Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23633 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 iffirmati mis-Segretarju Permanenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23239 u jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Ottubru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentari numru 22308 u 23353.
Leg 13 PQ #23634 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5000

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23247 u jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' € 5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Settembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentari numru 22308 u 23353.

Gozo Regional Council – uffiċċju magħluq

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23071, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-uffiċċju li jappoġġja l-ħidma tal-Gozo Regional Council, il-grad tagħhom u l-ħinijiet ta' ftuħ tal-istess uffiċċju?

Response (ABELA, CARMELO)

M’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 23071, ħlief li l-istaff tal-MCESD jagħti kull appoġġ meħtieġ.

MCESD – diskussjoni dwar il-Leġiżlazzjoni tal-Kannabis

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iddiskutiex fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) il-leġislazzjoni l-ġdida dwar il-kannabis u jekk il-Gvern ippreżentax is-Socio Impact Assessment lill-imsieħba soċjali li kien intrabat li jwettaq?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat, li fuq talba ta’ xi sħab soċjali, ċ-Chairperson tal-MCESD tella dan is-suġġett għad-diskussjoni darbtejn. Infakkar li d-diskussjoni fuq din it-tema fuq livell nazzjonali tmexxiet minn Ministeru ieħor u allura mistoqsijiet ulterjuri għandhom jiġu riferuti lil dak il-Ministeru.
Leg 13 PQ #23547 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ta' Xħajma — Park and Ride - spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb kompletament mistoqsija parlamentari 23241 u jgħid meta hu previst li jitlesta l-Park and Ride f’Tax-Xħajma, u kemm hi l-ispi¿a prevista ta’ dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 23241 u la darba jkolli informazzjoni addizzjonali kif mitlub, nkun nista’ nirrispondik.

Immigranti llegali — ripatrijazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 23318, jista’ l-Ministru jindika lejn liema pajjiżi ġew ripatrijati t-361 persuna indikati fit-tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Din l-informazzjoni hi ta’ natura diplomatika u tikkonċerna r-relazzjoni ta’ pajjiżna ma’ pajjiżi terzi. Kwalunkwe tixrid ta’ din l-informazzjoni jista’ taffetwa l-prospetti ta’ ritorn minn Malta u Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata pubblikament. Madanakollu din l-informazzjoni tista’ tingħata lill-Onot. Membru b’mod kunfidenzjali.

Immigranti Illegali rilokati

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23319, jista’ l-Ministru jindika f’liema pajjiżi Ewropej ġew rilokati l-2,055 persuna indikati fit-tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-2,055 persuna msemmija ġew rilokati minn Malta lejn dawn il-pajji¿i Ewropej: Pajji¿ Belġju Danimarka Finlandja Franza Ġermanja Irlanda Liechtenstein Litwanja Lussemburgu Netherlands Norveġja Polonja Portugall Renju Unit Rumanija Slovenja Spanja Svizzera

Trattattivi ma’ Steward Health Care dwar il-konċesjoni tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Sptar San Luqa u Sptar Karen Grech

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu t-trattattivi ma' Steward Health Care dwar il-konċessjoni tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern qed iżomm kuntatt kontinwu ma Steward Health Care biex jiġi żgurat li l-kuntratt jiġi onorat.

Għawdex – Għassa tax-Xagħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm fir-rigward tal-Għassa tax-Xagħra, Għawdex issa li tħabbar li ser jinbena Ċentru Ċiviku mill-Kunsill Lokali fil-post fejn fil-preżent hemm din l-Għassa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob illi kwalunkwe deċiżjoni tittieħed fi qbil mal-Kunsill Lokali tax-Xagħra.
Leg 13 PQ #23630 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żieda fil-Personal Emoluments bejn Jannar u Ottubru 2021

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega għala kien hemm żieda ta' € 91.23 m fil-"Personal Emoluments" maħruġa mill-Gvern bejn Jannar u Ottubru 2021 fuq il-figura għall-istess perjodu fl-2020 ekwivalenti għall-żieda ta' 12.11%? Jista' l-Prim Ministru jispeċifika jekk din il-figura tkoprix l-entitajiet kollha fis-settur pubbliku jew jekk tkoprix biss is-servizz pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Uffiċjali pubbliċi illi ddeċidew illi jirritornaw fis-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali pubbliċi illi ddeċidew illi jirritornaw fis-Servizz Pubbliku minn mindu twaqqfet l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti, sena b’sena ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2019 irritornaw 2 uffiċjali pubbliċi lura fis-Servizz Pubbliku, fl-2020 kien hemm 4 uffiċjali pubbliċi li rritornaw fis-Servizz Pubbliku u fl-2021 kien hemm 17-il uffiċjal pubbliku li rritornaw fis-Servizz Pubbliku. Fil-maġġoranza tagħhom, dawn l-uffiċjali pubbliċi rritornaw fis-Servizz Pubbliku għal raġunijiet li ntgħazlu minn sejħiet għall-applikazzjonijiet għal grad għola u uffiċjali pubbliċi residenti Għawdex li ngħataw l-opportunità jaħdmu minn Dipartiment tal-Gvern f’Għawdex.

Appelli li ġew diferiti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' appelli li ġew diferiti matul l-2021, xahar b’xahar, minħabba l-fatt illi l-avviż tal-appuntament u l-avviż tal-kawtela kien għadu ma' ġiex notifikat lill-partijiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Qorti ma’ żżommx din it-tip ta’ statistika

PBS – informazzjoni dwar individwi li jitressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS dwar jekk jissemmewx fl-aħbarijiet l-individwi li jitressqu l-qorti ? Jista' l-Ministru jispjega għala fl-aħbarijiet tat-22 ta' Novembru 2021, kien hemm fejn l-akkużat ġie msemmi u fejn ma ssemmiex, minkejja li ma kienx hemm divjett tal-pubblikazzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Filwaqt li, bħal f’kull kamra tal-aħbarijiet oħra, l-editur huwa responsabbli għad-deċiżjonijiet dwar bulettin tal-aħbarijiet, jista’ l-Onorevoli interpellant jikkonferma jekk hux qed jirreferi għall-istess każ li meta rrapportat fuq mezzi ta’ Net News ma kienx hemm l-isem tal-persuna lanqas?
Leg 13 PQ #23544 Sitting 527 2021-12-01 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Community Workers Scheme — sigħat ta' ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm suppost jaħdmu sigħat kuljum l-imsieħba fil-Community Workers Scheme? Jista’ l-Ministru jikkonferma li huwa sodisfatt li l-imsieħba kollha qed jaħdmu s-sigħat kif suppost u min hu responsabbli jassigura li l-imsieħba kollha jkunu regolarment fuq il-lant tax-xogħol?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-imsieħba tal-Community Work Scheme huma ngaġġati fuq bazi full-time mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation. Dan ifisser li l-ħaddiema jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa. Dawn jaħdmu fl-istess ħinijiet tal-ħaddiema tal-entitajiet li jkunu allokati magħhom. Jista jkunu hemm eċċezzjonijiet fejn l-imsieħba jaħdmu fuq bazi part-time jew reduced u għalhekk f dawn il-kazijiet huma obligati jaħdmu sigħat skont il-kuntratt tagħhom. L-entita’ li jkollha magħha dawn il-ħaddiema hi responsabbli li zzomm l-attendenza ta’ kuljum u tara li jkunu fuq xogħolhom. Il-Fondazzjoni wkoll tagħmel spezzjonijiet perjodiċi biex tassigura li kullħadd qiegħed fuq xogħolu. Kull xahar il-Fondazzjoni tibgħat rapport ta’ attendenza lil Jobsplus.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Direttur tal-Ħabs - kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kuntratt għandu d-Direttur tal-Ħabs li għadu kemm issospenda ruħu, x’rimunerazzjoni jgawdi minnha u meta jiskadi dan il-kuntratt? Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-imsemmi Direttur jista’ jirritorna għall-kariga meta jrid hu? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant. Ir-risposta għall-bqija tal-mistoqsija qiegħda ġja fid-dominju pubbliku, cioe li l-kariga ta' Direttur tal-Ħabs hi okkupata minn Aġent Uffiċjal Kap Eżekuttiv, u li d-direttur sospiż tal-ħabs qiegħed għal żmien qasir jieħu nofs is-salarju bażiku.
Leg 13 PQ #23546 Sitting 527 2021-12-01 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Skema tal-Ħaddiema tal-Kommunità — imsieħba

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23237 u ċjoè: B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22928, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Komunità li sabu impjieg fis-settur privat, sena b’sena minn mindu twaqfet din l-Iskema, jelenka l-isforzi msemmija sabiex l-imsieħba ta’ din l-Iskema jsibu impjieg fis-settur privat, u jgħid kif is-settur privat jista’ jitlob li jimpjega ħaddiema li huma f’din l-Iskema ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hawn taħt issib tabella li turi in-numru ta' msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Kommunità li sabu impjieg fis-settur privat, sena b'sena minn mindu twaqfet din l-iskema fl-2016. Sena Total 2016 8 2017 16 2018 2 2019 13 2020 7 2021 15 L-iskopijiet tal-iskema huma: · Biex titwaqqaf fondazzjoni li timpjega persuni vulnerabbli; · Tagħmel profil tal-parteċipanti u tidentifika taħriġ li għandhom bzonn u · Tidħol fi ftehim ma’ Kunsilli Lokali, skejjel pubbliċi, NGOs u għaqdiet bi skopijiet soċjali biex tallokalhom parteċipanti biex jieħdu esperjenza ta’ xogħol. Permezz tat-taħriġ u esperjenza ta’ xogħol provduti taħt din l-iskema, persuni vulnerabbli jkunu megħjuna u mħajra biex issibu impjieg fis-settur privat.

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — radjologu matul il-lejl

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li ma jkunx hemm servizz ta' radjologu matul il-lejl fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u jista’ jgħid kemm ilu dan is-servizz ma jingħatax matul il-lejl? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex dan is-servizz jerġa’ jibda jingħata u jekk iva, meta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif kienet il-prassi minn dejjem, is-servizz tar-radjologu matul il-lejl hu kopert permezz tal-on call minn radjologu f’Għawdex u minn radjologi f’Mater Dei.
Leg 13 PQ #23532 Sitting 526 2021-11-30 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – uffiċjal pubbliku jissospendi lilu nnifsu – proċeduri

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23324, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi li awto-ssospendew ruħhom fl-aħħar għoxrin sena, kemm damu dawn l-awto-sospensjonijiet u kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi illi reġgħu daħlu fis-servizz pubbliku u kemm kien hemm minnhom illi spiċċaw mis-servizz pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li data ma tinżammx imma huwa magħruf li kien hemm mill anqas każ wieħed u kif ingħad fit-tweġiba preċedenti.
Leg 13 PQ #23533 Sitting 526 2021-11-30 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – uffiċjal pubbliku jissospendi lilu nnifsu – proċeduri

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23324, jista' l-Prim Ministru jgħid taħt liema proċeduri dixxiplinarji huma soġġetti l-ħaddiema li jiġu impjegati mad-diversi aġenziji li qegħdin jitwaqqfu sabiex jassumu l-funzjoni ta' Dipartimenti tal-Gvern kif ukoll dawk l-uffiċjali pubbliċi li jiġu ssekondati mal-istess aġenziji?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema impjegati fl agenziji jaqgħu taħt proċeduri dixxiplinarji tal-agenżija stess rifless ġeneralment fi ftehim kollettiv u f’kazi serji li jimmeritaw tkeċċija taħt proċeduri tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Malta Business Registry — kirja tal-post

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23250, jista' l-Ministru jgħid kemm fih metri kwadri l-post li ġie mikri lil Malta Business Registry u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv ta' kera?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra. >