettura tibqa hawn u jirrettifikaw id-dokumentazzjoni tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta timxi mad-diżpożizzjonijiet tal-liġi, "l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur (Kap. 368) u r-Regoli dwar Eżenzjoni mit-Taxxa ta’ Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur (L.S. 368.01)."

Joint Office — fidi ta' ċnus temporanji

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra fiex wasal il-proċess ta' fidi ta' ċnus temporanji mill-Joint Office u meta bi ħsiebu l-gvern jikkonkludi l-proċess li nbeda' xi xhur ilu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema li permezz tagħha id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern kien qed jaċċetta applikazzjonijiet għall-fidi ta’ ċnus temporanji ta’ proprjetajiet tal-Gvern (mhux biss dawk amministrati mill-Uffiċċju Konġunt) kienet fetħet fl-20 ta’ Frar 2012 u għalkemm kellha tagħlaq fl-20 ta’ Awwissu 2012, ġiet imġedda sal-5 ta’ Ottubru 2012. Bħalissa qegħdin fil-fażi li l-1,300 applikazzjoni li daħlu jiġu kategorizzati biex jitħaffef ix-xogħol li jrid isir ’il quddiem.

Triq bejn Wied il-Għajn u Marsaxlokk — xogħlijiet

Question

Stante li l-kuntrattur qed jimplika li t-triq ilestiha meta jidhirlu hu, jista' l-Ministru jara li t-triq bejn Wied il-Għajn u Marsaxlokk titlesta peress li x-xogħol fuqha ilu li nbeda x-xhur u miexi b'mod sporadiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika l-isem tat-triq li qed jirreferi għaliha.

Direttorat Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura — messenger driver

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36841, jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-messaġier imsemmi jesegwixxi l-ħidma tiegħu b'karozza mill-ġodda u li din tinsab mingħajt il-logo tal-Awtorità? Jista' jgħid wara l-ħinijiet uffiċjali dan l-impjegat x'tip ta' xogħol jesegwixxi iġifieri wara l-ħin tal-4:05pm, u jekk hux konness mal-awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Riforma tat-trasport pubbliku — vetturi tal-kumpanija Arriva

Question

Issa li għaddew sena u erba' xhur mir-riforma għat-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li l-kumpanija Arriva għandha fuq it-toroq maltin? Jista' jgħid kemm minn dawn il-vetturi jilħqu u ġew rikonoxxuti bħala Euro V?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kumpanija Arriva Malta Ltd għandha 285 karozzi tal-linja liċenzjati fuq ir-rotot tat-trasport pubbliku, li minnhom hemm 278 vetturi li huma Euro V. Infurmat ukoll li s-7 vetturi l-oħra qegħdin fi proċess sabiex jiġu modifikati u jlaħħqu mal-istandard ta’ Euro V. Transport Malta qegħdha timponi l-penalitajiet applikabbli mit-3 ta’ Lulju 2012 skont il-ftehim iffirmat sakemm dawn ilaħħqu l-livell mitlub ta’ emissjonijiet.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Ġuże Abela - triq li għadha mhux asfaltata

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq Ġuża Abela f'Ħaż-Żebbuġ, sal-lum għadha ma ġietx asfaltata? Jista' jipprovdi d-dati ta' meta t-triq ġiet maqlugħa u ta' kemm ilhom lesti s-servizzi u l-pavimentari? Jista' jagħti d-data ta' meta se tkun lesta din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tagħmel parti mill-programm eżistenti tax-xogħlijiet ta’ Transport Malta. Għaldaqstant, inħarġet sejħa għall-offerti fid-9 ta’ Novembru 2012. Ma tistax tingħata data eżatta ta’ meta ser jinbeda ix-xogħol, qabel il-kuntratt jiġi aġġudikat.

Tranport Malta — vakanzi li kienu rriklamanti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-vakanzi mill-2010 sal-lum li ġew irriklamati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ f'isem it-Transport Malta? Jista' jgħid kemm ġew irriklamti vakanzi diretti minn Transport Malta? Jista' jgħid il-vakanzi msemmija x'titlu kellhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — persuni ingaġġati mal-awtorità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati li kienu jaħdmu b'self mat-Transport Malta mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li llum ġew ingaġġati mal-awtorità? Jista' jgħid x'pożizzjoni ngħatatilhom u f'liema direttorat u dipartiment huma assenjati? Jista' jgħid kif seħħ il-proċess sabiex jiġu mogħtija dawn il-gradi? Jista' jgħid inħarġux call for applications u jekk fl-affermattiv jista' jgħid fejn dawn ġew riklamati? Jista' jipprovdi kemm kien il-perjodu tal-kandidati magħużla minn meta bdew jesegwixxu xogħolhom fil-bini tat-Transport Malta mill-kumpanija privata msemmija sal-ingaġġ dirett mat-Transport Malta? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu ngaġġati aktar ħaddiema mat-Transport Malta minn din il-kumpanija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ħa pussess tal-għamara u attrezzi oħra bħal computers fost ħwejjeġ oħra mill-bini li sa ftit taż-żmien ilu kien użat bħala uffiċini mill-Air Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #38222 Sitting 526 2012-11-23 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tal-Intern

Korp tal-Pulizija — promozzjonijiet għal grad ta' surġent

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jiġu pubblikati l-promozjonijiet għar-rigward tar-riżultati ġa pubblikati għal grad ta' surġent fil-Korp tal-Pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi kien biss il-ġimgħa li għaddiet li l-eżamijiet, inkluż ir-reviżjoni tal-karti u t-talbiet ta’ xi wħud mill-kandidati biex jaraw il-karti tagħhom, ġew konklużi. Għalhekk, il-ħatriet jiġu mħabbra fiż-żmien li ġej.

Park Marittimu flokk l-ex-shipbuilding

Question

Ġaladarba kienu ġew mwegħda proġetti marittimi ġodda, bħal park marittimu li kellu jsir flok ex-shipbuilding, iż-żona magħrufa bħala tal-Menqa li kellha tinbidel f'żona t'attrazzjoni turistika kif ukoll l-istitut il-ġdid li kellu jkun parti mill-MCAST u li jiġi użat bħala bażi ta' koordinazzjoni mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dawn il-proġetti sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — karozzi bid-data track mhux imħaddem

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tal-infurzar fi Transport Malta kellu karozzi bid-data track u dan ma kienx jiġi mħaddem? Jista' jagħti l-perjodu ta' meta dan l-apparat ma kienx isir użu minnu u li f'dak l-istess perjod xorta waħda kien għadu stallat? Jista' jagħti l-ammont ta' kemm kienet in-nefqa għal dan id-data track fil-perjodu li ma kienx isir użu minnu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — lista tal-aġenziji tal-ivjaġġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' dawk l-aġenziji tal-ivjaġġar li taw servizz lill-Transport Malta mill-2012 sal-lum? Jista' jinkludi s-servizzi li ġew provduti minn kull aġenzija flimkien mal-ammont minfuq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Forti Sant Iermu — proġett ta' riġenerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mwettqa proġetti differenti għar-riġenerazzjoni tal-Forti Sant Iermu u jindika liema huma? Jista' jgħid meta dawn inbdew, tlestew u x'kienet in-nefqa għal kull proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Proġett tar-riġenerazzjoni tal-Forti Sant Iermu beda f’Mejju 2012 bir-restawrazzjoni tal-forti u bħalissa għaddej ix-xogħol fuq ir-restawrazzjoni tal-Carafa Enceinte. In-nefqa globali għal dan il-proġett hija ta’ € 15.3 miljun, iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea (ERDF 244). Hu mistenni li jkun lest fit-tielet kwart tas-sena 2014.

Transport Malta — manutenzjoni tal-parkeġġ ħdejn id-Deep Water Quay

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa u kell ilu lest mill-manutenzjoni l-parkeġġ li hemm biswit il-bini ta' Transport Malta iġifieri dak tad-Deep Water Quay? Jista' jgħid x'kien l-iskop u għal liema raġuni ġie rranġat? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minn dan il-parkeġġ llum? Jista' jindika min humna l-proprjetarji/u u x'tip ta' sigurtà għandu dan il-parkeġġ sabiex ikun imħares minn xi tip ta' vandaliżmu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.