Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandu l-Kap tal-Ħabs ta' Kordin sabiex jokkupa l-kariga li għandu u x'rimunerazzjoni jgawdi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi intgħażel għal din il-kariga wara sejħa pubblika fl-2018.
Huwa għandu baċċelerat bl-unuri mill-Università ta’ Malta u ħa taħriġ f’għadd ta’ akkademji barra minn Malta fosthom l-akkademja Rjali Sanhurst, fl-Ingilterra. Kwalifikat ukoll bħala bdot tal-ajruplani.
Għandu esperjenza twila ta’ servizz pubbliku fejn tul is-snin kien fdat bit-tmexxija u l-aspett maniġerjali ta’ skwadri u ċentri ta’ taħriġ fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Ħadem ukoll ma’ Frontex bħala espert nazzjonali wara li kien nominat mill-Gvern Malti fl-2009.
Hu jgawdi minn kundizzjonijiet ekwivalenti għal skala 2 tas-servizz pubbliku.
Malta Enterprise — Attrazzjoni tal-Investiment f'Għawdex
Question
Tista' l-ministru tindika kemm Malta Enterprise għandha nies dedikati għall-attrazzjoni tal-investiment f'Għawdex kif ukoll sabiex jieħdu ħsieb l-investiment diġà eżistenti f'Għawdex, fejn huma bbażati dawn l-individwi u kemm hu l-budget illi Malta Enterprise tiddedika għall-attrazzjoni ta' investiment f'Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise għandha team responsabbli minn l-attrazzjoni ta’ investiment dirett barrani lejn Malta u Għawdex. Membru minn dan it-team jinsab ibbażat Għawdex fejn l-għan prinċipali ta’ dan l-impjegat huwa l-attrazzjoni ta’ investiment barrani ġewwa Għawdex. Dan fl-istess waqt illi Għawdex ikun parti essenzjali fl-isforzi ta’ attrazzjoni ta’ investiment barrani anke meta jkun hawn delegazzjonijiet li jiġu pajjiżna biex jaraw fejn se jqiegħdu s-sede tagħhom.
Il-Korporazzjoni għandha wkoll żewġ persuni li huma bbazati fl-ufficcju tal-Malta Enterprise ġewwa ż-żona industrijali tax-Xewkija speċifikament biex jagħtu għajununa diretta lin-negozji u ndustriji li joperaw f’Għawdex. Dawn l-impjegati huma parti minn team li huma bbażati f’Malta u li jiltaqgħu b’mod regolari ma’ intraprizi li jinstabu Għawdex.
Il-budgets tal-Malta Enterprise huma dawk imħabbra fil-Budget annwali li jippreżenta l-Gvern.
Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet sabiex barra l-għases tal-pulizija ikun hemm reċipjent tal-ilma għall-annimali tat-triq kien kien isir fil-passat u kif għad hemm f'xi għases ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Għawdex – nefqa fuq studji dwar il-bini ta’ qorti ġdid
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17347 u jgħid kemm intefqu flus s'issa fi studji dwar il-Qorti l-ġdida proposta f'Għawdex peress li mhux minnu li din l-informazzjoni ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13038? Jista' jinforma l-poplu meta hemm ħsieb li tittieħed deċiżjoni dwar dan il-proġett ferm meħtieġ għall-kollettività?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 17638 - Għawdex – nefqa fuq studji dwar il-bini ta’ qorti ġdid.pdf
Jista' l-Ministru jindika għaliex il-Ministeru qed jippermetti li l-Gozo Channel (Operations) Ltd tikser it-termini tal-Public Service Obligation li għandha u ma toperax vjaġġi għall-merkanzija għall-Port il-Kbir Marsamxett? Jista’ jgħid meta ser jitnieda Public Service Obligation ġdid ġaladarba dak attwali ilu li skada mill-2017? Intalab xi permess mill-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi estiż it-terminu ta' dan il-Public Service Obligation?
Response (BORG, IAN)
Il-Ministru qiegħed jinforma lill-Onorevoli Interpellant illi mhu qed isir l-ebda ksur tal-Public Service Obligation mill-Gozo Channel (Operations) Ltd u s-servizzi mogħtija huma kollha abba¿i tal-istess Public Service Obligation.
Ngħid ukoll li l-inter-island transportation għadu qed jiġi rregolat b’public service obligation favur Gozo Channel Transport Joint Venture. Il-Kummissjoni Ewropea hija konsapevoli ta’ dan l-istatus. Barra minn hekk, xtaqt ninfurmak li bħalissa għaddejjin il-preparamenti neċessarji biex it-tender in kwistjoni jiġi ppublikat fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jispjega kif fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 17399 stqarr li n-numru ta' impjegati mal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd kien 183 (2017) u 186 (2018) mentri l-Audited Accounts tas-snin 2017 u 2018 li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba għall-mistoqsija 16768 jiddikjaraw li n-numru ta' impjegati kien 195 kull sena? Jista' jgħidilna liema figura hija korretta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-differenza fin-numru ta’ impjegati bejn ir-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 17399, u dik b’numru 16768 li tirrigwarda l-audit accounts għas-snin 2017 u 2018, hija li fl-audit accounts in-numru ta’ ħaddiema huwa kkalkolat fuq l-average tal-ħaddiema li kienu jaħdmu mal-kumpanija f’dik is-sena, partikulari, inkluż il-board tad-diretturi. Filwaqt li fir-risposta parlamentari 17399 l-ammont ta’ ħaddiema huwa bbażat fuq in-numru ta’ ħaddiema li kien hemm fl-aħħar tas-sena mingħajr il-board tad-diretturi.
Trasport ta’ passiġġieri u vetturi bejn il-Port il-Kbir u l-Imġarr – Public Service Obligation
Question
Jista' l-Ministru jindika għaliex ma ħarġietx sejħa għall-Public Service Obligation speċifika għat-trasport ta' passiġġieri u vetturi bejn il-Port il-Kbir u l-Imġarr, Għawdex barra dik li suppost ilha li ħarġet tliet snin ilu għat-traffiku bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, Għawdex?
Marsalforn Għawdex – Triq Santa Marija – bdil tal-pavimentar tal-promenade
Question
Jista' l-Ministru jindika jekk il-Kunsill Lokali. Żebbuġ, Għawdex għandux xi pjanijiet sabiex jinbidel il-pavimentar tal-
promenade
ta' Triq Santa Marija, Marsalforn u speċjalment fil-parti fejn jilagħbu t-tfal?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex, li filwaqt li l-Kunsill m’għandux fondi biżejjed biex jagħmel dan ix-xogħol, qiegħed f’diskussjoni mal-Ministeru għal Għawdex sabiex il- proġett tal-promenade ta' Triq Santa Marija, Marsalforn, speċjalment fil-parti fejn jilagħbu t-tfal, isir mill-istess Ministeru.
Ċimiterju tal-Addolorata — restawr tal-Monument Sir Adrian Dingli
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid hemmx xi ħsieb li l-monument lil Sir Adrian Dingli li hemm fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata u li fil-preżent hu abbandunat, jiġi restawrat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kappella fejn hemm midfun Sir Adrian Dingli hija proprjetà privata u mhux tal-gvern.
Għawdex: Marsalforn – bażi għall-monument fi Triq il-Wied
Question
Jista' l-Ministru jindika meta ser issir bażi permanenti għall-monument tal-iskultur Valerio Schembri li tneħħa mill-post oriġinali tiegħu u issa qiegħed fi Triq il-Wied, Marsalforn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żona ta’ fejn qiegħed l-monument mistennija tiġi upgraded.
sGħawdex: Ir-Rabat – Triq Dottor Anton Tabone — culverts
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jagħmel culverts fi Triq Dottor Anton Tabone, Rabat, Għawdex, speċjalment fil-parti quddiem is-sorijiet ta' Pompei?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed jieħu nota’ ta’ dan is-suġġeriment u ser jgħaddieh lid-dipartiment kkonċernat sabiex jiġi kkunsidrat.
Għawdex: Ix-Xewkija – Triq Santa Eliżabetta – xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol fuq Triq Santa Eliżabetta fix-Xewkija, meta suppost jitlesta jew kellu jitlesta dan ix-xogħol u kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol? Ma jidhirlux li x-xogħol fuq dan it-triq ilu sejjer wisq żmien b'inkonvenjent kbir għar-residenti u għan-negozji f'din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f’din it-triq huwa kważi komplut u l-wiċċ bit-tarmac ser jingħata ftit tal-jiem oħra.
Qorti tal-Maġistrati (Mala) — Preżentazzjoni ta’ Atti fir-Reġistru
Question
Jista' l-Ministru jispjega għala fil-25 ta' Novembru 2020 ma setgħux jiġu ppreżentati atti fir-reġistru tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u x'passi qed jieħu sabiex dan l-inċident ma jirrepetiex ruħu? Ma jidhirlux li kellhom isiru arranġamenti alternattivi u immedjati mid-direzzjoni tal-Aġenzija ħalli r-reġistru jkun miftuħ il-ħin kollu kif titlob il-liġi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Inyerpellant li fil-25 ta’ Novembru 2020 kull min ried jippreżenta atti fir-Reġistru Ċivili tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) seta’ jagħmel dan. Fil-fatt numru ta’ atti ġew ippreżentati dak inhar. L-impjegati tal-qorti bħal kull persuna oħra jistgħu ikunu soġġetti għall-effetti tal-Covid19. Huwa minnu li f’xi ħin kien hemm parti mir-Reġistru li ma kinetx qed taħdem kif wieħed jixtieq minħabba li fil-preżent hemm ammont sostanzjali ta’ ħaddiema tar-Reġistru li jinsabu fuq kwarantina obligatorja. Nieħu din l-okkazzjoni biex nesprimi gratitudni lill-impjegati tal-qorti li nonostante l-problemi li jiffaċċjaw, qed ikomplu jaqdu dmirijiethom bl-aħjar mod li jistgħu. Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ix-xogħol tal-qorti ikompli għaddej bl-inqas problemi possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appelli superjuri ċivili pendenti u kemm ilhom pendenti sena b'sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li sas-27 ta’ Novembru 2020 kien hemm 1428 appell pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell. Dawn ilhom pendenti quddiem din il-qorti kif indikat hawn taħt:
Sena meta ġie pprezentat l-AppellAppelli introdotti Numri ta’ Appelli pendentiNumri ta’Appelli deċizi
Sas-27 ta’ Novembru 2020 285305388
2019331245259
2018334190361
2017447274318
2016471269385
2015396113423
201444923245
20134556414
Qabel 20124403388
Ċentru Malti tal-Arbitraġġ – arbitraġġi mhux mandatorji
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm saru arbitraġġi mhux mandatorji fiċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ f'dawn l-aħħar għaxar snin, kemm inqatgħu minnhom s'issa u dawk li nqatgħu kemm damu medjament biex jinqatgħu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-15 ta’ Novembru 2020.
L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija Parlamentari ma tistax tiġi mwieġba għaliex iċ-Ċentru ma jżommx din l-informazzjoni. Din l-informazzjoni tvarja minn każ għal ieħor u tiddependi minn diversi fatturi li jagħmluha diffiċli ferm biex tinġabar/tinzamm din l-informazzjoni.
Notifika elettronika tal-partijiet fi proċeduri ċivili
Question
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx pjanijiet biex tibda ssir notifika elettronika tal-partijiet fi proċeduri ċivili u jekk le, għala?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed iħejji pjan ta’ strateġija diġitali li l-amministrazzjoni tal-qrati għandha tadotta fis-snin li ġejjin. Fil-passat qarib ġja ttieħdu inizjattivi sabiex l-informatika tiġi użata sabiex tħeffef u żżid l-effiċjenza fil-qasam tal-Ġustizzja. Hekk ġew introdotti sistemi fejn traskrizzjonijiet, digrieti, verbali u sentenzi jintbagħtu elettronikament lill-avukati. Qegħdin ukoll b’mod elettroniku ninfurmaw lill-avukati u lill-prokuraturi legali bir-riżultat tan-notifika tal-atti ġudizzjarji. In-notifika elettronika tal-partijiet toffri sfidi partikolari u wieħed għandu jassigura t-tħaris tal-prinċipji tal-ġustizzja meta tiġi implimentata din is-sistema. Pero` dan għandu jiġi nkawdrat fl-istrateġija li qed tiġi mfassla minn fondi tal-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jindika kemm hemm spazju mikri fil-Qasam Industrijali ta' Għawdex u kemm għad spazju x'jinkera fl-istess qasam industrijali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevolli Interpellant li fiż-żona industrijali tax-Xewkija,INDIS Malta Ltd tamministra ċirka 98,000 metri kwadri ta’ propjeta’ industrijali. Minn dan l-ammont hemm biss propjeta ta’ ċirka 200 metru kwadru disponibbli għall-allokazzjoni.
Malta Enterprise – Attrazzjoni tal-Iżvilupp f’Għawdex – nies dedikati
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm Malta Enterprise għandha nies dedikati għall-attrazzjoni tal-iżvilupp f'Għawdex kif ukoll sabiex jieħdu ħsieb l-investiment diġà eżistenti f'Għawdex u fejn huma bbażati, jekk mhux f'Malta jew f'Għawdex?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li fl-isptar il-ġdid li ser jinbena fin-Nofsinhar ta' Malta ser jkun hemm il-faċilità ta' MRI u CT scan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fic-Ċentru Reġjonali tal-Kura tas-Saħħa Primarja Vincent Moran ser ikunu qed jingħataw diversi servizzi fosthom X-Ray imaging, Echocardiography, Ultrasound kif ukoll Bone Densitometry.