Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kawżi li ġew diferiti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' kawżi li ġew diferiti matul l-2021, xahar b’xahar, minħabba l-fatt illi l-proċess ma għaddiex mingħand ir-Reġistru għall-ġudikant?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Novembru 2021. Ta’ min jinnota li ngħatat għajnuna klerikali lid-deputati reġistraturi fir-reġistru sabiex il-kawżi jiġu reġistrati minnufih

Kawżi li ġew diferiti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' kawżi li ġew diferiti matul l-2021, xahar b’xahar, minħabba l-fatt illi l-ġudikant kien sprovvist minn deputat reġistratur?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm seduti li ġew diferiti minħabba illi l-Qorti kienet sprovvista minn Deputat Reġistratur matul l-2021 sal-aħħar Novembru.
Leg 13 PQ #23413 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Protokoll fl-iskejjel dwar kwarantina

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi protokoll hu adottat mill-iskejjel fir-rigward ta' dawk l-istudenti li jkollhom jagħmlu kwarantina minħabba l-COVID-19 qabel ma jirritornaw l-iskola wara l-perjodu ta' kwarantina?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf l-Onor. interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni jimxi fuq il-protokolli li jingħataw mill-awtoritajiet tas-Saħħa f'dan ir-rigward.

Palazz ta' San Anton — riabilitazzjoni tal-ġnien

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda l-proġett ta' riabilitazzjoni tal-ġnien tal-Palazz ta' San Anton u kemm hu proġettat li se jdum biex jitwettaq dan il-proġett?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-interventi li qed iwettaq il-Ministeru tiegħi fuq il-ġnien tal-Palazz ta’ San Anton huma maqsumin fi tnejn. L-ewwel parti, li fil-fatt inbdiet diġà, tirrigwardja x-xogħlijiet ta’ emerġenza. Minn dan il-lat, qed jinbena mill-ġdid il-ħajt li ġġarraf u jinsab għaddej ukoll xogħol ieħor ta’ restawr. Barra minn hekk, fil-ġranet li ġejjin, se jsiru interventi simili fuq ħajt ieħor li jagħmel parti mill-faċċata ewlenija tal-ġnien. Permezz ta’ Ambjent Malta qed inwettqu wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni ordinarja, fosthom it-tiswija tal-bankijiet tal-injam u tal-ġebel, u l-bdil jew ir-restawr ta’ tagħmir tal-injam u l-ħadid. Min-naħa l-oħra, kif tħabbar fid-diskors tal-Baġit għas-sena d-dieħla, Ambjent Malta daħlet għal proġett aktar fit-tul sabiex il-Ġnien ta’ San Anton jiġi riabilitat kif jixraqlu. Għal dan il-għan inbeda eżerċizzju ta’ surveying u mapping tal-ħitan kollha tal-ġnien u kif ukoll tal-passaġġi eżistenti. Dan għandu jwassal sabiex isiru l-applikazzjonijiet meħtieġa u jinkisbu l-permessi għar-restawr u t-tiswijiet li jkun hemm bżonn. Il-proġett se jkun jinkludi wkoll l-installazzjoni mill-ġdid tas-servizzi u għamara ġdida.
Leg 13 PQ #23415 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Air Malta p.l.c. – audited accounts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22923 u jgħid għala l-audited accounts tal-Air Malta p.l.c. għas-sena 2019 u s-snin suċċessivi, għadhom ma ġewx approvati u ppubblikati? Jista' jispjega kif il-Gvern qed jittama li l-Kummissjoni Ewropea ser tapprova pjan għall-għajnuna statali, mingħajr l-audited accounts approvati tal-aħħar snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Air Malta hija entita kummerċjali, din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva, u għalhekk ma tistgħax tingħata.
Leg 13 PQ #23416 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Remote Workspace

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 22783 u jgħid kemm-il remote workspace infetaħ s'issa, kemm kienet in-nefqa sabiex jitlestew dawn il-work spaces u fejn jinsabu dawn il-work spaces? Jista' jgħid kemm sar użu ta' dawn il-work spaces sal-aħħar ta' Ottubru 2021 u jekk l-amministrazzjoni hijiex kuntenta bl-użu li sar s'issa minnhom? Xi pjanijiet hemm għal aktar remote work spaces?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li sa issa nfethu 15-il remote workspace li jinsabu Santa Venera, Barriera Wharf Valletta, servizz.gov Head Office il-Mosta, Gozo Innovation Hub, Birgu, Fgura, Msida, San Gwann, Hal Luqa, Zurrieq, Hal Qormi, Birkrikara, Rabat, Qawra u Siggiewi. In-nefqa sabiex jitlestew dawn l-ispazji kienet ta’ €282,932. Sal-aħħar ta’ l-2022 huwa ppjanat li jkun hemm 30 remote workspace. L-amministrazzjoni hija kuntenta għaliex għalkemm dan hu kunċett ġdid, diġa kien hemm 1,500 booking individwali b’feedback pozittiv.

Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi — multi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 22767 u jgħid kemm ġew imposti multi mill-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi f'Malta u f'Għawdex, sena b'sena, mill-2016 'l hawn u kemm tħallsu minn dawn il-multi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għall-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Minbarra hekk, ninfurmah li l-multi amministrattivi rrappurtati jinkludu dawk li kienu nnotifikati bħala effettivi (li ma sarux sottomissjonijiet dwarhom fiż-żmien preskritt jew ma ntlaqgħux mill-Awtorità), kif ukoll dawk li tħallsu jew kienu appellati. Il-multi ta’ kuljum huma rregolati permezz tal-L.S. 549.72 – Ir-Regolamenti dwar Multi Għal Kull Ġurnata Rigward l-Ambjent, filwaqt li l-multi amministrattivi huma rregolati permezz tal-artikoli 80 u 81 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent. F’dan ir-rigward, il-valur globali hu is-segwenti: Multi ta’ Kuljum: Malta inħarġu total ta’ multi ta’ kuljum li globalment jammontaw għal €403,245, li minnhom tħallsu €188,730 u għadhom ma tħallsux €214,515 (€206,490 minn dawk li ma tħallsux huma multi maħruġa fl-2021). Għawdex inħarġu total ta’ multi ta’ kuljum li globalment jammontaw għal €1,370, li minnhom tħallsu €695 u għadhom ma tħallsux €675 (is-€675 li ma tħallsux huma kollha multi maħruġa fl-2021). Dawn jinkludu multi dwar każijiet li qegħdin fi stadju ta’ appell quddiem l-EPRT.
Leg 13 PQ #23418 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati mediċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 22553 u jispjega fejn qed jaħdmu l-impjegati mediċi (Allied Health Practitioner, Senior ECG technician, Enrolled Nurse, Nursing Aide, Health Assistant eċċ) li hemm fuq il-kotba tal-Ministeru?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Leġislazzjoni proposta dwar il-kannabis – studju ta’ impatt soċjali – taħdidiet mas-soċjetajiet assikuratriċi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarux taħdidiet mas-soċjetajiet assikuratriċi dwar il-leġislazzjoni proposta dwar il-kannabis u jekk il-Gvern ħax in konsiderazzjoni l-preokkupazzjonijiet ta' dawn is-soċjetajiet u kif?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saru u għadhom qegħdin isiru diversi laqgħat u taħdidiet ma’ diversi assoċjazzjonijiet u entijiet, inkluż dawk assikuratriċi, dwar il-leġislazzjoni proposta dwar il-kannabis. Permezz ta’ tali laqgħat u taħdidiet, qiegħed ikompli jiġi enfasizzat l-fatt li r-riforma proposta dwar il-kannabis għandha l-għan ewlieni u aħħari li sservi ta’ miżura effettiva ta’ harm reduction filwaqt li qiegħda tittieħed kunsiderazzjoni xierqa tad-diskussjonijiet kollha.
Leg 13 PQ #23324 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – uffiċjal pubbliku jissospendi lilu nnifsu – proċeduri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema provvediment tar-regolamenti tas-servizz pubbliku jippermettu illi uffiċjal pubbliku jissospendi ruħu, xi proċedura tintuża għal tali awto-sospensjoni, x'effett ikollha tali awto-sospensjoni fuq is-salarju u kundizzjonijiet ta' tali persuna u min jiddeċiedi li tali awto-sospensjoni għandha tispiċċa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li awtosospensjonijiet ġieli ntużaw fil-passat anke minn amministrazzjonijiet preċedenti u għaldaqstant qed nimxu fuq l-istess proċeduri . Il-persuna li probabilment qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant taħdem ma’ aġenzija u mhux mas-Servizz Pubbliku.

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — operazzjonijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il operazzjoni saret fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u t-tip ta' operazzjonijiet li saru, sena b'sena, bejn l-2015 u l-2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-isptar Ġenerali t’Għawdex, fl-2015 saru 2953 operazzjoni, fl-2016 3995, fl-2017 3770, fl-2018 3699, fl-2019 3791 u fl-2020 2917. Dawn kienu jinkludu operazzjonijiet Kirurġiċi, Ortopediċi, Oftalmiċi, Dentali, Operazzjonijiet tal-Ostetrika u tal-Ġinekoloġija eċċ.

Malta Enterprise — applikazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew approvati applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-Malta Enterprise għall-produzzjoni ta' prodotti relatati mal-COVID-19? Kemm ħarġet flus Malta Enterprise taħt din l-iskema u kemm hu proġettat li se jiġu impjegati ħaddiema mill-applikazzjonijiet approvati ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-Malta Enteprise approvat 5 proġetti taħt l-iskema Investment Aid for the Production of COVID-19 relevant products ser jiġġeneraw 90 mpjieg ġdid. L-ammont ta’ assistenza approvata jammonta għall-4.737 miljun ewro.

Malta Enterprise – proġetti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew approvati proġetti f'Għawdex minn Malta Enterprise fl-2020 u fl-ewwel disa' xhur tal-2021 u kemm hi l-ispiża kapitali proġettata ta' dawn il-proġetti u n-numru ta' impjiegi proġettati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Malta Enterprise – assistenza finanzjarja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ħarġet assistenza finanzjarja Malta Enterprise fl-2015, l-2016, l-2017, l-2018, l-2019, l-2020 u fl-ewwel disa' xhur tal-2021 lill-impriżi bbażati f'Għawdex u kemm tali assistenza hi perċentwal tal-assistenza finanzjarja mogħtija globalment minn Malta Enterprise?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #23256 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Iċ-Ċittadella — impjegati addetti għaż-żamma tal-post

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li qegħdin addetti għaż-żamma taċ-Ċittadella u kif inhuma mpjegati dawn l-individwi ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tnax il-ħaddiem li dawn qed jaraw li din il-ġawrha unika tinżamm fl-aħjar stat u toffri l-aqwa esperjenza lil kull min iżurha matul is-sena kollha.

Immigranti llegali — ripatriazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22941, 22662, 22022, 21772, 21321, 19750 u 18282 jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew rimpatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ? Jista' jagħti l-istess informazzjoni mitluba għat-titjiriet l-oħra ta’ rimpatriju li seta’ kien hemm wara d-data msemmija irrispettivament mid-data tal-wasla tar-rimpatrijati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-numru ta’ immigrant rregolari li ġew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom bejn Jannar u Ottubru 2021 jammonta għal 361, inkluż 36 persuna oħra minn pajjiżi terzi li ġew irritornati lejn pajjiżhom wara li aċċettaw li jirritornaw volontarjament. L-ispiża relatata mal-vjaġġi ta’ ripatrijazzjoni sfurzata tammonta għal €359,899.49 li tinkludi ko-finanzjarjament mill-Unjoni Ewropea ta’ 75% tal-ispiża totali. Kien hemm istanzi fejn l-Unjoni Ewropea provdiet ukoll għajnuna lill-awtoritajiet Maltin permezz tal-liaison officers tagħha preżenti fil-pajjiż tal-oriġinu, partikolarment f’dawk il-pajjiżi fejn Malta ma għandhiex rappreżentanza diplomatika.

Immigranti Illegali rilokati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22942, 22661, 21773 u 22021 u jgħid kemm ġew rilokati immigranti illegali f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea mill-2010 'l hawn, kemm swew dawn l-operazzjonijiet ta' rilokazzjoni u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea sabiex isiru tali rilokazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

In-numru ta’ immigranti irregolari u applikanti għall-asil li ġew rilokati fi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u Stati Assoċjati mill-2010 huma dawn: Sena Numru ta’ persuni li ġew rilokati 2010 221 2011 164 2012 105 2013 16 2014 - 2015 - 2016 - 2017 - 2018 423 2019 619 2020 273 2021 (sa 18/11) 234 Total 2,055 Matul dan il-perjodu sal-lum, l-Unjoni Ewropea iffinanzjat tlett proġetti relatati mar-rilokazzjoni tal-immigranti minn Malta: Titlu Perjodu Ammont totali tal-proġett (€) Ko-finanzjament UE (€) Proġett pilota għar-ri-allokazzjoni intra-UE minn Malta (EUREMA) 1/1/2010 – 31/08/2011 1,397,653 1,107,379 Proġett pilota għar-rilokazzjoni intra-UE minn Malta (EUREMA II) 1/1/2012 – 31/12/2013 149,200 134,280 Rilokazzjoni Volontarja minn Malta għal Stati Membri u Assoċjati tal-UE (REMA) 1/7/2019 – 31/12/2021 (mistenni li jiġġedded) 1,060,000 (għadu mhux konkluż) 950,000 (għadu mhux konkluż)
Leg 13 PQ #23320 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Nadur Għawdex – persuni self-employed

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' persuni self-employed li jirrisjedu fin-Nadur, Għawdex sena b'sena bejn l-2010 u l-2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi l-figuri ta’ persuni self-employed li jaħdmu fuq bazi full-time u part-time biss u li jirrisjedu fin-Nadur, Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru sena b'sena mill-2010 sal-aħħar ta’ Mejju 2021. Sena Total 2010 267 2011 269 2012 260 2013 257 2014 266 2015 274 2016 289 2017 303 2018 323 2019 351 2020 364 Mejju 2021 371 L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Mejju 2021.
Leg 13 PQ #23321 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Xagħra Għawdex – persuni self-employed

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' persuni self-employed li jirrisjedu fix-Xagħra, Għawdex sena b'sena bejn l-2010 u l-2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi l-figuri ta’ persuni self-employed li jaħdmu fuq bazi full-time u part-time biss u li jirrisjedu fix-Xagħra, Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru sena b'sena mill-2010 sal-aħħar ta’ Mejju 2021. Sena Total 2010 282 2011 284 2012 295 2013 298 2014 306 2015 319 2016 339 2017 336 2018 381 2019 402 2020 434 Mejju 2021 452 L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Mejju 2021.

Leġislazzjoni proposta dwar il-kannabis – studju ta’ impatt soċjali lill-imsieħba soċjali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarx l-istudju ta' impatt soċjali dwar il-leġislazzjoni proposta dwar il-kannabis illi l-Gvern wiegħed lill-imsieħba soċjali fi ħdan l-MCESD li ser jagħmel u jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-riforma proposta dwar il-kannabis hija mizura b'sahhitha u effettiva ta' harm reduction. Il-Gvern jippromwovi dejjem stil ta' hajja sana 'l boghod mill-uzu ta' kwalunkwe tip ta' sustanzi u vizzji. Biss, adult li jiehu decizjoni konxja li jaghmel uzu responsabbli mill-kannabis ghandu jkollu access san u regolarizzat ghall-kannabis. B'dan il-mod il-persuni li jaghmlu uzu mill-kannabis jieqfu jigu kriminalizzati, il-black market fis-settur jigi attakkat u l-minuri jigu mharsa b'regoli li jimmilitaw favur taghhom. Dan hu dak li r-riforma se tkun qed taghmel. L-istess riforma proposta tahseb wkoll sabiex tigi stabbilita u mwaqqfa Awtorita' dwar l-Uzu Responsabbli tal-Kannabis liema awtorità ser ikollha s-setgħat, l-irwoli u r-responsabbilitajiet kontemplati fil-ligi, inkluz li twettaq studji ulterjuri u kontinwi rigwardanti l-uzu responsabbli tal-kannabis. Huma varji l-istudji - lokali u internazzjonali - dwar l-uzu tal-kannabis u anke dawk marbuta mal-mudell ta' harm reduction fejn jidhol l-uzu tal–kannabis, liema mudell diga' gie applikat f'numru ta' gurisdizzjonijiet ohra kemm Ewropej u kemm 'il hinn. Fl-istess waqt, pari passu, l-Gvern se jkompli jinvesti fi prevenzjoni anke b' interventi mmirati tista’ tghid f’kull sfera tas-socjeta’, nkluz haddiema li jahdmu direttament ma’ adulti vulnerabbli u kif ukoll il-postijiet tax-xoghol. Waqt li sa ftit zmien ilu, l-interventi ta’ prevenzjoni f’dan il-qasam kienu limitati biss ghal interventi sporadici fil-Year 3 permezz tal-BABES programme (li ma kienx jilhaq l-iskejjel kollha primarji bhal ma jigri llum) u l-programm SAFE fuq il-postijiet tax-xoghol fuq skala ridotta, illum bis-sahha ta' finanzjament li tajna lill-FSWS u Sedqa qed noffru l-BABES programm (taht isem differenti ta' TFAL 3) fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Ghawdex (stat, privat u knisja), it-TFAL 5 li joffri kontinwazzjoni fil-hames sena primarja, it-Teen Outside the Box fil-Form 2 flimkien mal-Anti Substance Team tal-Education, u issa ser inkunu qed nipprovdu servizzi ta' prevenzjoni fil-post sekondarja u anke’ l-Universita’. Ukoll qed isiru inizzjattivi ma’ gruppi vulnerabbli fil-komunita’ u se nkunu qed nespandu l-operat tal-programm SAFE, il-programm li jinghata fuq il-post tax-xoghol lil diversi entitajiet. Ninforma lill-Onor. Interpellant li jiena ltqajt b'mod individwali ma' diversi shab socjali u l-laqghat kienu kordjali u kostruttivi hafna. Dwar laqghat specifici li saru fi hdan l-MCESD, nitlob li din id-domanda ssir lill-Ministru koncernat.