Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23067 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Qala Għawdex – persuni self-employed

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' persuni self-employed li jirrisjedu fil-Qala, Għawdex sena b'sena bejn 2010 u 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, hawn taħt issib tabella li turi l-persuni self-employed li jaħdmu fuq bazi full-time u part-time biss u li jirrisjedu fil-Qala, Għawdex sena b'sena minn 2010 sal-aħħar ta’ Mejju 2021. Sena Total Diċembru 2010 97 Diċembru 2011 98 Diċembru 2012 102 Diċembru 2013 112 Diċembru 2014 125 Diċembru 2015 136 Diċembru 2016 153 Diċembru 2017 173 Diċembru 2018 190 Diċembru2019 198 Diċembru 2020 216 Mejju 2021 219 L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Mejju 2021.
Leg 13 PQ #23068 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Community Workers Scheme – kwalifiki

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-kwalifiki sabiex persuna tiġi assunta mill-Community Workers Scheme?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 20097.
Leg 13 PQ #23070 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Skema tal-Ħaddiema tal-Komunità — gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gradwati li huma msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Komunità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-prezent, hemm persuna waħda li hi gradwata, u li qedgħa msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Komunità.

Gozo Regional Committee – uffiċċju magħluq

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għala ngħalaq l-uffiċju u tneħħew l-uffiċjali li kienu qed jgħinu l-Gozo Regional Committee fil-ħidma tiegħu? Jistax il-Ministru jikkunsidra li jerġa’ jinfetaħ dan l-uffiċċju sabiex il-proċess ta' djalogu soċjali f'Għawdex jissaħħaħ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. interpellant li minn Jannar 2020 ‘l hawn ma ngħalaq l-ebda uffiċċju li qed jagħmel referenza għalih.
Leg 13 PQ #22935 Sitting 518 2021-11-10 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Emission Trading Units – bejgħ bl-irkant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet Malta mill-bejgħ bl-irkant tal-emission trading units matul dawn l-aħħar snin? Jista' jispjega kif isir il-bejgħ ta' dawn il-units u għala Malta hi f'pożizzjoni li tbiegħ dawn il-units?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Għawdex – New Water — katusi

Question

Tista' l-Ministru tgħidilna kemm tpoġġew kilometri ta' katusi għall-provvista ta' "New Water" f'Għawdex mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u kemm huma l-bdiewa li s'issa jistgħu jużaw dan l-ilma riċiklat? Kemm qed jintuża volum ta' ilma riċiklat fil-preżent? Kemm baqa' tul ta' katusi li għad iridu jitpoġġew f'Għawdex sabiex jitlesta dan il-proġett?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha madwar 15-il kilometru ta’ pajpiet tan-“New Water” f’Għawdex. Biex inkomplu nespandu dan in-network, dan il-proġett fadallu madwar 3 kilometri oħra biex jitlesta. Illum f’Għawdex hemm madwar 486 persuna li għandhom aċċess għal dan l-ilma, b’konsum medju ta’ madwar 600m3 kuljum.

Qasam Industrijali tax-Xewkija – Triq it-Taflija u Triq il-Biċċerija – provista ta’ new water

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser jiġu rranġati Triq it-Taflija u Triq il-Biċċerija fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija li fihom għaddew trinka sabiex jgħaddu l-katusi għall-provvista ta' New Water bosta xhur ilu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-toroq msemmija mistennija jibdew lejn l-aħħar tax-xahar ta’ Novembru ta’ din is-sena.

Ħondoq ir-Rummien – Reverse Osmosis – impjant ġdid

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ser jiġi jiswa l-impjant il-ġdid tar-Reverse Osmosis f'Ħondoq ir-Rummien, kif ġiet iffinanzjata din l-ispiża kapitali, meta ser jibda jaħdem dan l-impjant u x'inhu l-volum proġettat ta' ilma li jista' jiġi prodott minn dan l-impjant?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant il-ġdid tar-Reverse Osmosis f’Ħondoq ir-Rummien huwa nvestiment ta’ l-fuq min 11-il miljun ewro li qed jiġi ffinanzjat parzjalment mill-finanzi tal-Unjoni Ewropea u parzjalment minn fondi nazzjonali. B’hekk Għawdex ser ikollu l-ewwel impjant ta’ reverse osmosis, u jkun verament ‘self-sufficient’ f’dak li jirrigwarda produzzjoni tal-ilma. Dan l-impjant se jibda’ jaħdem fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa ppjanat li dan l-impjant ikollu produzzjoni peak ta’ 9,000 m3 kuljum ta’ ilma tax-xorb.

Impjanti tar-Reverse Osmosis – konsum tal-enerġija elettrika

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien il-konsum ta' enerġija elettrika minn kull impjant ta' reverse osmosis bejn l-2015 u l-2020? Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa medjament kull metru kubu ta' ilma prodott minn dawn l-impjanti ta' reverse osmosis matul l-istess snin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab haw taħt; Lapsi Reverse Osmosis: 147,308,800kwHr Ċirkewwa Reverse Osmosis: 86,952,600kwHr Pembroke Reverse Osmosis: 310,998,200kwHr L-ispiża medja ta’ produzzjoni matul il-perjodu indikat kienet ta’ €0.752 għal kull metru kubu ta’ ilma.

Tnaqqis ta’ emissjonijiet tal-methane gas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif Malta beħsiebha tilħaq il-mira ta' tnaqqis ta' 30% mill-emissjonijiet ta' methane gas mil-livell tal-2020 sas-sena 2030 kif intrabtet li tagħmel bid-dikjarazzjoni ta' Glasgow tat-2 ta' Novembru 2021? X'għajnuna qed jippjana l-Gvern biex jagħti lir-raħħala tal-baqar li kif inhu magħruf huma sors m'hux negliġibbli ta' methane gas?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Unjoni Ewropea diga ghandha strategija dwar il-methane u Malta tappoggja li jkun hemm mira kolletiva ghal-dan hekk kif qed jigi imressaq fl-istrategija. Id-dikjarazzjoni in kwistjoni kienet inizzjattiva tal-Kumissjoni Ewropea flimkien ma’ l-iStat Uniti tal_amerika sabiex tixpruna iktar azzjoni globali ghat-tnaqqis tal-gassijiet mill-methane. Fil-każ ta’ Malta l-emissjonijiet tal-methane mill-agrikoltura huwa ta’ 22% u kif forsi ġa jaf l-Onorevoli Interpellant l-Aġenzija għall-Governanza tal-Bio-Riżorsi Agrikoli fi ħdan il-ministeru rispettiv kienet imwaqqfa proprju bil-għan li tgħin lir-raħħala fil-qasam tad-demel ġġenerat mill-annimali.
Leg 13 PQ #22923 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Air Malta p.l.c. – audited accounts

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala l-audited accounts tal-Air Malta p.l.c. għas-sena 2019 u s-snin suċċessivi, għadhom ma ġewx approvati u ppubblikati? Jista' jispjega kif il-Gvern qed jittama li l-Kummissjoni Ewropea ser tapprova pjan għall-għajnuna statali, mingħajr l-audited accounts approvati tal-aħħar snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #22924 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Malta Air Travel Ltd – audited accounts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts għas-snin 2019 u 2020 tal-kumpanija Malta Air Travel Ltd?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #22925 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Air Malta – impjegati fit-top u middle management

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji li wiegħed li ser jagħti fir-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 19092 issa li t-talba għall-għajnuna statali saret lill-Kummissjoni Ewropea?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #22926 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ogħti ta’ kuntratti

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 22308, 22459 u 22516, jistax il-Ministru jikkonferma li m'hemm l-ebda obbligu da parti tal-amministrazzjoni pubblika li tippublika regolarment fil-Gazzetta tal-Gvern, kuntratti li l-valur tagħhom ma jeċċediex € 5,000 u dana skont regolament 111(2) ta' L.S. 601.03? Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' € 5,000 mill-Ministeru għal Għawdex bejn is-sena 2013 u s-sena 2020?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 22308, infurmat li l-informazzjoni estensiva mitluba tirrikjedi ħafna ħin u riżorsi umani tal-Ministeru sabiex tkun ikkumpilata u għaldaqstant se jinqabeż l-advisory cost limit.

Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi – Direttur

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 20783 u 22664, jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra u jgħid jekk id-Direttorat fi ħdan l-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi għadux bla direttur (li skont l-artiklu 9 (1) tal-Att V tal-2021 għandu jaġixxi bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Uffiċju) u jekk fl-affermattiv, meta ser jintgħażel dan id-direttur?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm aġent direttur li flimkien mal-Bord immexxi mill-Imħallef Emeritus J.D. Camilleri qed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna. Il-Ministeru qed jagħmel proċess a tenur ta’ dak dettat mill-Artiklu 9 tal-Att 5 tas-sena 2021 u fi żmien opportun dan il-proċess ikun komplut.
Leg 13 PQ #22928 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Community Workers Scheme — imsieħba

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' msieħba fil-Community Workers Scheme skont il-faxxa tal-eta' li jaqgħu fiha? Jista' jispjega għaliex dawn l-imsieħba m'humiex isirulhom korsijiet ta' taħriġ issa li r-restrizzjonijiet konnessi mal-pandemija ġew rilassati u għala m'hu qed isir l-ebda sforz sabiex dawn l-imsieħba jsibu mpjieg permanenti fis-settur pubbliku jew privat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li numru ta’ parteċipanti fil-Community Work Scheme fl-aħħar t’Ottubru kien ta’ 992. L-etajiet tagħhom kienu maqsuma hekk; Faxxa tal-eta’ Ammont 16 – 24 44 25 – 39 266 40 – 54 465 55 + 217 Total 992 Il-kuntratt il-ġdid tal- Community Work Scheme ingħata f’Settembru ta’ din is-sena. Il-kuntrattur għamel minn nofs Settembru u Ottubru jaħdem fuq ezerċizzju ta’ profiling tal-imsieħba kollha, biex issir evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ kull individwu. F’Novembru beda jingħata t-taħriġ b’zewġ korsijiet f’Għawdex u ħamsa f’Malta. Il-Korsijiet f’Għawdex kienu t-tnejn fuq Interpersonal Skills. Il-ħames korsijiet f’Malta jikkonsistu fi tnejn f’ Problem Solving Skills , tnejn f’ Workplace Ethics Skills u wieħed f’ Teamwork Skills . L-iskop tal- Community Work Scheme hu li timpjega u tħarreġ persuni vulnerabbli biex jagħmlu xogħol fil-komunità. Izda qed isir sforz biex kemm jista’ jkun, dawn l-imsieħba jsibu posthom fis-suq tax-xogħol mas-settur privat.

Aġenzija Servizzi Ewropej — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-Aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta u x'inhu l-grad tagħhom? Kien hemm xi żieda fin-numru tal-impjegati minn mindu twaqfet din l-Aġenzija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Ottubru 2021, l-Aġenzija timpjega 15-il ħaddiem. L-Aġenzija għandha l-istruttura tagħha bba¿ata fuq Gradi, minn Grad 1 sa Grad 9. F’Marzu 2021, meta l-MEUSAC saret SEM, il-ħaddiema kollha li kienu impjegati fis-snin ta’ qabel ġew awtomatikament ħaddiema ta’ SEM. Mit-twaqqif tal-Aġenzija SEM (Marzu 2021), kien hemm ¿ieda ta’ persuna waħda fi grad 9 fil-po¿izzjoni ta’ messaġġier/xufier/receptionist.

Aġenziji Servizzi Ewropej — ħtiġijiet u għaqdiet Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-Aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta tindirizza l-ħtiġijiet tal-Għawdxin u għaqdiet Għawdxin, għandhiex uffiċju f'Għawdex, jekk fl-affermattiv, kemm hemm impjegati f'dan l-uffiċju u jekk fin-negattiv, hemmx pjanijiet li jinfetaħ uffiċju ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Aġenzija tagħti informazzjoni liċ-ċittadini kemm Maltin kif ukoll Għawdxin dwar l-Unjoni Ewropea. Tagħti l-assistenza neċessarja wkoll lill-kunsilli lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi fit-tfassil ta’ proġetti għall-fondi Ewropej u issa qed tagħti wkoll assistenza lill-istess organizzazzjonijiet biex jimplimentaw proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Dan is-servizz jingħata mingħajr ħlas. L-Aġenzija tagħti din l-assistenza lil kull min jitlobha, ħafna drabi b’mod virtwali, għall-konvenjenza ta’ dawk li jeħtiġuha, kemm Maltin u kemm Għawdxin. Barra minn hekk, bħala parti mill-ħidma tal-Aġenzija, isiru bosta laqgħat individwali ma’ individwi jew organizzazzjonijiet Għawdxin dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Unjoni Ewropea. Isiru wkoll attivitajiet biex titwassal iktar informazzjoni dwar proposti ta’ leġiżlazzjoni jew programmi ta’ fondi Ewropej. SEM għandha uffiċċju f’Għawdex li jinsab fl-NGO Centre, ix-Xewkija. Kulħadd jista’ jżur dan l-uffiċċju li huwa miftuħ kuljum mit-07:45 sas-14:15. Bħalissa hemm impjegata waħda f’dan l-uffiċċju.
Leg 13 PQ #22783 Sitting 514 2021-11-08 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Remote Workspace

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il remote workspace nfetaħ s'issa, kemm kienet in-nefqa sabiex jitlestew dawn il-work spaces u fejn jinsabu dawn il-work spaces? Jista' jgħid kemm sar użu ta' dawn il-work spaces sal-aħħar ta' Ottubru 2021 u jekk l-amministrazzjoni hijiex kuntenta bl-użu li sar s'issa minnhom? Xi pjanijiet hemm għal aktar remote work spaces?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #22784 Sitting 514 2021-11-08 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema bit-teleworking — ftuħ ta' remote work space

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma illi min fil-preżent qed jaħdem bit-teleworking, jista' jibqa' jaħdem hekk minkejja l-ftuħ ta' remote work spaces?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 22616.