Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23418 u 22553 u jispjega fejn qed jaħdmu l-impjegati mediċi (Allied Health Practitioner, Senior ECG technician, Enrolled Nurse, Nursing Aide, Health Assistant eċċ) li hemm fuq il-kotba tal-Ministeru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 24102.
Jista' l-Ministru jispjega għala skont ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23317, jirriżulta illi kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatat sitt direct orders bejn l-2016 u l-2021 għall-konsulenza ekonomika, li tlieta minnhom huma fl-istess ammont ta' € 57,500 (fl-2016, fl-2018 u fl-2019)? Jista' jispjega għala d-Direct Orders Office approva dawn id-direct orders u għala ma nsistiex illi ssir sejħa għall-offerti ġaladarba dawn id-direct orders ingħataw b'mod regulari? X'garanzija għandu l-Ministru li bl-approvazzjoni ta' dawn id-direct orders, l-interessi tal-erarju pubbliku ġew salvagwardjati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn id-direct orders ġew approvati skond Regolament 103 tal-Liġi Susidjarja 601.03, u skond Procurement Policy Note Nru.32.
Għal kumplament tal-informazzjoni, nitlob lill-Onor. Interpellant jgħamel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4301, jista' l-Ministru jispjega meta bdiet il-konsulenza ta' €4,250 fix-xahar barra l-V.A.T. lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex jipprovdi "Information Management and data analytics" lill- Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA) u jistax jikkonferma illi din il-konsulenza baqgħet tingħata sal-lum? Kemm-il direct order ingħatat lil dan l-individwu matul is-snin sabiex tkopri l-għoti ta' din il-konsulenza? Fiex tikkonsisti din il-konsulenza u kemm tinvolvi sigħat fix-xahar? Jista' jispjega għala l-MGA qiegħda tiġi ffatturata għal "Research and Consultancy Services" meta oriġinarjament, id-direct order ingħatat għall-"Information Management and Data Analytics"? Jista' jispjega għala l-MGA ma impjegatx lil xi individwu sabiex iwettaq ir-riċerka li qed titwettaq b'din il-konsulenza?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Sit ġdid għal Qorti f’Għawdex – espressjoni ta’ interess
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess sabiex tinħareġ sejħa għall-espressjoni ta' interess sabiex jiġi identifikat sit ġdid għall-Qorti f'Għawdex? Jista' jgħid meta ser tinħareġ din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa tajt struzzjonijiet sabiex it-tali espressjoni ta’ interess toħroġ mill-aktar fis possibli.
Jista' l-Ministru jispjega għala l-wifi fuq il-vapuri tal-Gozo Channel invarjabilment mhux qed ikun jaħdem minħabba nuqqas ta' konnessjoni tal-internet? Jidhirlux il-Ministru li din l-kumpanija li qed tieħu flejjes kbar sabiex topera s-servizz għandha tassigura li jkun hemm servizz ta' internet fil-vjaġġi li topera?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema tal-Wi-Fi ta’ fuq il-vapuri tiġi mmonitorjata b’mod awtomatiku u hekk kif xi konnessjoni tal-internet ma tkunx qed taħdem, l-uffiċċju inkarigat ikun infurmat immedjatament. Kull meta kien hemm xi okkażżjoni fejn il-Wi-Fi ma kienx qed jiffunzjona, dan kien irranġat fl-istess ġurnata.
Bħalissa ma għandna l-ebda rapport li hemm xi vapur li għandu l-Wi-Fi li mhux qed jaħdem.
Ministeru għal Għawdex — Heavy Plant Driver (Group 4)
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-grad, fejn kien jaħdem u min intgħażel għall-post ta' heavy plant driver (Group IV) fil-Ministeru għal Għawdex wara s-sejħa tal-15 ta' Ottubru 2021 (Ċirkulari Numru HR/MG 46/2021)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultat ta’ din is-sejħa ħareġ nhar it-tletin ta’ Diċembru li għadda, u għaldaqstant dan il-Ministeru għadu għaddej bil-proċess biex eventwalment jiġi/jiġu appuntati l-individwi li hemm bżonn skont il-ħtieġa tal-istess Ministeru.
Jidhirlux id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa li l-post fejn qed isir it-tilqim f'Għawdex fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Kerċem mhuwiex wieħed adekwat għax in-nies ikollhom jistennew għal żmien twil esposti għall-elementi sakemm jitlaqmu? Jista' jispjega għala ma ġiex identifikat post alternattiv fejn in-nies ma jkollhomx għalfejn joqogħdu barra fit-triq jistennew biex jitlaqqmu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-programm ta’ tilqim miexi b’ritmu tajjeb f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Minn nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar ta’ din is-sena, numru ta’ ċentri madwar Malta u Għawdex bdew jaċċettaw nies mingħajr appuntamenti. Ġewwa Għawdex il-klinika ta’ Kerċem qiegħda tintuża għal nies mingħajr appuntamenti u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex qiegħed jintuża għal tfal bejn il-5 u l-11 il-sena u special allergy clinics. Fil-jiem li ġejjin ser tiġi organizzata wkoll mobile clinic. In-numru ta’ ċentri li qedgħin jintużaw f’din il-fażi tal-programm jiġu stabbiliti skont id-demand għall-vaċċin, dan sabiex ikun hemm użu massimu taċ-ċentri.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Segretarju Permanenti - safar fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq xogħol uffiċjali s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu, sena b'sena mill-2013 sal-2021, x’kien l-iskop ta' dawn iż-żjarat u kemm kienet in-nefqa ta' dawn iż-żjarat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-safar fuq xogħol uffiċjali tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu, sena b'sena mill-2013 sal-2021, x’kien l-iskop ta' dawn iż-żjarat u kemm kienet in-nefqa ta' dawn iż-żjarat.
Attachments:Travel list (Perm Sec) - Year 2014 till 2021.pdf
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Segretarju permanenti - safar fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq xogħol uffiċjali s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu, sena b'sena mill-2013 sal-2021, x’kien l-iskop ta' dawn iż-żjarat u kemm kienet in-nefqa ta' dawn iż-żjarat?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista' l-Ministru tgħid għala Malta Enterprise xtrat 237,500 sehem ordinarju mingħand Steward Health Care International Ltd fis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fit-28 ta' Jannar 2021, kemm ħalset għal dawn l-ishma u għala dan it-trasferiment dam ma' jiġi reġistrat fir-Reġistru tal-Kumpaniji sal-1 ta' Diċembru 2021 ? Tista' l-Ministru tikkonferma illi dina l-kumpanija għandha cyclotron fil-Life Sciences Park li għadu qatt ma ntuża ? Tista' l-Ministru tgħid x'konsultazzjoni saret mal-awtoritajiet tas-saħħa qabel ma sar dan l-akkwist u xi pjanijiet hemm sabiex jibda jintuża dan is-cyclotron? Tista' l-Ministru tgħid x'assi oħra għandha dina l-kumpanija barra dan is-cyclotron?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise ħadet l-ishma tal-kumpanija li saret referenza għaliha u li kienet investiet f’impjant bħala parti minn proġett sabiex jiġi stabbilit u jitħaddem l-impjant li jipproduċi ‘radiopharmaceuticals’, magħruf bħala cyclotron. Is-cyclotron li jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa proprjetà ta’ din il-kumpanija.
Dan l-impjant jista’ jgħin fit-trattament tal-kanċer f’pajjiżna. Beda jitwettaq pjan biex jitkompla u jitlesta x-xogħol li kien inbeda ħalli dan l-impjant jibda jiffunzjona. Dan wara li Steward Health Care ma kinitx interessata tkompli b’dan il-proġett kif oriġinarjament propost.
Il-Gvern iddeċieda li l-investiment għandu jittieħed lura u l-proġett jitkompla, wara diskussjonijiet li saru u li inkludew lill-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeru tas-Saħħa.
L-ammont li ħallset il-Malta Enterprise jkopri spejjeż ulterjuri li saru u li ma kienux koperti mill-assistenza oriġinali tal-Malta Enterprise.
It-trasferiment ġie reġistrat minnufih hekk kif il-partijiet onoraw l-obbligi tagħhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23534 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23250, jista' l-Ministru jgħid kemm fih metri kwadri l-post li ġie mikri lil Malta Business Registry u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv ta' kera?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23418 u 22553 u jispjega fejn qed jaħdmu l-impjegati mediċi (Allied Health Practitioner, Senior ECG technician, Enrolled Nurse, Nursing Aide, Health Assistant eċċ) li hemm fuq il-kotba tal-Ministeru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 24102 Ministeru għal Għawdex – impjegati mediċi.pdf
Staff Akkademiku tal-Università – kundizzjonijiet biex membri jagħmlu xogħol lill-entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jispeċifika taħt liema kundizzjonijiet jista' membru tal-istaff akkademiku tal-Università jagħmel xogħol lill-entitajiet pubbliċi jew kumpaniji privati barra t-tagħlim u r-riċerka fl-Università?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif ġie ffinanzjat l-Isptar tal-Annimali f'Ta' Qali, min qiegħed fil-preżent imexxih u taħt liema arranġament qed imexxih?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Isptar tal-Annimali f'Ta' Qali qed jitmexxa minn Animal Pro Health (APH) Ltd. F’Awwissu 2015 kien inħareġ tender mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern u dan ingħata lil APH Ltd. Il-kuntratt ġie ffirmat fit-12 ta’ Frar 2016, fejn il-Gvern ta t-titlu ta’ enfitewsi temporanja lill-APH Ltd għal 25 sena.
Ta’ Qali — Sptar tal-Annimali – obbligi għat-tmexxija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'obbligi ġew imposti fuq min qed imexxi l-Isptar tal-Annimali f'Ta' Qali u x'servizzi qed jingħataw minnu li ma jingħatawx mill-veterinarji ordinarji?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-obbligi li ġew imposti fuq min qed imexxi l-Isptar tal-Annimali ġewwa Ta' Qali huma skont it-tender li kien inħareġ f’Awwissu tal-2015 mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid x'arranġementi hemm fis-seħħ fl-Isptar tal-Annimali f'Ta' Qali għat-tiswija u l-ikkastrar ta' annimali abbandunati u x'għajnuna tingħata minn dan l-isptar lill-organizzazzjonijiet non governattivi li jaħdmu sabiex isibu dar lil dawn l-annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-arranġamenti li hemm fis-seħħ fl-Isptar tal-Annimali ġewwa Ta' Qali għat-tiswija u l-ikkastrar ta' annimali abbandunati, kif ukoll għall-għajnuna li tingħata minn dan l-isptar lill-organizzazzjonijiet non governattivi li jaħdmu sabiex isibu dar lil dawn l-annimali, huwa skont it-tender li kien inħareġ f’Awwissu tal-2015 mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid għala l-programm "Ta' Filgħodu" qed jixxandar mill-American University of the Mediterranean (AUM) u xi ħlasijiet qed isiru mill-PBS lill-AUM sabiex jixxandar dan il-programm mis-sit tal-AUM ? Xi spejjeż addizjonali qed tbati l-PBS sabiex dan il-programm jixxandar mill-AUM milli kieku altrimenti jixxandar minn Guardamangia?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm “Ta’ Filghodu” huwa out-sourced, u għaldaqstant il-PBS ma’ tidħolx fl-arranġamenti ta’ loġistika tal-programm, iżda l-arrangementi jsiru direttament mill-producer konċernat.
Wara li l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir wera li TVMNews+ għandu udjenza ferm baxxa, iħossx il-MInistru li l-PBS teħtieġ tbiddel l-istrateġija tagħha fir-rigward ta' dan l-istazzjon? Kemm qed jiġi jiswa dan l-istazzjon xahar b’xahar u n-nuqqas ta' suċċess tiegħu hux qed jikkontribwixxi biex jikkomprometti aktar il-qagħda finanzjarja tal-PBS?
Response (ABELA, CARMELO)
Il-PBS nediet dan l-istazzjon bil-għan li tingħata aktar importanza lill-aħbarijiet, kontenut ta’ natura informattiva u ta’ ġrajjiet kurrenti. L-istazzjon għadu fl-ewwel xhur tiegħu u l-Kumpanija għadha għaddejja bl-implimentazzjonijiet b’mod gradwali. L-informazzjoni l-oħra mitluba, hija ta’ natura kummerċjali.
Għawdex — Pedestall storiku ħdejn il-Knisja ta' Santa Marta
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23708, jista' l-Ministru jgħid fejn qiegħed maħżun dan il-pedestall, f'liema stat jinstab u meta ser jerġa jitpoġġa f'postu jew f'xi post alternattiv ħalli jkun jista' jiġi gawdut mill-pubbliku?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-pedestall qiegħed jinżamm fi propjetà tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq Dar San Ġużepp u meta suppost se jitlestew ix-xogħolijiet f'din id-dar u tinfetaħ għall-anzjani?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja l-evalwazzjoni fuq it-tender CT2281/2019 TENDER FOR THE FINISHING, FURNISHING, EQUIPING, OPERATING, MANAGING, MAINTAINING AND TRANSFERING BACK DAR SAN ĠUŻEPP.