Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23946 Sitting 533 2022-01-12 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Birkirkara — Villa Lauri - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa liema xogħlijiet huma għaddejjin f'Villa Lauri, Birkirkara u meta huma ppjanati li jitlestew? Meta se tkun tista' tintuża mill-istudenti Għawdxin din il-binja?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol strutturali f’Villa Lauri tlesta u bħalissa waslet fil-fażi finali l-evalwazzjoni tal-offerti għal xogħlijiet ta’ Finishes u M&Es. Din is-sejħa għall-offerti ħarġet għat-tieni darba peress li fl-ewwel sejħa l-ebda offerent ma kien amministravament, teknikament u finanzjarment eleġibli. Jinsabu ukoll fil-fażi finali l-evalwazzjoni tal-offerti dwar installazzjoni ta’ lifts u installazzjoni ta’ għamara. Ix-xogħol fuq dan il-proġett huwa mistenni li jitlesta sal-ewwel kwart tas-sena 2023.

Għawdex – Rabat – Ċentru tas-Saħħa

Question

Peress illi kuntrarjament għal dak li qal il-Ministru fit-tweġiba parlamentari numru 17169, iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Victoria, Għawdex għadu ma nfetaħx, jista' l-Ministru jgħid għala kien hemm dewmien sabiex jitlesta u jinfetaħ iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Victoria, Għawdex u meta se jitlesta u jinfetaħ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wieħed mill-kuntratturi li qed jaħdem fuq dan iċ-ċentru waqa lura fix-xogħol. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi qed tieħu l-passi sabiex jiġu applikati l-penali skont il-kuntratt.
Leg 13 PQ #23948 Sitting 533 2022-01-12 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Operations Ltd. — Kiri ta' uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Channel (Operations) Ltd hux qiegħda tikri post fl-Imġarr, Għawdex li qabel kien jintuża bħala supermarket, sabiex tibda tużah bħala l-uffiċċju tagħha ? Kemm ilha tikrih dan il-post, kemm hi l-kera u għalkemm u għala dan il-post għadu ma bediex jintuża għall-iskop mikri ? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kera fuq il-Mejda tal-Kamra ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23961 Sitting 533 2022-01-12 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Awditur Ġenerali – nuqqasijiet fil-proġett tal-Pjazza San Franġisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jieħu wara li l-Awditur Ġenerali sab bosta nuqqasijiet gravi fil-mod kif ġie ġestit il-proġett tal-pavimentazzjoni ta' Pjazza San Franġisk u min għandu jirrispondi għal dawn in-nuqqasijiet gravi? Iħossx il-Ministru li l-pożizzjoni tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu m'għadhiex tenibbli wara dak li rriżulta lill-Awditur Ġenerali fir-rigward ta' dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif indikat fl-istess rapport mill-Awditur Generali, l-Awtorità Kontraenti ħadet ħsieb li tittieħed azzjoni kull fejn kien hemm xi nuqqas. Dawn in-nuqqasijiet ġew irrettifikati qabel sar xi tip ta’ audit. Dan anke riżultat ta’ eżerċizzji interni u kontinwi fi ħdan il-Ministeru. Ix-xogħlijiet kollha saru wara li nġiebu l-approvazzjonijiet meħtiega mill-awtoritajiet u kif wkoll skont il-kriterji finanzjari allokati. Dan il-proġett ġie ġestit minn uffiċjali pubbliċi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, iżda fejn meħtieg, ġew imqabbda wkoll uffiċjali pubbliċi minn diversi awtoritajiet oħra li għalihom il-Ministeru talab gwida. Il-Ministeru għandu fiduċja f’kull uffiċjal minn tiegħu. Dan anke fid-dawl li bħalissa l-Ministeru qed jimplimenta numru bla preċedent ta’ proġetti, dejjem b’risq il-gżira Għawdxija u r-residenti Għawdxin.

Persuni li ma jistgħux jieħdu l-booster peress li kienu pożittivi għall-COVID

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkjarifika x'ser tkun il-pożizzjoni wara s-17 ta' Jannar 2022 ta' dawk l-individwi li ma jistgħux jieħdu l-booster għax kienu pożittivi għall-Covid? Jista’ ċ-ċertifikat tal-vaċċin jibda jindika li dawn l-individwi rriżultaw infettati u għaldaqstant m'għandhomx bżonn booster sa ċertu żmien?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din il-ġimgħa se jkunu qed jiġu ippubblikati standards inkluż dwar l-eżenzjoni temporanja għal dawk li jkunu pożittivi u ma jkunux jistgħu jieħdu l-booster f’dak il-perjodu.

Tħaddim ta’ Cyclotron

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jibda jitħaddem is-Cyclotron li l-gvern xtara mingħand Steward Health Care? Jista’ jgħid ukoll għala għadu ma bediex jitħaddem dan is-Cyclotron, kemm kienet in-nefqa biex inxtara u taħt liema provvediment tar-regoli dwar ix-xiri pubbliku nxtara dan l-apparat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23940 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – kuntratti taħt il-valur ta’ €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23632 u ċjoè jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Novembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 23632.
Leg 13 PQ #23941 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 iffirmati mis-Segretarju Permanenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23633 u 23239 u jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Ottubru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 23940.
Leg 13 PQ #23942 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5000

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23634 u 23247 u jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' € 5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Settembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 23941
Leg 13 PQ #23943 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5000

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' € 5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Diċembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 23942
Leg 13 PQ #23944 Sitting 532 2022-01-11 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Segretarju Permanenti — safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq xogħol uffiċjali s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu, sena b'sena mill-2013 sal-2021, x’kien l-iskop ta' dawn iż-żjarat u kemm kienet in-nefqa ta' dawn iż-żjarat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23706 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċerimonja fi Pjazza Indipendenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fi Pjazza Indipendenza fit-28 ta' Novembru 2021 u għalxiex saret din iċ-ċerimonja?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan it-tagħrif għadu qed jinġabar u se jingħata f’xi seduta oħra.

Ħlasijiet lil rappreżentant tal-Ministeru jew tad-Dipartiment tal-Ġustizzja li jidhru fuq il-programm "Kalamita"

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet qed isiru sabiex rappreżentant tal-Ministeru jew tad-Dipartiment tal-Ġustizzja jidhru fuq il-programm "Kalamita" fuq "One TV" u kemm ser jibqgħu jsiru dawn il-ħlasijiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpelland li l-informazzjoni mitluba għandha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23708 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pedestall storiku ħdejn il-Knisja ta' Santa Marta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-pedestall storiku li kien hemm ħdejn il-Knisja ta' Santa Marta magħrufa tal-Għonq fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace, Victoria u xi pjanijiet hemm fir-rigward ta' dan il-pedestall?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pedestall storiku li kien hemm ħdejn il-Knisja ta’ Santa Marta qiegħed miġbur.

Trattattivi ma’ Steward Health Care dwar il-konċessjoni tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Sptar San Luqa u Sptar Karen Grech

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 23628, jista' Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma dak li stqarr il-Ministru għall-Finanzi, li t-taħdidiet ma' Steward Health Care ilhom li waqfu? Meta saret l-aħħar laqgħa ma' Steward Health Care? X'qed jistenna l-Gvern mingħand Steward Health Care u kif qed isiru l-kuntatti li għamel referenza għalihom fit-tweġiba msemmija? Meta u kif saru dawn il-kuntatti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li mhux qed isiru xi laqgħat dwar xi revizjoni tal-kuntratt ma’ Steward, laqgħat dwar l-operat tal-entitajiet isiru fuq bażi regolari.
Leg 13 PQ #23710 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Rabat, Għawdex — Triq it-Tabib Anton Tabone Tlestija ta’ asfaltar mill-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta kompletament l-asfaltar mill-ġdid ta' dik il-parti ta' Triq it-Tabib Anton Tabone bejn Ta' Sannat u r-Rabat, Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol huwa diġa kkuntrattat u ser isir fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #23711 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — beach cleaners impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23253 u jgħid kemm jimpjega beach cleaners il-Ministeru tiegħu u kemm minnhom għandhom impjieg fiss u kemm minnhom qegħdin b'kuntratt ta' servizz?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu mpjegati 43 beach cleaners f’dawn il-bajjiet/postijiet: 1. Bajjiet ta’ Marsalforn, 2. Xlendi, 3. Ħondoq, 4. Dwejra, 5. Ramla l-Hamra, 6. Bajjiet tal-gżira ta’ Kemmuna, 7. Xatt l-Aħmar, 8. Daħlet Qorrot, Bajjiet tal l-Mġarr, 9. San Blas, 10. u fil-garaxx responsabbli għall-manutenzjoni tal-bajjiet.

Ir-Rabat Għawdex – bus stop quddiem it-Teatru Aurora

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bus stop li hemm quddiem it-Teatru Aurora fir-Rabat, Għawdex hiex qiegħda fl-agħar post possibbli fejn wieħed jagħmel bus stop li minħabba fiha jieqaf it-traffiku tal-gżira għall-ħinijiet twal u għandu jinstab post alternattiv fl-istess Triq Repubblika?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ttieħdet nota tal-kontenut ta’ din il-mistoqsija parlamentari għal aktar konsiderazzjoni.
Leg 13 PQ #23631 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Pjazza Indipendenza – ċerimonja — spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fi Pjazza Indipendenza fit-28 ta' Novembru 2021 sabiex tiġi inawgurata l-mixegħla tal-pjazza?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġiet inawgurata l-ebda mixegħla fi Pjazza Indipendenza.
Leg 13 PQ #23632 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – kuntratti taħt il-valur ta’ €5,000

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Novembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentari numru 22308 u 23353.