Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Business Registry — kirja tal-post

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22388 u jgħid għalkemm żmien hu mikri l-post li qed jintuża mill-Malta Business Registry u x'kera fis-sena qed titħallas u jekk hemmx ikkontemplat awment fil-kera matul is-snin?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post li qed jintuża mill-Malta Business Registry ġie mikri għal total ta’ ħmistax-il sena għall-ammont ta’ Eur454,335.75 fis-sena b’awment ta’ 3% fis-sena. Din il-kirja saret wara sejħa pubblika u proċedura kif approvata mid-Diprtiment tal-Kuntratti u l-evalwazzjioni saret minn bord indipendenti.

Reġistru tal-Kumpaniji — multi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22380 u jgħid kemm-il kumpanija ġiet immultata sal-aħħar ta' Settembru 2021 ai termini ta' L.S. 386.19, l-entita' totali ta' dawn il-multi u kemm kien l-ammont ta' multi skont dan ir-Regolament li tħallas s'issa lir-Reġistru tal-Kumpaniji?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Reġistru tal-Kumpaniji — kumpaniji mħassra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22379 u jgħid kemm il-Kumpanija ġew imħassra minn fuq ir-reġistru mir-Reġistru tal-Kumpaniji sa l-2019, fl-2020 u sal-aħħar ta' Settembru 2021? Kemm minn dawn il-kumpaniji ġew ravvivati u kemm hemm kawżi sabiex jiġu ravvivati dawn il-kumpaniji ? X'jiġri meta dawn il-kumpaniji li jiġu mħassra mir-Reġistru jkollhom kawżi pendenti meta jiġu mħassra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Fis-sena 2019, ġew mħassra 890 kumpanija minn fuq ir-Reġistru tal-Kumpaniji Fis-sena 2020, ġew imħassra 11,289 kumpanija minn fuq ir-Reġistru tal-Kumpaniji Fis-sena 2021, ġew imħassra 4,234 kumpanija minn ir-Reġistru tal-Kumpaniji Minn dawn il-kumpaniji msemmija, ġew ravvivati 30 (tletin kumpanija) filwaqt li hemm 32-il kawża pendenti sabiex jiġu ravvivati. Ir-Reġistratur għamel mill-aħjar sabiex jidentifika dawn il-kumpaniji u ma jmexxix bil-proċess tad-defunct. Ir-Reġistratur saħansitra ppublika il-lista tal-kumpaniji li ser jiġu mħassra bid-defunct procedure, 3 xhur qabel it-tħassir tat-tali kumpaniji fuq gazzetta lokali u fuq il-portal tar-Reġistratur u għalhekk terzi li kellhom interess illi l-kumpanija tibqa ħajja setgħu joġġezzjonaw. Ir-Reġistratur qatt ma mexxa bit-tħassir meta ġie infurmat illi hemm kawżi pendenti. F’każ remot li nqabdet xi kumpanija li kienet involutż f’kawża, kull min għandu interess jista’ japplika l-Qorti sabiex tali kumpanija terġa’ titpoġġa fuq ir-Reġistru. Il-proċess huwa faċli, dirett u ma jdumx.
Leg 13 PQ #23253 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Beach cleaners impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jimpjega beach cleaners il-Ministeru tiegħu u kemm minnhom għandhom impjieg fiss u kemm minnhom qegħdin b'kuntratt ta' servizz?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Reġistru tal-Kumpaniji — multi imposti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22378 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari18973, jista' l-ministru jgħid għalkemm kienu jammontaw il-multi li ġew imposti fuq uffiċjali ta' kumpaniji reġistrati mar-Reġistru tal-Kumpaniji u kemm minn dawn l-ammonti ġew imħalsa s'issa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Malta Business Registry

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22377 u jgħid kemm kellha impjegati fil-Malta Business Registry, sena b'sena, minn mindu twaqfet din l-agenzija u kemm minnhom huma desk officers?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Minn mindu twaqqfet l-Aġenzija, l-MBR fis-sena 2018 kienet timpjega 47, li minnhom 12 kienu Senior/ Desk Officers. Fis-sena 2019, kien hemm 74 li minnhom 20 huma Senior/Junior/Desk Officers. Fis-sena 2020 l-MBR kellha 92 li minnhom 22 huma Senior/Junior/Desk Officers, filwaqt li fis-sena 2021 (sallum) 93 li minnhom 24 huma Senior/Junior/Desk Officers. Apparti s-Senior/Junior Desk Officers, l-MBR għandha fi ħdanha r-Registry Support Staff, Arkivji, l-Uffiċċju tar-Riċevitur Uffiċjali, l-HR Unit, Compliance Unit, Legal and Enforcement Unit, Finance and Administration Unit, Procurement, Internal Audit, International Affairs, Research and Communication Unit u ICT Unit
Leg 13 PQ #23242 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Qorti f'Għawdex — Speċifikazzjonijiet tal-binja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ser ikunu l-ispeċifikazzjonijiet tal-binja illi l-Gvern issa ddeċieda illi jakkwista sabiex tintuża bħala Qorti f'Għawdex ? Jista' l-Ministru jispjega għala l-Gvern abbanduna l-pjanijiet li kienu saru ftit snin ilu sabiex il-binja tal-Qorti ssir fejn illum hemm il-Pixkerija ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejha ħidma konġunta bejn iż-żewġ Ministeri biex fi żmien qasir jinstab post alternattiv u adegwat li jilqa’ l-operat ta’ Qorti ġdid f’Għawdex.

Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex — Triq Santa Marija - ħsarat fit-triq minħabba maltemp

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jieħu l-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex sabiex tiġi ripristinata ż-żona fejn hemm il-bandli fi triq Santa Marija, Marsalforn li sofriet ħsara kbira fil-maltemp ta' dan l-aħħar u tinsab magħluqa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-Ġimgħa, 12 ta' Novembru 2021 fit-8.00 ta' filgħodu beda jinqala' r-rubber safety tiles sabiex jitranġa dan il-playing field u jitnaqqas kull perikolu. Il-Kunsill ukoll applika għal SPI/SCI/2/2021 - Finanzjament għal ¯vilup u Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Playing Fields kif ukoll għal fondi Proġetti fil-Kommunitajiet tal-LESA. Il-Kunsill għadu qed jistenna risposta fuq dan il-finanzjament.
Leg 13 PQ #23246 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Malta Air Travel Ltd — dħul

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22924, jista' l-Ministru jgħid kif il-kumpanija Malta Air Travel Ltd jkollha dħul minn attivatijiet ta' wet leasing meta ma jidhirx illi għandha ajruplani fuq il-kotba tagħha?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta Air Travel Ltd għandha ajruplan mikri fuq bazi ta’ Dry Lease.
Leg 13 PQ #23247 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5000

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' € 5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Settembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23248 Sitting 521 2021-11-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sistema ta' e-paperless u fleet management system

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett li tħabbar fit-13 ta' Jannar 2021 ta' sistema "e-paperless" u d-diġitazzjoni tal-"fleet management system"? Jista' l-Prim Ministru jispjega fiex jikkonsistu dawn iż-żewġ proġetti ?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi rigward id-diġitazzjoni tal-“fleet management system” ġie ffirmat il-ftehim ma’ kumpanija privata li bih beda studju komprensiv li se jara kif l-aqwa li ssir it-tranżizzjoni minn vetturi li jużaw fjuwils li jniġġsu għal dawk li jaħdmu b’enerġija rinnovabbli nadifa, kemm min aspett loġistiku u anke amministrattiv. Dan l-istudju mistenni jitlesta fi żmien sitt xhur u se jservi ta’ bażi important għall-implimentazzjoni tal-proġett. Huwa essenzjali li s-Servizz Pubbliku jimmodernizza il-mod kif joħloq, jipproċessa u jaħżen id-dokumenti. Il-qalba għall-less paper huwa kunċett li jindirizza dan. Sar proġett pilota li l-esperjenza minnu kkontribwit għal tfassil ta’ pjan kif se ssir il-qalba mil-karti għal aktar teknoloġija. Dan il-pjan se jwassal għall-introduzzjoni ta’ sistema elettronika ta’ ġestjoni tad-dokumenti fis-Servizz Pubbliku. Din se tirriżulta f’sistema aġġornata u proċessi li jkopru l-forom ta’ komunikazzjoni kollha (posta elettronika, posta fiżika, eċċ.), b’mod partikolari l-proċess sħiħ li jkopri t-tul tal-ħajja ta’ dokument, minn meta jinħoloq, sa meta jmur fl-arkivji nazzjonali. Nistieden lill-Onor Interpellant jsegwi l-istretaġija ġdida tas-Servizz Pubbliku għall-ħames snin li ġejjin li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għal aktar tagħrif.

Sptar Ġenerali t'Għawdex — helicopters

Question

B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22769, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu obbligat li jżomm fi kwalunkwe ħin helicopters għall-emerġenzi mediċi l-operatur tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, Steward Health Care ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi kwalunkwe ħin, l-operatur hu obbligat li jkollu helicopter wieħed għal emerġenzi mediċi.
Leg 13 PQ #23072 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Residenti f’Għawdex li huma reġistrati għall-V.A.T.

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figura ta' kemm hemm persuni residenti f'Għawdex li huma reġistrati għall-V.A.T., sena b'sena, bejn l-2010 u l-2021, u kemm minnhom huma eżenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li turi n-numru ta’ kontijiet tal-VAT attivi, kull tmiem is-sena, minbarra 2021 sal-lum, f’kull kategorija ta’ negozju li jġib indirizz f’Għawdex.
Leg 13 PQ #23237 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Skema tal-Ħaddiema tal-Kommunità — imsieħba

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22928, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Kommunità li sabu impjieg fis-settur privat, sena b'sena minn mindu twaqfet din l-Iskema, jelenka l-isforzi msemmija sabiex l-imsieħba ta' din l-Iskema jsibu mpjieg fis-settur privat u jgħid kif is-settur privat jista' jitlob li jimpjega ħaddiema li huma f'din l-Iskema ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Bejgħ bl-irkant tal-Emission Trading Units

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlet Malta mill-bejgħ bl-irkant tal-emission trading units matul dawn l-aħħar snin? Jista' jispjega kif isir il-bejgħ ta' dawn il-units u għala Malta hi f'pożizzjoni li tbiegħ dawn il-units?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #23239 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 iffirmati mis-Segretarju Permanenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Ottubru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23240 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Kuntratt lill-MPT — buses elettriċi bejn il-Gozo Heliport u l-Port tal-Imġarr

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ntużat sabiex jingħata kuntratt lill-Malta Public Transport Ltd sabiex topera l-buses elettriċi bejn il-Gozo Heliport u l-port tal-Imġarr, għalkemm hu dan il-kuntratt, kemm ser jintużaw buses f'dan is-servizz u kemm jiswa dan il-kuntratt ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li f’servizz ta’ forniment ta’ trasport, lejn u minn punti fissi, f’intervalli skedati u bl-ebda rekwiżiti għall-ibbukkjar minn qabel jikkwalifika s-servizz bħala servizz skedat. Malta Public Transport permezz ta’ ftehim ta’ konċessjoni ffirmat ma’ Transport Malta fil-forniment ta’ servizzi tat-trasport pubbliku skedati f’Malta u Għawdex għandha esklussività biex topera dan is-servizz fuq il-gżejjer. Dan is-servizz ta’ Park and Ride se jkun qed jopera miż-żona tal-Heliport tax-Xewkija għall-Imġarr mill-5am sad-9pm. Mill-5am sat-8am u mit-3pm sas-6pm is-servizz se jkun kull 10 minuti filwaqt li fil-bqija tal-ħinijiet kull 30 minuta. L-arranġament stmat li ser jiġi jiswa € 278,262.24 VAT eskluż fis-sena.
Leg 13 PQ #23241 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ta' Xħajma — Park and Ride - spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq il-Park and Ride f'Tax-Xħajma, meta ser jitlesta u kemm hi l-ispiża prevista ta' dan il-proġett ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-Park and Ride se jibda s-sena dieħla.

Immigranti llegali — ripatriazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22662, 22022, 21772, 21321, 19750 u18282 u jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew rimpatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ? Jista' jagħti l-istess informazzjoni mitluba għat-titjiriet l-oħra ta’ rimpatriju li seta’ kien hemm wara d-data msemmija irrispettivament mid-data tal-wasla tar-rimpatrijati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Immigranti Illegali rilokati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22661, 21773 u 22021 u jgħid kemm ġew rilokati immigranti illegali f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea mill-2010 'l hawn, kemm swew dawn l-operazzjonijiet ta' rilokazzjoni u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea sabiex isiru tali rilokazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.