Gozo Channel (Operations) Ltd – audited u management accounts
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18069, x'inhi r-raġuni li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd għadha ma ffinalizzatx l-audited accounts għas-sena 2019 kif hi tenuta li tagħmel skont l-Att dwar il-Kumpaniji u l-Att dwar it-Taxxa tad-Dħul? Jista' jikkonferma li l-kumpanija msemmija tipprepara l-management accounts fuq bażi regulari u jekk fl-affermattiv, għaliex ma tpoġġewx il-management accounts kemm għas-sena 2019 kif ukoll għas-sena 2020 fuq il-Mejda tal-Kamra kif ġie mitlub fil-mistoqsija msemmija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-management accounts ma jistgħux jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra minħabba li dawn ma humiex informazzjoni pubblika. Rigward l-audited accounts għas-sena 2019, dawn għadhom ma ġewx iffinalizzati minħabba li l-Awdituri għadhom qed jaħdmu fuqhom.
Jista’ l-Ministru jindika x'passi ħa jew ser jieħu sabiex juri lill-awtoritajiet Russi d-diżapprovazzjoni ta' Malta għall-mod kif ġie trattat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament meta rritorna lura f'pajjiżu? Jista' jindika jekk Malta hux ser taqbel ma' membri oħra tal-Unjoni Ewropea li qed jinsistu li s-sitwazzjoni attwali tirrikjedi aktar sanzjonijiet kontra r-Russja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Membru li Malta assoċjat ruħha, flimkien mal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea kollha, Mad-dikjarazzjoni maħruġa mir-Rappreżentant Għoli Borrell li kkundannat bil-qawwa id-detenzjoni ta’ Alexei Navalny u ssejjaħ għar-rilaxx immedjat tiegħu. Wara l-każ li rrefera għalih l-Onor. Membru, għaddejjin ukoll diskussjonijiet fuq livell Ewropew dwar jekk għandhomx jiġu kkunsidrati sanzjonijiet addizzjonali ma’ dawk li diġa’ ttieħdu riċentament. Malta tqis li l-aħjar triq tkun waħda ta’ deċiżjoni komuni tal-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-protocol li jintuża meta priġunier jitpoġġa fuq ’l hekk imsejjaħ Restraint Chair fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Min jiddeċiedi meta u ma' min jintuża dan is-siġġu? Jista' jassigura lill-Kamra li ebda priġunier qatt ma tħalla għarwien fuq dan is-siġġu jew kellu investa mdaħħla ġo rasu waqt li kien marbut miegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-aħħar parti tad-domanda tiegħu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi diġa caħdet kategorikament dak li qed jallega. Nirreferih wkoll għat-tweġiba 17653.
Third Country Nationals li daħlu illegalment f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li mhux Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Third Country Nationals fil-pajjiż li oriġinarjament kienu daħlu illegalment fl-Unjoni Ewropea f'xi pajjiż ieħor membru tal-Unjoni u mhux f'Malta? Jista' jagħti l-figuri ta' kemm kien hemm Third Country Nationals li ġew ritornati lejn il-pajjiżi membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea fejn kienu daħlu oriġinarjament skont ir-regolamenti ta' Dublin mill-2010 'l hawn, sena b'sena? U kemm ġew ritornati lejn Malta skont l-istess regolamenti fl-istess perjodu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm waslu immigranti illegali f'pajjiżna, sena b'sena mill-2010 'l hawn? Kemm minnhom ġew ripatrijati lejn il-pajjiż tal-oriġini u kemm minnhom ġew rilokati f'pajjiżi oħra sena b'sena fl-istess perjodu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Gozo Sports Complex – għamara u attrezzatura sportiva
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'sar mill-għamara u l-attrezzatura sportiva kollha li kien hemm fil-Gozo Sports Complex qabel dan twaqqa’? Jista' jassigura lill-Kamra li l-għamara u l-attrezzatura kollha ġiet salvata qabel mal-bini twaqqa'?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-għamara u t-tagħmir kollu sportiv tmexxa fis-sular t’isfel tal-iskola Sir Mikelang Refalo li bħalissa qed jintuża bħala swali sportivi. Apparat ieħor ta’ ċertu daqs ġie miġbur fil-Korsa tax-Xhajma.
Immigranti Illegali – għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid Malta kemm irċeviet għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-immigranti illegali li waslu Malta u għamlu talba għall-ażil jew għajnuna umanitarja mis-sena 2010 'l hawn, sena b'sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea tiġi kkalkulata fuq bażi ta’ programmi ta’ perjodu ta’ seba’ snin. F’dan il-każ, il-perjodu tal-programmi rilevanti huwa mill-2007 sal-2013 u mill-2014 sal-2020 rispettivament.
Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi uża mill-fondi msemmija hekk kif jidher hawn taħt:
Perjodu ta’ programm 2007-2013
• General Programme "Solidarity and Management of Migration Flows" (SOLID Funds) - €9,319,677.38
Perjodu ta’ programm 2014-2020
• Asylum, Migration and Integration Fund – €13,148,659.26
Irid jibqa’ jkun iċċarat li tul is-snin Malta refgħet piż sproporzjonat fejn tidħol l-isfida tal-immigrazzjoni rregolari u għalkemm bi dritt nippretendu li nikkwalifikaw minn din it-tip ta’ għajnuna dan ma jfissirx li tista’ b’xi mod tkun meqjusa bħala kumpens sodisfaċenti għall-fatt li pajjiżna ġarr piż li hu sproporzjonat.
Għalhekk l-istrateġija tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi tibqa’ bbażata fuq tliet prinċipji.
L-ewwel dak li nipprevjenu l-wasliet, it-tieni li jkun hemm iktar rilokazzjoni lejn pajji¿i oħra tal-Unjoni Ewropea u t-tielet li nsaħħu l-ħidma fuq ir-ritorn ta’ dawk li m’għandhomx dritt għall-ażil.
Pulizija, Suldati, Uffiċjali tal-Ħabs – prijorità għal Tilqim tal-COVID-19
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex pulizija, suldati u uffiċjali tal-ħabs speċjalment dawk li jkunu f'kuntatt kontinwu mal-pubbliku jew persuni oħra jingħataw prijorità fit-tilqim kontra l- COVID-19?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa’ hemm ftehim f’dan is-sens mal-awtoritajiet tas-saħħa u bdew isiru l-arranġamenti meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għases tal-pulizija f'Għawdex u kemm hemm minnhom li qed jinfetħu parzjalment jew li ma jinfetħu qatt?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kif ġie spjegat diversi drabi fi tweġibiet għall-Mistoqijiet Parlamentari simili, f'Għawdex bħal Malta l-għases principali jiftħu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.
Bħalma dejjem kienet il-prassi, għases sekondarji oħra jinfetħu skond l-esiġenzi tas-servizz. Madankollu f'Għawdex issir ronda regolari permezz ta’ vetturi tad-distrett u dawk tal-Iskwadra Mobbli u dawn jilħqu l-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalitajiet rispettivi.
Dan barra milli ssistemi ta’ intercom li qed jiġu u se jibqgħu jkunu installati f’ghases Għawdex ukoll fejn il-pubbliku jista direttament jaqbad mal-Kwartieri Generali il-Pulizija 24/7 minn fejn tiġi koordinata l-assistenza.
Kif spjegajt drabi oħra, l-istrateġija tal-Korp hija li jżid il-pulizija fit-triq għaliex huwa biss b’dan il-mod li tista’ titnaqqas il-kriminalita fit-toroq Għawdxin. Fil-fatt il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, flimkien mal-pulizija qed nippjanaw biex Għawdex ukoll jibda jgawdi mill-pulizija tal-komunità.
Jista' l-Ministru jirrimedja s-sitwazzjoni li lmentat minnha l-Police Officers' Union fi ħdan il-General Workers Union u jassigura li l-pulizija li jkollhom jagħmlu kwarantina minħabba l-COVID-19 jingħataw quarantine leave minflok ma jkollhom jagħmlu użu mis-sick leave tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-pulizija li jkunu ordnati u jkollhom jagħmlu kwarantina mandatorja meta ma jkunux posittivi bil-COVID-19, diġa jibbenefikaw mill-quarantine leave.
Pazjenti li qegħdin fid-Downtown Hotel – aċċess b’mezzi diġitali
Question
Jista' l-Ministru jiżgura li l-familjari tal-anzjani li qegħdin jinżammu fil-preżent fid-Downtown Hotel ikollhom aċċess għar-residenti aktar minn kwarta fil-ġimgħa u dan anke b'mezzi diġitali ħalli tiġi żgurata s-saħħa ta' kulħadd?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17909, jista’ l-Ministru jikkunsidra li l-parquet li għadu ma ntużax jintuża fl-awli tal-Qorti ta' Għawdex u dana speċjalment peress li reċentement twaħħal fihom imitazzjoni tal-parquet li wieħed ma jistenniex li jitwaħħal f'tali ambjent?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se nkun qed nieħu inkonsiderazzjoni din il-proposta.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17908 kollha u jgħid x’inhi l-istima tan-nefqa li se ssir fuq dawn il-faċilitajiet tal-Gozo Sports Complex u mil-liema vot, ser issir din in-nefqa? Jista’ jgħid ukoll xi problema għandu biex iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti approvati tal-faċilitajiet sportivi li qed isiru f’dan is-sit u jikkonferma illi hemm permess tal-bini għall-faċilitajiet kollha li qed jinbnew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li jirreferi għall-mistqosija parlamentari numru 17908, ninfurmah li sa issa ġew awarded dawn it-tenders:
CT2141/2019 Tender for the civil and finishes works to construct New Gozo Aquatic Center Adjacent and Integrated to the Existing Sports Complex in Gozo
li jammonta għall- €9,170,413.33 u ;
CT2235/2020 Tender for the M&E works for the Gozo Aquatic Centre
li jammonta għall- €3,238,519.02
Public Service Obligation – operat tas-servizz tal-vapur bejn Malta u Għawdex
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17639, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Public Service Obligation li ngħatat fit-30 ta' Settembru 2011 sabiex jiġi operat is-servizz tal-vapur bejn Malta u Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirrefferi għal-mistoqsija Parlamentari 36221 tal-leġislatura 11, Seduta numru 502 tal-ewwel ta’ Ottubri 2012.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti dettalji tal-miżuri li qed jittieħdu ħalli jilqgħu għall-bosta varjanti tal-COVID-19 li hawn jiċċirkulaw, bħal dak Brittaniku, Brażiljan, Sud Afrikan u Kenjan, kif ukoll meta beda jittieħed il-genome sequencing tal-persuni pożittivi u jekk tali genome sequencing hux qed isir fuq il-każijiet kollha pożittivi? X'irriżuta s'issa minn dan l-eżerċizzju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-genome sequencing jista 'jsir fuq il-kampjuni pożittivi fil-molecular diagnostics laboratory. Ta’ kull gimgħa qed jittieħed il-genome sequencing minn kampjuni ta’ każijiet pożittivi. Kampjuni magħżula għal dan il-għan jinkludu: Public Health Clusters, random sampling tal-Komunità minn Malta u Għawdex, il-passiġġieri kollha li jirriżultaw pożittivi mill-Ajruport, tfal taħt il-5 snin, tfal bejn il-5 u l-15-il sena, u minn każijiet pożittivi li jkunu għal kura fl-isptar Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew ripatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni tal-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u tal-Affarijiet tal-Konsumatur, il-grad tagħhom u xi kwalifiċi akkademiċi għandhom? Jista’ jassigura lill-Kamra li dan l-Uffiċċju għandu numru adekwat ta' impjegati sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fl-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni hemm disa’ impjegati li jokkupaw il-grad ta’ Direttur Ġenerali, żewġ Diretturi, Senior Legal Officer, Senior Economist Officer, żewġ ekonomisti, avukat u persuna f’post amministrattiv. Minn fost dawn hemm erba’ persuni bi kwalifika fil-qasam tal-ekonomija u tlett avukati.
L-Uffiċċju qed jagħmel ħidma sfieqa u kellu diversi investigazzjonijiet għaddejjin f’diversi oqsma tas-suq. Ipproċessa tmien talbiet għall-approvazzjoni ta’
mergers
, fi żmien stipulat mir-Regolamenti dwar il-kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet. Fl-istess waqt, ra li fi żmien tal-pandemija x-xogħol jibqa’ għaddej.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17221 u tgħid kemm ġew approvati proġetti f'Għawdex minn Malta Enterprise fl-2017, 2018 u 2019 u kemm hi l-ispiża kapitali proġettata ta' dawn il-proġetti u n-numru ta' impjiegi proġettati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise approvat 43 proġett li jinkludu total ta’ 187 f’impjiegi ġodda b’valur ta’ €7,166,117 f’investimenti, proġetti ġodda u espansjonijiet f’Għawdex mill-2016 sal-2020*. Fl-istess perjodu ġew approvati wkoll 1,281 proġett taħt l-iskema Micro-Invest b’valur ta’ investimenti f’Għawdex ta’ €11,326,441.
* Informazzjoni proviżjonali sa Q3 tal-2020.
Reċipjenti ta’ ilma għall-annimali li jgħixu barra
Question
Jista' l-Ministeru jara li f'postijiet pubbliċi madwar il-gżejjer Maltin ikun hemm biżżejjed reċipjenti għall-ilma għall-annimali li jgħixu barra bħalma fil-passat kien ikun hemm barra l-Għases tal-Pulizija sabiex l-ebda annimal ma jsoffri l-għatx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull Kunsill Lokali għandu Kunsillier responsabbli għall-Ħarsien tal-Annimali u għalhekk ser inkunu qed nissoliċitaw lid-Dipartiment responsabbli mill-Kunsilli Lokali sabiex isegwi dan.