Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Servizzi ġodda

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kif il-Gvern Malti jista' jintroduċi servizzi ġodda fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġaladarba dan l-isptar issa hu mmexxi minn kumpanija privata? Għaliex għadu ma ġiex introdott servizz ta' MRI f'dan l-isptar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz tal-MRI f’Għawdex huwa ppjanat u maħsub li jitnieda mat-tlestija tal-bini ta’ sptar akut ġdid. Ninfurmah ukoll illi matul l-aħħar snin ġew mnedija diversi servizzi, proġetti u inizjattivi ġodda fostom il-Passenger Transport Vehicle fleet ġdid, s-servizz tal-ambulanza tal-ajru, ġew rinovati diversi sezzjonijiet tal-isptar preżenti fostom ir-reception/ main entrance, d-dipartiment tal-Emerġenza, d-Dental Clinic, il-female u l-male general wards sluice rooms, Day Care unit, l-Operating theatre temperature, l-humidity control u l-back up chiller, l-Physiotherapy u l-Occupational departments, l-Anatomy centre ġdid, l-iskola medika ta’ Barts, laboratorju ġdid, Orthopaedic ward ġdida, żieda fin-numru ta' speċjalisti fi speċjalitajiet li diġa kienu stabbiliti fostom fid-dipartiment tal-Anestesija, Oftalmoloġija, Ġinekoloġija eċċ, ġew introdotti speċjalitajiet fl-istess sptar bħal Dietitian, Stroke team, Psychology eċċ, kif ukoll is-sistema ġdida tal-Quality and Patient Safety.

Qorti ta’ Għawdex u Vapur Nikolaos – passi mis-CRPD biex ikunu aċċessibbli għal kulħadd

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 17476, tista' l-Ministru tgħidilna meta l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ġiet infurmata li ser toħroġ is-sejħa għall-offerti għar-raba' vapur tal-flotta tal-Gozo Channel sabiex jissostitwixxi lil M.V. Nikolaos illi għandu problemi kbar ta' nuqqas ta' aċċessibilità għall-persuni b’diżabbilità u anzjani? Tista' tgħidilna wkoll hiex sodisfatta bid-dewmien sabiex issir din is-sejħa għall-offerti?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull dewmien f’dan is-sens qatt mhu mixtieq. Wieħed, iżda, irid jifhem ukoll li hemm proċeduri ta’ procurement li jridu jiġu segwiti.

Uffiċjali reviżuri tal-atti nutarili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' uffiċjali reviżuri tal-atti nutarili fl-aħħar ħames snin, il-proċedura kif jiġu assenjati lin-nutara pubbliċi partikulari u jekk hemmx xi forma ta' rotazzjoni ta' dawn l-uffiċjali reviżuri bejn nutara differenti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-uffiċjali reviżuri jiġu assenjati lin-nutara pubbliċi partikolari mill-Kunsill Nutarili u għal dan il-għan jinħareġ avviż fil-Gazzetta tal-Gvern darba f’sena, normalment lejn il-bidu tas-sena. F’dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta’ reviżuri għal kull sena kien ġeneralment qed ikun ta’ erbgħa, għalkemm kien hemm xi perjodu fejn kienu tlieta. Rigward ir-rotazzjoni tar-reviżuri din tiġi determinata mill-Kunsill Nutarili. Hawnhekk qed nitkellmu dwar reviżuri ta’ atti inter vivos peress illi r-reviżjoni tat-testmenti ssir mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern.
Leg 13 PQ #17908 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Complex – faċilitajiet sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-faċilitajiet sportivi li hu ppjanat li ser ikunu jistgħu jiġu pprattikati fis-sit tal-Gozo Sports Complex meta jitlesta l-proġett li għaddej bħalissa? X’inhi l-istima tan-nefqa li se ssir fuq dawn il-faċilitajiet u mil-liema vot, ser issir din in-nefqa? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti approvati tal-faċilitajiet sportivi li qed isiru f’dan is-sit?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hekk kif jitlesta l-Kumpless Sportiv ser ikun jospita diversi dixxiplini sportivi fosthom l-għawm fiċ-Ċentru Akwatiku, basketball, squash, badminton, gymnastics, żfin, wall climbing, acrobatics, weightlifting, aerobics, yoga, martial arts, u dixxiplini oħra li jintlagħbu fuq ġewwa. Barra minhekk ser ikun hemm ukoll żewġ multi-purpose courts fuq barra. Intant, il-pjanti diġà ġew ippubblikati mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Leg 13 PQ #17909 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Complex – bdil ta’ parquet — spiża

Question

Jista' l-Ministru jindika meta l-aħħar inbidel il-parquet fl-art tal-Gozo Sports Complex u kemm kienet l-ispiża totali sabiex sar dan ix-xogħol? X'sar mill-parquet li nqala' fix-xogħlijiet riċenti u x'inhu l-ħsieb li jsir minn dan il-parquet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-parquet inbidel fi Frar 2016 u ġie jiswa’ €59,994 (Vat Eskluż). Parti minn dan il-parquet ġie mogħti lill-Iskola Sir Mikelang Refalo biex jitpoġġa ġo sala li bħalissa qed tintuza’ mill-klijenti tal-Isport Complex għal aerobics, gymnastics, yoga u anke għal Sports on the Move. Parti minnu tpoġġa fil-korsa ta’ Xħajma fl-istand fejn ipoġġu bil-qegħda n-nies u li kien baqa’ ġie storjat fil-korsa ta’ Xħajma biex jintuża aktar ‘il quddiem skont fejn ikun hemm bżonn.

Ipoteka fuq proprjetà li hi reġistrata r-Reġistru tal-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jindika għaliex meta jkun hemm bżonn li ssir ipoteka fuq proprjetà li hi reġistrata, ir-Reġistru tal-Artijiet jesiġi illi tali ipoteka tiġi iskritta qabel fir-Reġistru Pubbliku bir-riżultat illi tali ipoteka tiġi tiswa d-doppju? Jidhirlux il-Ministru li f'tali każijiet, din il-prattika għandha tinqata' u ssir reġistrazzjoni unika fir-Reġistru tal-Artijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi ipoteki jiġu reġistrati fir-Reġistru Pubbliku peress illi dan huwa rikjest ai termini tal-Kapitolu 55. Ir-Registru tal-Artijiet jitlob kopja tan-nota ta’ iskrizzjoni bħala dokument addizzjonali mal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-ipoteka fir-Reġistru tal-Artijiet, kif inhi l-prassi sa mill-bidu tar-reġistrazzjoni tal-ipoteki fir-Reġistru tal-Artijiet. Meta tingħata garanzija ipotekarja, bosta drabi, barra li tingħata l-ipoteka specjali tingħata wkoll ipoteka ġenerali, liema ipoteka ġenerali tiġi reġistrata bir-Reġistru Pubbliku biss. Għat-tieni parti tal-mistoqsija tal-Onorevoli interpellant hija l-intenzjoni tal-Ministeru illi jinbeda’ process ta’ riforma fil-liġi li tirregola ir-Reġistrazzjoni tal-Artijiet sabiex din tkun waħda li tirrefletti ahjar ir-rejaltajiet ta’ llum.

Reġistratur tal-Artijiet – estensjoni tal-arei ta’ reġistrazzjoni f’Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jindika x'intenzjoni għandu r-Reġistratur tal-Artijiet fir-rigward tal-estensjoni tal-arei ta' reġistrazzjoni f'Malta u Għawdex u meta hemm ħsieb illi t-territorju nazzjonali kollu jkun reġistrabbli?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi peress illi qatt ma sar upgrading tas-sistema li tintuża fir-Reġistru tal-Artijiet biex tiġi reġistrata il-propjetà, liema sistema hija magħrufa bħala Land Registration Certification System u ġiet introdotta fl-1994, m’huwiex possibbli illi r-reġistrazzjoni tal-propjetà tiġi estiża għal Malta u Għawdex kollu stante illi qatt ma’ sar titjib fuq din is-sistema u llum hija meqjusa bħala outdated. Għaldaqstant qegħda tiġi żviluppata sistema ġdida sabiex tgħin fir-reġistrazzjoni tal-propjeta li ha tkun magħrufa bħala Plotter. Din is-sistema għandha tkun aċċessibbli onlajn fuq bażi ta 24/7 filwaqt illi kull reġistrazzjoni għandha tiġi sottomessa wkoll onlajn. Din is-sistema ser tkun lesta fis-sena 2022. Malli din is-sistema ġdida tkun lesta, jibda t-trasferiment tad-data mis-sistema preżenti għas-sistema l-ġdida. Dan il-proċess għandu jsir fuq bażi ta’ kunsill u meta d-data tiġi trasferita kollha ta’ dak il-kunsill partikolari, dan il-kunsill jiġi iddikjarat bħala area ta’ reġistrazzjoni. Dan il-proċess huwa maħsub li jieħu madwar sentejn u nofs.

Proprjetà f’area ta’ reġistrazzjoni jew le – Form E — użu ta’ pjanta sottomessa mal-istess applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx il-possibilità illi meta tiġi sottomessa Form E sabiex jiġi determinat jekk proprjeta hijiex f'area ta' reġistrazzjoni jew le, tingħata l-possibilità liċ-ċittadin illi juża l-pjanta sottomessa mal-istess applikazzjoni sabiex issir reġistrazzjoni tal-proprjetà malli jsir il-kuntratt ta' bejgħ anke jekk il-proprjetà mhix f'żona ta' reġistrazzjoni u dana sabiex iċ-ċittadin jiffranka flus u ħela ta' ħin u l-proċess tar-reġistrazzjoni tal-artijiet jieħu spinta ferm meħtieġa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba parlamentari 17771.

Reġistru tal-Artijiet- kawzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru kawzjonijiet fir-Reġistru tal-Artijiet kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex sena b'sena mis-sena 2000 'l hawn u kif ġew determinati dawn il-kawzjonijiet u kemm hemm minnhom li għadhom pendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 13 PQ #17774 Sitting 412 2020-12-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel (Operations) Ltd – kuntratturi — tnaqqis ta’ pagi u problemi ta’ leave

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk waslulux ilmenti minn ħaddiema li qed jaħdmu ma' wieħed mill-kuntratturi mqabbad mill-Gozo Channel (Operations) Ltd dwar tnaqqis arbitrarju ta' pagi dovuti lill-istess ħaddiema kif ukoll dwar problemi sabiex wieħed jieħu l-leave tiegħu u x'għamel hu u x'għamlet il-kumpanija dwar dawn l-ilmenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilmenti wassluli u għarraft lill-kumpanija tal-Gozo Channel.
Leg 13 PQ #17775 Sitting 412 2020-12-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Bini tar-raba vapur għall-ħtiġijiet tat-traffiku marittimu bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb illi jinbena r-raba' vapur sabiex jilħaq il-ħtiġijiet tat-traffiku marittimu bejn Malta u Għawdex u jekk iva, meta ser jibda' l-proċess sabiex jingħata l-kuntratt tal-bini ta' dan il-vapur u jekk le, għala?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpallant li bil-għan li jintlaħqu l-ħtiġijiet tat-traffiku marittimu bejn iż-żewġ gżejjer, il-kumpanija Gozo Channel bdiet topera r-raba’ vapur mal-flotta eżistenti tagħha sa minn Ġunju 2019. Fil-ġranet li ġejjin il-kumpanija Gozo Channel se tkun qed toħroġ tender li jikkoncerna r-raba’ vapur.’
Leg 13 PQ #17723 Sitting 411 2020-12-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Pjazza San Franġisk — culverts

Question

Jista' l-Ministru jindika għaliex fil-proġett ta’ ripavimentazzjoni ta' Pjazza San Franġisk, Rabat, Għawdex li tlesta dan l-aħħar, ma sarx culvert fil-parti ta' Pjazza San Franġisk, Victoria fil-parti li tmiss ma' Triq Vajringa biex jilqa' l-ilma tax-xita tal-istess triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet marbuta mal-ilquħ tal-ilma saru b’tali mod li ma kienx hemm bżonn culverts ġodda fuq pariri tas-Sovrentendenza tal-Partimonju Kulturali.
Leg 13 PQ #17724 Sitting 411 2020-12-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ta’ Sannat – Triq Marżiena — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jindika meta ngħalqet Triq Marżiena kantuniera ma' Triq Sannat, Sannat u għala dan id-dewmien sabiex jitlestew ix-xogħlijiet f'din it-triq? Meta hemm il-ħsieb li jitlesta x-xogħol fuq il-kumplament ta' Triq Sannat u kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li s-superviżjoni u l-immaniġġjar ta’ dan il-proġett qed isir mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat, ix-xogħol ser jitlesta fil-jiem li ġejjin.
Leg 13 PQ #17725 Sitting 411 2020-12-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Pjazza San Franġisk – Ċertifikazzjoni tal-Pavimentar

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk u minn min ġiet iċċertifikata l-pavimentazzjoni fi Pjazza San Franġisk, Rabat, Għawdex u għala tħalla l-użu ta' ħafna madum tal-lava bid-daqqiet ta' sega f'din il-pjazza? Jista' jindika jekk hemmx xi ħsieb li dan il-madum ta' kwalità inferjuri jinbidel fil-futur qarib?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Perit li qed jiċċertifika x-xogħol qiegħed jassigura li l-madum huwa kollu skont it-termini tal-kuntratt.

Ir-Rabat Għawdex – Kunsill Lokali – miżuri biex titranġa Triq ir-Repubblika ħdejn Pjazza Indipendenza

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex jieħu miżuri sabiex titranġa Triq ir-Repubblika ħdejn Pjazza Indipendenza u Triq Sir Adrian Dingli peress li l-cubetti tal-porfido li tqiegħdu xi snin ilu jeħtieġ li jinqalgħu u jitqiegħdu mill-ġdid minħabba l-istat ta' dawn it-toroq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex illi l-Kunsill qiegħed f'kuntatt mal-Ministeru għal Għawdex sabiex isiru x-xogħlijiet li hemm bżonn.
Leg 13 PQ #17727 Sitting 411 2020-12-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Parkeġġi tal-Ministeru għal Għawdex, Triq Marsalforn u parkeġġ ħdejn l-Uffiċċju tal-ARMS – parkeġġi miftuħa

Question

Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet sabiex il-parkeġġ tal-Ministeru jibqa' miftuħ għall-pubbliku wara l-10 pm speċjalment fil-weekends? Jista' jagħti struzzjonijiet sabiex il-parkeġġ li hemm fi Triq Marsalforn, ir-Rabat fejn hemm l-uffiċċju tal-ARMS jinżamm miftuħ għall-pubbliku wara l-ħinijiet tal-uffiċċju u speċjalment fil-weekends?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-parkeġġ tal-Ministeru huwa miftuħ għall-pubbliku wara 10PM kif ukoll fil-weekends. Rigward il-parkeġġ fejn hemm l-uffiċċju tal-ARMS nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Traħħis fil-liċenzji ta’ karozzi li jaħdmu bl-LPG

Question

Jista’ l-Ministru permezz ta’ Transport Malta jikkonsidra li tnaqqas il-liċenzja ta' karozzi li jaħdmu bl-LPG peress illi dawn għandhom emissjonijiet anqas minn dawk li jaħdmu bil-petrol jew bid-diesel?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waħda mil-miżuri tal-Budget għas sena d-dieħla u li ġiet approvata hija propju li kull vettura li tiġi konvertita sabiex taħdem bl-Autogas se jkollha l-liċenzja ta’ ċirkolazzjoni mnaqqsa awtomatikament b’10%.
Leg 13 PQ #17691 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn -Triq ix-Xatt — dawl temporanju

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb illi fi Triq ix-Xatt, Marsalforn fejn bħalissa qed isiru x-xogħlijiet ta' ripavimentazzjoni ikun hemm dawl temporanju fit-triq peress illi d-dawl li kien hemm tneħħa minħabba dawn ix-xogħħlijiet u dana peress illi d-dlam li qed ikun hemm qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dawl temporanju ġie nstallat fejn bħalissa qed isiru x-xogħlijiet fuq il-waterfront ta’ Marsalforn.

Ħabs — inkjesta uffiċjali

Question

In vista tal-allegazzjonijiet ferm serji li qed isiru dwar it-tmexxija tal-Ħabs u t-trattament inuman u degradanti li allegatament qed jngħataw xi priġunieri, ma jidhirlux il-Ministru li għandu jaħtar inkjesta uffiċjali sabiex tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet u sserraħ lill-opinjoni pubblika illi l-ħabs ċivili f'Malta qed jitmexxa kif jixraq f'soċjetà demokratika ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar ġimgħat saru numru ta’ allegazzjonijiet li mhumiex minnhom inkluż minn deputati kollegi tiegħu fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni. Fl-istess ħin infakkru li jeżistu istituzzjonijiet u entitajiet indipendenti li għandhom irwoli importanti biex jassiguraw li l-faċilità korrettiva titmexxa kif jixraq f’soċjetà demokratika.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Membri tal-Monitoring Board

Question

Jista' l-Ministru jindika min huma l-membri tal-Monitoring Board tal-Ħabs ta' Kordin, kemm-il darba u fejn ltaqgħu fis-sena 2020, x'rimunerazzjoni jirċievu u x'passi ħadu sabiex jinvestigaw l-allegazzjonijiet serji li qed isiru dwar it-tmexxija tal-istess ħabs ta' Kordin ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.