Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Probation u l-Parole – każijiet ta’ Victim Offender Mediation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta’ Victim Offender Mediation li saru kull sena sa mill-2017 fi ħdan is-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi fid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

MCCAA – diżinjazzjoni protetta tal-orġini ta’ prodott

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għala l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) għażlet li ma tiddiżinjax il-ġbejniet tradizzjonali, kemm friski, kemm moxxi kif ukoll tal-bżar, bil-marka ta' diżinjazzjoni protetta tal-oriġini? Ma jaħsibx il-Ministru li dan in-nuqqas, qed inaqqas il-livell ta' rikonoxximent ta' dan il-prodott tradizzjonali u li mhux sew li l-konsumatur qed jingħata l-impressjoni li ġobon magħmul minn ħalib tal-baqar hu l-istess bħal ġobon magħmul minn ħalib tan-nagħaġ? Ma jaħsibx il-Ministru li għandha ssir distinzjoni bejn ġobon bil-ħalib tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-baqar?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCCAA irċeviet applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem ‘Ġbejna’ bħala prodott b’diżinjazzjoni protetta tal-oriġini. L-Awtorità hija legalment marbuta li tevalwa l-applikazzjoni skond ir-Regolament 1151/2012 li jistabbilixxi numru ta’ kundizzjonijiet li jridu jintlaħqu biex tkun tista’ ssir il-protezzjoni tal-isem. Waħda mill-rekwiżiti hi li ssir konsultazzjoni biex jiġi verifikat li l-applikazzjoni tirrifletti il-prodott tradizzjonali . Wara konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati kollha involuti u wara l-parir tal-Kumitat Permanenti stabbilit biex jipprovdi parir dwar din l-applikazzjoni, ġie konkluż li l-applikazzjoni kif ġiet sottomessa ma tissodisfax ir-rekwiżiti tar-Regolament minnħabba li ma setax jiġi stabbilit metodu wieħed tradizzjonali li ntuża għall-produzzjoni tal-ġbejna u li l-isem 'Ġbejna' kien sar ġeneriku f'Malta skond l-Artikolu 41 (2) u għalhekk ma setgħax jiġi protett skond l-Artikolu 13 (2). Id-deċiżjoni meħuda tapplika biss għall-applikazzjoni riċevuta u ma teskludix il-possibbiltà li applikazzjonijiet oħra b’isem aktar speċifiku jiġu sottomessi lill-Awtorità għall-evalwazzjoni. L-oriġini tal-ħalib hu biss wieħed mill-fatturi li jiġi kkunsidrat meta tiġi evalwata applikazzjoni bħal din. L-evalwazzjoni tidħol bir-reqqa fl-affarijiet bħat-tip u d-disponibbiltà tal-għalf tal-annimali, l-metodu lokali awtentiku u li ma jvarjax, u l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott jiġu kkunsidrati wkoll. Fir- rigward ta' diżinjazzjoni protetta tal-oriġini ta’ prodott, l-Awtorità tista’ tevalwa biss l-applikazzjonijiet li tirċievi. Jekk tiġi riċevuta applikazzjoni futura li tiddistingwi bejn ġobon magħmul minn sorsi differenti tal-ħalib, din tiġi evalwata kif xieraq.
Leg 13 PQ #19092 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Air Malta – impjegati fit-top u middle management

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati fil-kategoriji tat-top u l-middle management tal-Air Malta u kemm hu l-ammont totali ta' salarji ta' kull kategorija rispettiva u l-perċentwal tas-salarji totali tal-Air Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

L-informazzjoni relevanti mal-ispiża ta’ ħaddiema tal-Air Malta, inkluż kull informazzjoni finanzjarja oħra, tiġi ppubblikata fir-rapport annwali tagħha li l-kumpanija toħroġ. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Air Malta se tkun qiegħda tippreżenta pjan lill-Kummissjoni Ewropea sal-aħħar tax-xahar li ġej biex tkun tista’ tagħmel talba għal għajnuna statali. F’dan il-pjan se jkunu qed jiġu spjegati r-riformi li se jkunu jitwettqu biex il-piż finanzjarju tal-kumpanija, u indirettament dak tas-sussidjarji tagħha, ikun wieħed sostenibbli. Fl-istadju li s-sottomissjoni ta’ din it-talba tkun tista’ ssir lill-Kummissjoni Ewropea nkun f’pożizzjoni li nispjega d-dettalji tal-istess talba.
Leg 13 PQ #19093 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Air Malta – impjegati b’kuntratt definit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ impjegati fl-Air Malta li huma impjegati b'kuntratt definit ta' xogħol u kemm jammontaw is-salarji tagħhom fis-sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-PQ19092.
Leg 13 PQ #18988 Sitting 427 2021-02-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Post fejn tistkenn għal min ikun bil-mutur fil-kju tal-vapur biex taqsam bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun hemm fejn jistkenn mix-xita min irid jaqsam b'mutur bejn Malta u Għawdex meta jkun fil-kju tal-vapur fiċ-Ċirkewwa jew l-Imġarr?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm it-terminal fejn wieħed jista’ jidħol jistkenn.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – provvista ta’ wheelchairs

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li jkun hemm provvista adegwata ta' wheelchairs fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex peress li jidher li min qed juża wheelchair li rtira mill-isptar mhux qed isibha possibbli li jbidlu meta l-wheelchair jeqdiem u lanqas ma jingħata spare parts biex isewwih?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għandu total ta’ 147 wheelchair on loan fil-komunita’. Dawn jinkludu 30 wheelchair li ġew rikjesti fl-2020. Fl-2020 kien hemm talba waħda biss biex jiġi mibdul wheelchair, li ġiet akkommodata. Bħalissa hemm talba għal wheelchair gdid u talba oħra għal wheelchair biex jinbidel. Aktar wheelchairs huma ordnati u hu antiċipat li jaslu fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #18990 Sitting 427 2021-02-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Għalliema u studenti pożittivi għal Covid-19

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' studenti jew għalliema li rriżultaw pożittivi għal Covid-19 f'Jannar 2021? Kemm kien hemm persuni, inkluż ġenituri, qraba jew ħbieb li ġew mitluba li joqogħdu kwarantina minħabba li kienu f'kuntatt magħhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Roħs fil-prezzijiet tal-mediċini

Question

Wara t-traħħis fil-prezzijiet ta' mediċini li kien imħabbar f'Mejju 2019, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi roħs ieħor u jekk iva, jagħti lista ta' dawk il-mediċini qabel ma raħsu u llum? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-prezz illum ta' dawk il-mediċini li kienu roħsu f'Mejju 2019?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ roħs tal-mediċini mħabbra f’Mejju tal-2019 u l-prezz attwali hija elenkata hawn taħt. Name of Medicine Old Price € Revised Price (as at May 2019) Price as at February 2021 € Price Difference € Change in Price % Cialis 5mg tablets x 28 98.9 86.9 86.9 -12 -12% Strattera 10mg tablets x 7 29.9 26.9 26.9 -3 -10% Strattera 18mg tablets x 7 29.9 26.9 26.9 -3 -10% Loceryl 5% w/v nail lacquer x 5ml 69.76 44.5 44.5 -25.26 -36% Instillagel gel x 11ml 3.47 2.76 2.76 -0.71 -20% Celebrex 100mg capsules x 60 31.54 23.29 23.29 -8.25 -26% Celebrex 200mg capsules x 30 29.72 25.82 25.82 -3.9 -13% Lyrica 150mg capsules x 56 96.42 51.53 51.53 -44.89 -47% Lyrica 25mg capsules x 56 75.44 25.19 25.19 -50.25 -67% Lyrica 300mg capsules x 56 106.94 65.65 65.65 -41.29 -39% Lyrica 75mg capsules x 56 85.96 39.51 39.51 -46.45 -54% Xalatan eye drops 50mcg/ml x 2.5ml 26.22 14.45 14.45 -11.77 -45% Viagra 100mg tablets x 4 44.54 31.16 31.16 -13.38 -30% Viagra 25mg tablets x 4 31.45 22.02 22.02 -9.43 -30% Viagra 50mg tablets x 4 40.32 28.22 28.22 -12.1 -30% Eliquis 2.5mg tablets x 20 35 31.97 31.97 -3.03 -9% Eliquis 2.5mg tablets x 60 105 81.86 81.86 -23.14 -22% Eliquis 5mg tablets x 56 98 80.4 80.4 -17.6 -18% Pharmaton capsules x 100 30.95 29.5 29.5 -1.45 -5% Xarelto 15mg tablets x 42 tablets 127.6 110.5 110.5 -17.1 -13% Xarelto 20mg tablets x28 tablets 85.07 80.4 80.4 -4.67 -5% Prolia 60mg solution for injection 251.83 249.83 249.83 -2 -1% Clopidogrel 75mg Consilient tablets x28 10.94 9.84 Item discontinued due to Brexit, alternative generic product available -1.1 -10% Levonelle 1500mcg tablet x 1 19.9 18.5 18.5 -1.4 -7% Voltaren 50mg tablets x 20 9 8.1 8.1 -0.9 -10% Voltaren 100mg tablets x 10 9.71 8.7 8.7 -1.01 -10% Lescol XL 80mg prolonged release tablets x 28 30.96 27.85 27.85 -3.11 -10% Pregabalin 75mg capsules TEVA x 56 39.9 33.9 33.9 -6 -15% Pregabalin 150mg capsules TEVA x56 41.9 37.7 37.7 -4.2 -10% Kif wieħed jinnota ma kienx hemm ċaqliq fil-prezzijiet minkejja l-isfidi rigward l-aċċessibilità tal-mediċini fl-Ewropa riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 u l-effetti tal-Brexit. L-Awtorità dwar il-Mediċini taħdem mil-qrib mal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li ssegwi x-xenarju tal-prezzijiet sabiex fis-suq Malti jkun hawn kompetizzjoni xierqa li tassigura mediċini bi prezz ġust. Ta’ min issemmi l-ħidma li qed issir mill-Gvern li qed iżid in-numru ta’ mediċini li jingħataw b’xejn f’mard kroniku.

Gozo Channel (Operations) Ltd – ġarr ta’ merkanzija miċ-Ċirkewwa

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18711, jista' l-Ministru jgħid għala l-Gvern aċċetta li l-ġarr tal-merkanzija ma jsirx mill-Port il-Kbir (Valletta) kif kien jistipula l-Public Service Obligation Agreement iżda minflok għażel li dan isir bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-qbil li qal li hemm bejn il-partijiet biex il-ġarr tal-merkanzija jiġi trasferit minn Marsamxett għaċ-Ċirkewwa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsba infurmat li permezz ta’ emenda fil-kuntratt tal-PSO, kien hemm qbil bejn iż-żewg partijiet li s-servizz ta’ merkanzija jiġi integrat mas-servizzi moghtija mill-Gozo Channel (Operators) bejn l-Imgarr, Għawdex u ċ-Ċirkewwa. Din l-emenda kienet neċessarja minħabba il-proġett tal-Marina.

Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti – differimenti tal-kawżi avżati b’mezzi diġitali

Question

Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti sabiex id-differimenti kollha tal-kawżi jiġu avżati immedjatament lill-partijiet u lill-avukati b'mezzi diġitali, ħaġa li fil-preżent aktar le milli iva, qiegħda ssir u dan b'inkonvenjenza kbira għall-partijiet u l-avukati tagħhom illi jmorru l-qorti għalxejn?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex diġa hemm il-qafas neċessarju sabiex ikun hemm avviż immedjat lill-partijiet u l-avukati tal-partijiet b’mezzi diġitali. Infakkar li s-sistema tal-eCourts (ecourts.gov.mt/onlineservices/) li fiha l-link “Irċievi Notifiki bil-mowbajl” li permezz tagħha kull persuna jista’ jirreġistra fiha biex jirċievi notifikazzjoni b’sms kemm jekk il-kawża tkun differita kif ukoll jirċievi sms li tfakkru meta tkun is-seduta li jmiss, ħamest ijiem qabel dik id-data. Apparti dan l-avukati u l-prokuraturi legali li isimhom jiġi linked mal-kawża dejjem jirċievu sms li tavżahom li s-seduta tkun ġiet differita meta dan ikun il-każ. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpallent l l-Amminstrazzjoni tal-Qorti hija f’idejn l-Aġenzija tas-Sevizzi tal-Qorti li dejjem ħadmu u għadhom jaħdmu sabiex titjieb is-sistema tal-ġustizzja – inkluz tramitte aktar diġitilizazzjoni fil-Qorti.
Leg 13 PQ #18892 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Il-Menqa – ftuħ ta’ Latrina

Question

Jista' l-Ministru jara li l-latrina fil-Menqa titlesta u tinfetaħ mingħajr aktar dewmien?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-disinji ta’ din il-latrina tlestew u x-xogħlijiet se jkunu qegħdin jibdew fil-jiem li ġejjin.
Leg 13 PQ #18893 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Wied l-Infern – ħitan tas-sejjiegħ

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ħitan imġarrfa kemm tas-sejjiegħ kif ukoll tal-kantun li hemm f'Wied l-Infern jerġgħu jinbnew mill-ġdid?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-ħitan li qegħdin iżommu l-ħamrija u li huma fi stat ħażin, se jkunu qegħdin jinbnew mill-ġdid meta jitnaddaf l-istess wied.

Rural Policy and Design Guidance 2020

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17218 fis-seduta tas-17 ta' Novembru 2020, jista' l-Ministru jgħid meta ser jiġi konkluż l-analiżi tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar is-sottomissjonijiet tal-pubbliku wara l-ewwel abbozz tar-Rural Policy and Design Guidance u meta ser issir il-konsultazzjoni pubblika finali? Ngħid sew illi l-proċess ta' reviżjoni ta' din il-policy jinsab wieqaf?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-proċess ta’ reviżjoni tar-Rural Policy and Design Guidance 2020 qatt ma’ waqaf. Wara l-ewwel abbozz, l-analiżi tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar is-sottomissjonijiet tal-pubbliku ġie konkluż u qed jiġu ppreparati emendi għall-abbozz biex jindirizzaw punti mqajjma mill-pubbliku.
Leg 13 PQ #18958 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Kummissarju Speċjali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji u ta’ Kummerċ mar-Renju Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18627 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhuma t-termini ta' referenza tal-Kummissarju Speċjali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji u ta’ Kummerċ mar-Renju Unit li nħatar dan l-aħħar u x'rimunerazzjoni ser igawdi l-persuna maħtura? Kemm ser ikollu impjegati dan l-uffiċċju u fejn ser ikun ibbażat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-oqsma ta’ ħidma tal-Kummissarju Speċjali jinkludu r-relazzjonijiet kollha bejn Malta u r-Renju Unit li għandhom jew jaf ikollhom impatt, dirett jew indirett, fuq l-ekonomija Maltija. Il-ħidma tiegħu mhijiex limitata għall-kwistijonijet tal- Brexit. Il-Kummissarju Speċjali ser jaħdem biex jassigura li l-Gvern u l-partijiet interessati fis-settur privat ma jkunux sorpri¿i bil-konsegwenzi diretti u indiretti tal-Brexit u bi zviluppi oħra fir-Renju Unit, kemm f’dawk li jfissru riskju, kemm f’dawk li huma opportunitajiet. L-għan strateġiku tal-Kummissarju Speċjali huwa li jippromwovi qabza kwalitattiva u kwantitattiva 'l-quddiem tar-relazzjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u kummerċjali mar-Renju Unit. Il-Kummissarju jaħdem mill-qrib mal-istakeholders kollha pubbliċi u privati fl-oqsma msemmija sabiex tiġi zgurata unità ta’ azzjoni. Komunikazzjoni effettiva mal-Ministeri relevanti u mal-Awtoritajiet hi essenzjali anki sabiex jiġu evitati overlaps . Il-ħidma tal-Kummissarju Speċjali mistennija li ddum sena, meta kull oġġettiv operattiv li jkun għad jifdal għandu jiġi assorbit mill-ministeri tal-Gvern, Awtoritajiet, u entitajiet oħra relevanti. Għaldaqstant, oġġettiv ieħor tal-Kummissarju Speċjali huwa li jħarreġ impjegati mal-entitajiet imsemmija li jkunu magħzula għal dan l-iskop biex ikomplu l-ħidma tiegħu f’oqsma diversi. Il-Kummissarju Speċjali ultimament jirrapporta lill-Prim Ministru, jzomm kuntatt mill-qrib mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Ministru għall-Finanzi u x- Xogħol, kif ukoll ma’ kull Ministru jew Segretarju Parlamentari ieħor li jkun identifikat mill-Prim Ministru. Is-salarju tal-Kummissarju Speċjali huwa ta’ € 100,000 fis-sena. Għandu allowance għall-ispejje¿ ta’ insurance , transport, telephone u internet . Fl-Uffiċċju tal-Kummissarju Speċjali attwalment jaħdmu tliet persuni .L-ammont ta’ nies li jaħdmu b’mod full-time mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Speċjali m’għandux jeċċedi ħamsa min-nies, inkluz il-Kummissarju Speċjali nnifsu.

Malta Freeport – irtirar tal-kunsinni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18161 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti l-assigurazzjoni li l-importaturi qed jitħallew jirtiraw il-kunsinni tagħhom mill-Malta Freeport mingħajr il-ħtieġa li jqabdu burdnar u dan kif tippermetti l-liġi?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.

PBS – audited accounts

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18622, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-Public Broadcasting Services Ltd għas-snin 2017-2018, 2018-2019 u 2019-2020?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-audited accounts tal-Public Broadcasting Services Ltd. għas-snin 2017-2018 u 2018-2019 ġew ippubblikati u qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li l-audited accounts għas-sena finanzjarja 2019-2020 għadhom qed jinħadmu.

Public Service Obligation Agreement għat-trasport bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Ministeru beħsiebu jniedi s-sejħa għall-Public Service Obligation agreement għat-trasport bejn Malta u Għawdex peress l-aħħar wieħed li sar fl-2012 ilu li skada? Jista' jassigura lill-Kamra li din is-sejħa ser tindirizza l-ħtieġa ta' trasport, anke b'mezzi veloċi, ta' passiġġieri u merkanzija bejn l-Imġarr u l-Port il-Kbir?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant, li ninsab infurmat li l-Ministeru qed jevalwa it-termini u l-krtiterji tal-offerti li kienu ħargu fis-suq, flimkien mal-osservazzjonijiet tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi. Dan sabiex il-Ministeru jkun jista’ jfassal it-termini u l-kundizzjonijiet għad-diversi servizzi tat-trasport bejn Malta u Għawdex. Sadanittant, il-PSO attwali tas-servizz tat-Trasport bejn Malta u Għawdex ġie estiż għal sena oħra kif jippermettu l-kundizzjonijiet eżistenti tal-PSO.

Port tal-Imġarr Għawdex — tkabbir

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex jitkabbar il-Port tal-Imġarr ta' Għawdex, speċjalment sabiex ikunu jistgħu jsorġu Katamarani tal-passiġġieri u trakkijiet tal-merkanzija?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.

Forzi Armati ta’ Malta stazzjonati f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm suldati tal-Forzi Armati ta' Malta stazzjonati f'Għawdex u f'liema reġiment jew taqsima huma? Hemmx pjanijiet sabiex id-distakkament tal-Forzi Armati f'Għawdex jissaħħaħ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 18714, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi l-Forzi Armati ta’ Malta għandha 67 suldat stazzjonat f’Għawdex li jifformaw parti mill-Iskwadra Marittima. Il-Forzi Armati ta’ Malta tieħu d-deċiżjonijiet tagħha minn żmien għal żmien skond l-esiġenzi tas-servizz.

Awtorità tal-Ippjanar – flus mill-commuted Parking Payment scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus f'Għawdex mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-2010 'l hawn permezz tal-Commuted Parking Payment Scheme u kemm minnhom intefqu u kif?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.