Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – kardjologu tal-għassa
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet hemm sabiex ikun hemm kardjologu tal-għassa fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bil-faċilitajiet relatati ma' cardiac lab għall-bżonn ta' pazjenti li jkollu bżonn intervent immedjat wara l-bidu ta' attakk tal-qalb mingħajr il-ħtieġa li jinġieb Malta bil-helicopter?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi servizzi relatati mal-Cardiac Cath Lab inkluż dak ta’ kardjoloġista tal-għassa, huma ppjanati biex ikunu parti mis-servizzi ġodda offruti ġewwa l-bini ta’ sptar akut ġdid fil-gżira Għawdxija.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex ikun hemm helipad fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kif ukoll ieħor fl-Isptar Mater Dei? Jidhirlux li l-arranġamenti preżenti tal-ġarr f'emerġenza ta' pazjenti bil-helicopter qed ikunu ta' detriment għas-saħħa tal-pazjenti minħabba traġitt evitabbli li jieħu aktar ħin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi huwa ppjanat li jkun hemm il-faċilita’ tal-użu ta’ helipad mat-tkomplija tal-bini ta’ sptar akut ġdid f’Għawdex filwaqt li ladarba tinbena il-blokka il-ġdida (Mother and Child) li se tkun tagħmel parti mill-isptar Mater Dei, se jkun hemm il-faċilita’ tal-helipad fuq din l-istess blokka.
Ninfurmah ukoll illi attwalment fl-isptar Ġenerali t’Għawdex l-helipad m’huwiex permissibli minħabba li l-pjanijiet futuri se jirrendu li s-sit preżenti se tkun waħda ta’ kostruzzjoni u żvilupp.Filwaqt f’Mater Dei minkejja li kienu diġa bdew isiru xi xogħlijiet biex ikun jista’ jsir helipad, dawn kellhom jitwaqqfu minħabba li kien hemm problema ta’ saħħa fil-bini.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li pensjonanti li għadhom jaħdmu mhumiex jitħallew jibbenefikaw mill-iskema tal-wage supplement?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pensjonanti ħaddiema kienu eliġibbli li jibdew jirċievu il-wage supplement minn Lulju tas-sena 2020. Filfatt min iħaddem għadu qed jirċievi il-wage supplement tagħhom. Pensjonanti self employed kienu eliġġibli għal wage supplement sa mill-bidu nett.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti sabiex jiġu użati r-Recovery Funds li tpoġġew għad-dispożizzjoni ta' Malta mill-Unjoni Ewropea? Meta qed jippjana li jibda juża dawn il-fondi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li bdew l il-preparamenti meħtieġa sabiex jintu¿aw l-għotjiet ta’ fondi taħt ir-Recovery and Resilience Programme.
Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mall-Kummissjoni Ewropeja dwar dan. Hu mistenni li bħal pajji¿i oħra, Malta se tkun qed tibda tibbenifika minn dawn il-fondi aktar tard din is-sena.
Stazzjonijiet nazzjonali tar-radju – sigħat ta’ mużika
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm-il siegħa fil-ġimgħa huma dedikati għall-mużika popolari, mużika klassika, jazz u country fuq l-istazzjonijiet nazzjonali tar-radju?
Response (ABELA, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt.
Radju Malta 1
Radju Malta 2
Magic Malta
Total
Mu¿ika Popolari
26hrs
73hrs
122.5hrs
221.5hrs
Mu¿ika Klassika
7.5hrs
7.5hrs
-
15hrs
Jazz
1hr
1hr
-
2hrs
Country
1hr
1hr
-
2hrs
M’huwiex esklu¿ li waqt programmi ta’ Mu¿ika Popolari, kemm fuq Radju Malta 1 u fuq Radju Malta 2, tindaqq ukoll mu¿ika ta' stil Jazz u Country.
Psikologi fi skejjel Għawdxin li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni f’Malta
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm psikologi fl-iskejjel f'Għawdex u kemm hemm psikologi Għawdxin li preżentement qed jaħdmu fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni f'Malta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm Psikologa waħda fulltime fil-Kulleġġ u l-iskejjel ta’ Għawdex. Din hi megħjuna minn żewġ Assistenti Psikologi.
Infurmata wkoll li ma hemm ebda Psikologi Għawdxin li qed jaħdmu fl-iskejjel Malta.
Inżid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Psikologa u l-Assistenti Psikologi jaħdmu flimkien ma’ servizzi ta' sapport oħra fl-iskejjel bħal guidance teachers, social workers, entitajiet bħal anti-substance u anti-bullying u anke counsellors.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li twiegħed minn Malta għall-fond tal-bini tal-paċi tal-Ġnus Magħquda fil-konferenza tas-27 ta' Jannar 2021?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Malta ser tkun qed tikkontribwixxi s-somma ta’ sittin elf ewro maqsuma fuq erba snin.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17639, kif jista' l-Ministru jgħid illi "mhu qed isir l-ebda ksur tal-Public Service Obligation mill-Gozo Channel (Operations) Ltd u s-servizzi mogħtija huma kollha abbażi tal-istess Public Service Obligation" meta l-istess Public Service Obligation agreement li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba 32791 tal-11-il Leġiżlatura jgħid ċar u tond fi klawsola 1.2(b) li l-"lifeline services" iridu jiġu pprovduti ukoll bejn Marsamxetto/Valletta u l-Imġarr, Għawdex u dan is-servizz ilu ma jingħata għal bosta snin ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita; tat-Trasport rigward PQ 18711, li Onor. Joseph Ellis mhux korrett. Ir-raġuni hija li l-PSO jiddikjara dan li ġej, fil-Klawsola 1.2 (a) u wkoll fil-Klawsola 1.2 (b) li qed tiġi kkwotata:
-
1.2(a) The Life Line services shall be provided at and from the following ports, or at or from any other ports agreed in writing by the Parties
- 1.2(b) The Life Line services shall be provided on the following routes, or on any other routes agreed in writing by the Parties
Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, kien hemm qbil bejn il-partijiet biex l-operazzjonijiet tal-merkanzija jiġu trasferiti minn Marsamxett (Pietà) għaċ-Ċirkewwa minħabba l-Marina l-ġdida. Għalhekk, m'hemm l-ebda ksur tal-Public Service Obligation
Kummissarju Speċjali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji u ta’ Kummerċ mar-Renju Unit
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma t-termini ta' referenza tal-Kummissarju Speċcjali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji u ta’ Kummerċ mar-Renju Unit li nħatar dan l-aħħar u x'rimunerazzjoni ser igawdi l-persuna maħtura? Kemm ser ikollu impjegati dan l-uffiċċju u fejn ser ikun ibbażat?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18281 sħiħa u jagħti dettalji tal-miżuri li qed jittieħdu ħalli jilqgħu għall-bosta varjanti tal-COVID-19 li hawn jiċċirkulaw bħal dak Brittaniku, Brażiljan, Sud Afrikan u Kenjan? Għala kuntrarjament għal bosta pajjiżi oħra, għadhom jitħallew jidħlu fil-pajjiż vjaġġaturi minn dawn il-pajjiżi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mill-pjan t’azzjoni fir-rigward tal-varjant tal-Covid-19, mit-22 ta’ Diċembru tal-2020 l-Ingilterra mill-ewwel ġiet elenkata fil-lista tar-red zone. Apparti minn hekk kontinwament qed isir monteraġġ tas-sitwazzjoni kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, minn Diċembru 2020 ta’ kull ġimgħa beda’ jittieħed il-genetic sequencing minn kampjuni ta’ każijiet pożittivi u matul ix-xahar ta’ Jannar 2021 kien hemm żieda konsiderevoli fl-ammont ta’ kampjuni għal-genetic sequencing.
Ninfurmah ukoll illi l-Brazil, l-Kenja kif ukoll l-Afrika t’isfel kienu diġa elenkati bħala red zones u dawk in nies li huma residenti f’Malta jew li għandhom permess ta' residenza biss jistgħu jirritornaw f’pajjiżna billi jagħmlu swab test qabel ma jiġu, kif ukoll mal-wasla tagħhom riedu jagħmlu 14 il-ġurnata kwaratina.
Immigranti Illegali – għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18284, jista' l-Ministru jelenka l-miżuri li ħa sabiex jipprevjeni l-wasla ta' migranti illegali fil-pajjiż li ddikjara li hi parti mill-istrateġija tal-Ministeru tiegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-prevenzjoni tal-wasliet hija l-ewwel prinċipju tal-istrateġija tal-Gvern biex jittaffa l-piż tal-fenomenu tal-immigrazzjoni. Dan il-prinċipju huwa msejjes fuq it-twemmin li l-Libja, bħala pajjiż ta’ tranżitu, tkun parti mis-soluzzjoni.
Il-Gvern Malti qed iżomm djalogu kontinwu mal-awtoritajiet Libjani fuq l-immigrazzjoni rregolari. Minkejja r-restrizzjonijiet li ġabet magħha il-COVID-19, il-Prim Ministru, jien u Ministri oħra żorna l-Libja numru ta’ drabi sabiex insaħħu dan id-djalogu. F’waħda minn dawn iż-żjarat ġie ffirmat ftehim li permezz tiegħu twaqqaf ċentru ta’ kordinament bejn iż-żewġ pajjiżi speċifikament fuq l-immigrazzjoni rregolari.
Il-kordinament bejn iż-żewġ pajjiżi huwa maħsub li jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ tiftix u salvataġġ, jiġu miġġielda t-traffikanti tal-bnedmin u jonqos it-telf ta’ ħajjiet fil-Mediterran. Malta qed taħdem ukoll sabiex l-Unjoni Ewropea tifhem aktar l-importanza tal-Libja u tiffaċilita l-impenn tagħha li tgħin l-awtoritajiet Libjani fil-ħarsien tal-fruntieri tagħhom.
L-Onorevoli Interpellant jifhem li din il-ħidma qed issir f’settur fejn l-isfidi huma kbar u huma affetwati minn ċirkostanzi internazzjonali li huma kumplessi. Filwaqt li bħalissa din il-ħidma qed tħalli l-frott, dan ma jfissirx li l-pajjiż ma jistax jiffaċċja pressjonijiet ġodda fil-futur.
Il-ħidma li qed nagħmel referenza għaliha tixhed u tikkonferma li t-tnaqqis tal-wasliet hija l-aktar soluzzjoni effettiva għal pajjiżi bħal Malta li ilhom snin jaffaċċjaw pressjoni disproporzjonata minħabba l-immigrazzjoni rregolari.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18287, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għases prinċipali f'Għawdex li huma miftuħin 24 siegħa u hemm għases sekondarji li jinżammu magħluqin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi f'Għawdex l-għases prinċipali li huma miftuħin 24 siegħa kuljum huma dawk tar-Rabat, l-Imġarr, ix-Xlendi u Marsalforn.
Għases oħra jinfetħu skont il-ħtieġa tas-servizz, filwaqt li kontiwament isiru rondi minn uffiċjali b’vetturi tal-patrol fil-lokalitajiet kollha
Kif kelli ċans nispjega għal iktar minn darba l-viżjoni tal-Korp tal-Pulizija hi li jkun hemm preżenza ikbar ta’ pulizija fit-toroq.
Kien għalhekk li fl-aħħar xhur estendejna l-proġett tal-pulizija tal-komunità u fil-baġit għal din is-sena ħabbarna li se nkomplu nestenduh.
Fil-fatt f’Għawdex ukoll se jibda jitħaddem il-proġett tal-pulizija tal-komunità.
Irrid infakkar ukoll li mal-għases qegħdin inwaħħlu ‘intercom’ li jkunu mqabbdin direttament mal-control room tal-Korp tal-Pulizija u li r-rapporti jistgħu jsiru wkoll online jew bit-telephone.
Immigranti Illegali – għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18284, jista' l-Ministru jgħid kif intefqu €13,148,659.26 li Malta rċeviet mill-Asylum, Migration and Integration Fund tal-Unjoni Ewropea bejn l-2014 u l-2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Bi tweġiba għal din il-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Wage Supplement — għal ristoranti li fetħu reċentement
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li ristoranti li fetħu reċentement mhumiex jitħallew jibbenefikaw mill-iskema tal-wage supplement minkejja li huma ukoll ikollhom inaqqsu l-imwejjed li jistgħu jservu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-wage supplement kienet inħolqot biex tissalvagwardja l-impjiegi reġistrati ma’ min iħaddem sa Marzu tal-2020, u ma setgħux jipprevedu l-eventwalità u l-impatt tal-pandemija. Il-Gvern għaddej b’diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali biex dawn ir-ristoranti jingħataw għajnuna.
Għawdex – anzjani f’hotel – aċċess għall-familjari
Question
Jista' l-Ministru jiżgura li l-familjari tal-anzjani li qegħdin jinżammu fil-preżent fid-Downtown Hotel fir-Rabat, Għawdex ikollhom aċċess regulari għar-residenti u dan anke b'mezzi diġitali ħalli tiġi żgurata s-saħħa ta' kulħadd?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, Stewart Health Care qed joffri s-servizz tal-Ward Sant’ Anna mid-Downtown Hotel b’mod temporanju u bl- liċenzja ta’ emerġenza f’ċirkostanzi eċċezzjonali skont l-A.L. 74 tal-2020. Madankollu, fid-Downtown Hotel hemm aċċess għall-wifi u għaldaqstant, dwar dawn in-nuqqasijiet imsemmija, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali għamlet rakkomandazzjonijiet u qed tissorvelja l-pjan ta’ azzjoni ppreżentat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-PBS għadha ma ffinalizzatx l-audited accounts tagħha għas-sena 2019 kif hi tenuta li tagħmel skont l-Att dwar il-Kumpaniji u l-Att dwar it-Taxxa tad-Dħul? Jista' jikkonferma li l-kumpanija msemmija tipprepara l-management accounts tagħha fuq bażi regulari u jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi l-management accounts kemm għas-sena 2019 kif ukoll għas-sena 2020 fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-audited accounts tal-PBS għas-sena 2019 huma finalizzati u ntbgħatu lill-MFSA s-sena li għaddiet. Is-sena finanzjarja tal-PBS mhux sena kalendarja imma tibda minn Ottubru sa Settembru. Bħal kull kumpanija kummerċjali, il-PBS tipprepara il-management accounts fuq ba¿i regolari, li fin-natura tagħhom dawn huma accounts għal finijiet interni u mhux pubbliċi.
Jista' l-Ministru jelenka dawk ir-rakkomandazzjonijiet li kien għamel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fil-Kapitlu VII tar-rapport tiegħu ta' Mejju 2015 li s'issa ġew adottati mill-Gozo Channel (Operations) Ltd? X'inhi r-raġuni li hemm rakkomandazzjonijiet li għadhom ma twettqux u meta beħsiebha l-kumpanija twettaqhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jelenka liema huma r-rakkomandazzjojiet tal-NAO li għalihom qiegħed jirreferi.
Psikologi residenti f’Għawdex li jaħdmu fi sptarijiet u strutturi sanitarji Maltin
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm psikologi residenti f'Għawdex li jaħdmu fi sptarijiet u strutturi sanitarji oħra f'Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 6 persuni li huma residenti Għawdex u li jaħdmu fil-qasam tal-psikoloġija fi sptarijiet f’Malta.