Legislature:
Category:
Reset
Active:

PBS – Financial Controller

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala l-PBS m’għandhiex Financial Controller u jekk hemmx il-ħsieb li din il-pożizzjoni timtela fil-futur qarib? Kif qed isir il-kontroll tad-dħul u l-ħruġ tal-kumpanija fil-preżent?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex – Tilqim ta’ COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għalfejn it-tilqim tal-vaċċin kontra l-COVID-19 ta' bosta kategoriji ta' residenti Għawdxin mhux qed isir f'Għawdex u minflok min ser jitlaqqam qed jintalab imur Malta għat-tilqima?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fejn hu possibbli, residenti Għawdxin se jiġu offruti it-tilqima f’Għawdex.

Programm fuq PBS – ħlasijiet lill-producer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlasijiet isiru lill-producer tal-Programm Popolin u jekk dan hux impjegat tal-PBS jew le? Fil-każ ta' risposta affermattiva, jistax il-Ministru jgħid jekk dan il-programm jiġix prodott waqt il-ħin tax-xogħol?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

PBS – impjegati li għandhom konsulenza ma’ Ministeri u entitajiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-PBS li barra mill-impjieg tagħhom, għandhom konsulenza ma’ ministeri jew entitajiet pubbliċi oħra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Għawdex – tilqim tal-COVID-19

Question

Peress li l-post fejn qed isir it-tilqim f'Għawdex, iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Għawdex hu ferm żgħir u m'hemmx faċilitajiet adekwati ta' stennija bin-nies iridu jistennew fuq il-bankina barra, jistax id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra xi post alternattiv għat-tilqim bħas-sala tal-Ministeru għal Għawdex li hi ferm fil-qrib?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Ottubru 2020 it-tilqim f’Għawdex mexa miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria għall-Klinika tal-Komunita’ ta’ Kerċem. Bħalissa, minn barra f’Kerċem f’Għawdex, qed nu¿aw ukoll iċ-Ċentru tas-Saħħa biex inlaqqmu għal kontra l-virus tal-Covid 19 u għaddej xogħol strutturali sabiex jinfetaħ ċentru tat-tilqim ieħor.

Tqassim tal-Prodott Gross Domestiku – għajnuna barranija li Malta tat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-għajnuna barranija li Malta tat f'dawn l-aħħar ħames snin u kemm din kienet bħala perċentwali tal-Prodott Gross Domestiku? Jista' jagħti lista ta' kif l-għajnuna barranija tqasmet sena b'sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammonti ta’ għajnuna barranija li Malta tat bejn l-2015 u l-2019, inkluż il-perċentwali tal-Prodott Gross Domestiku, kif mitlub. L-istatistika għas-sena 2020 tkun għadha qed tinġabar bħal dan iż-żmien u, għaldaqstant, mhux qiegħda inkluża fit-tabella. Madankollu, din tkun disponibbli aktar tard. Dawn il-figuri huma approvati mill-OECD u jinsabu ippubblikati fuq il-websajt tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.
Leg 13 PQ #19285 Sitting 431 2021-02-23 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ħlas addizzjonali għal Vaċċin tal-Pfizer/Biontech

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għala qed isir ħlas addizzjonali ta' €16 għal kull doża tal-vaċċin tal-Pfizer/Biontech kif stqarr hu stess f'intervista fuq ir-radju meta l-prezz innegozjat mill-Kummissjoni Ewropea hu ta' €12-il vaċċin? Lil min qed isir dan il-ħlas, x'inhu n-numru ta' vaċċini li għalihom qed isir ħlas addizzjonali u kemm avvanza l-programm ta' tilqim b'dan il-ħlas addizzjonali? Kien hemm xi nuqqas kuntrattwali da parti ta' min jagħmel dan il-vaċċin li jiġġustifika dan il-ħlas addizzjonali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Il-Ministeru qed jgħati blank cheque għal kull spiża bżonnjuża kontra l-Covid 19. Huwa fl-interess tal-poplu Malti illi nfittxu nlaqqmu kemm jista’ jkun nies fl-iqsar żmien possibli. Din l-ispiża hija ġġustifikata kemm għas-saħħa pubblika u kemm ghal għixien tan-nies.
Leg 13 PQ #19153 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord ta’ entitajiet pubbliċi – persuni appuntati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17924 u jgħid kemm ġew appuntati persuni ta' sess femminili fuq il-bord ta' entitatijiet pubbliċi sena b'sena mill-2010 ’l hawn u kemm kien il-perċentwali ta' nisa min-numru totali ta' appuntati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fuq l-Bord tal-NDSF Governors fil-perjodu ta’ 2015 sal 2020 kien hemm persuna wahda ta’sess femminili li huwa 20% min-numru totali ta' appuntati.

Designated Date imsemmija f’Art 311(6)(a) tal-Kodiċi Ċivili (Kap 16)

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18065 u jgħid jekk id-'designated date' imsemmija f'Art 311 (6) (a) tal-Kodiċi Ċivili (Kap 16), li tirregola l-bidu ta' terminu ta' 10 snin sabiex jiġu reġistrati drittijiet privati fuq l-art ta' mal-plajja, ġietx stabbilita mill-Ministru responsabbli għall-Artijiet permess ta' ordni fil-Gazzetta tal-Gvern hekk kif jgħid l-istess artiklu tal-liġi? Jekk din ġiet stabbilita, jista' jgħid liema hi din id-data, u fejn din ġiet ippubblikata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-Informazzjoni ghadha qed tingabar.
Leg 13 PQ #19280 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija — lista

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-Kummissarji għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija mill-2013 'l hawn u l-perjodu li fihom okkupaw tali kariga?

Response (ABELA, ROBERT)

Mis- sena 2013 l’hawn kien hemm tliet Kummissarji għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija: Isem Titolu Perjodu Onor Dr Michael Falzon Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija. 01.07.2013 sa 01.04.2014 Onor Anthony Agius Decelis Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija. 02.04.2014 sa 08.06.2017 Onor Rosianne Cutajar Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija. 27.06.2017 sa 14.01.2020
Leg 13 PQ #19281 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija — nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija u n-numru ta' impjegati fl-istess uffiċċju mill-2013 'l hawn?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #19282 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija – lista ta’ inizjattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-inizjattivi li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija ħa fis-settur pubbliku mill-2013 'l hawn?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li matul l-perjodu li dam jiffunzjona dan l-Uffiċċju, saru diversi laqghat ma diversi għaqdiet , stakeholders differenti u persuni fuq bazi personali. Saru ukoll laqgħat mal-Kunsilli Lokali kollha. F’dawn l-laqgħat , ġie mitlub li jitressqu proposti jew suggerimenti relatati ma simplifikazzjoni jew tnaqqis ta’burokrazija li kienu tal-aktar prijorita għalihom. Dawn l-proposti ġew evalwati u sar proċess fejn ġew mlaqqa l-istakeholders ma Ministeri u Dipartimenti kkonċernati, fejn flimkien ddiskutew kif setgħu jimplimentaw l-ideat mressqin. Paralelli ma’ dan saru għadd ta’ round table conferences bis-sehem ta’ diversi stakeholders, Ministri u Segretarji Parlamentari differenti fejn ġew diskussi xogħol li ġie mwettaq, xogħol ieħor li qed issir il-ħidma fuqu, kif ukoll xi proposti oħra li tqajmu dak il-ħin minn dawk preżenti. Apparti minn hekk, il-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija ħa sehem ukoll f’diversi konferenzi u laqgħat oħra li ġie mistieden għalihom.

Ambaxxaturi għar-Rispett tad-Drittijiet tal-Bniedem

Question

Jista' l-Ministru jispjega x’inhi r-raġuni li ma nħatarx ambaxxatur għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fost l-ambaxxaturi tematiċi li nħatru dan l-aħħar? Jidhirlux li dan in-nuqqas juri nuqqas ta' impenn ta' Malta fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u jikkunsidrax li jaħtar wieħed fil-futur qarib?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta f’Geneva hija ‘ffukata propju fuq il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid- dinja. Barra minn dan l-Ambaxxataturi ta pajjizna isegwu u jahdmu għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-missjonijiet taghhom. Dan juri li l-impenn ta Malta fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem huwa aktar mifrux.

Ex membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — arretrati

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala l-ex-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma ngħatawx l-arretrati bħalma ngħataw l-ex membri tal-Korp tal-Pulizija? Ma jaħsibx il-Ministru li dan hu trattament diskriminatorju fil-konfront tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ma huwix minnu li eks membri tal-Protezzjoni Ċivili ma ngħatawx l-arretrati bħalma ngħataw l-eks membri tal-Korp tal-Pulizija. Għalhekk ma hemmx każ ta’ trattament diskriminatorju fil-konfront tagħhom kif qed jallega l-Onorevoli. L-eks membri tal-Protezzjoni Ċivili li telqu mis-sena 2019 ’il quddiem kollha ħadu arretrati prorata ta’ kemm ħadmu u dan seta’ jsir għax il-ftehim settorali daħal fis-seħħ b’mod retroattiv mis-sena msemmija.
Leg 13 PQ #19095 Sitting 429 2021-02-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Malta Freeport – irtirar tal-kunsinni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18959 li saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u l-mistoqsija parlamentari 18161 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti l-assigurazzjoni li l-importaturi qed jitħallew jirtiraw il-kunsinni tagħhom mill-Malta Freeport mingħajr il-ħtieġa li jqabdu burdnar u dan kif tippermetti l-liġi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi nistgħu nikkonfermaw li l-importaturi qed jitħallew jirtiraw il-kunsinni tagħhom mill-Malta Freeport mingħajr il-ħtieġa li jqabdu burdnar, u dan kif jippermetti l-Att dwar il-liberazzjoni u t-trasport ta’ merkanzija (Kapitolu 203).

Proġett ta’ bini ta’ Sptar

Question

Peress li fir-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 32788 fis-seduta tal-11 ta' April 2017 tal-XII-il leġislatura, il-Ministru kien qal li "wara li fl-aħħar ġimgħat beda x-xogħol ta' kostruzzjoni tal-iskola medika ta' Barts, la darba joħorġu l-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar, jibda x-xogħol fuq il-kumplament tal-kampus tal-isptar." u peress li fir-risposta li ta l-istess Ministru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18163 fis-seduta tad-19 ta' Jannar 2021, il-Ministru qal "li l-gvern qed jagħmel valutazzjoni tal-ftehim attwali mal-Konċessjonarju privat u li aktar informazzjoni ssir pubblika ladarba l-gvern iddiġerixxi b'mod eżawrjenti r-riżultat ta’ din il-valutazzjoni li qed titwettaq." jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għala l-Konċessjonarju Privat ma bediex ix-xogħol fuq il-kumplament tal-kampus tal-isptar kif kien previst f'April 2017? Jista’ jikkonferma jekk il-Konċessjonarju Privat ottjeniex il-permess għal dan l-isptar akut ġdid? Jidhirlux li dan id-dewmien biex jinbeda u jitlesta l-isptar akut f'Għawdex hu ta' detriment għall-poplu residenti f'Għawdex u wasal iż-żmien illi jintemmu d-diskussjonijiet mal-Konċessjonarju privat li ma kienx kapaċi jibda, aħseb u ara kemm jispiċċa dan il-proġett u jinbeda dan il-proġett ta' sptar akut ġdid mingħajr aktar dewmien?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern u l-Konċessjonarju għaddejin b’taħdidiet sabiex tinstab soluzzjoni għal dak li semma hu, primarjament fl-interess tal-pazjenti Għawdxin u Maltin.
Leg 13 PQ #19150 Sitting 429 2021-02-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – raba’ vapur

Question

Peress li fir-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 17775 fis-seduta tas-16 ta' Diċembru 2020, l-Ministru qal "Fil-ġranet li ġejjin il-kumpanija Gozo Channel se tkun qed toħroġ tender li jikkonċerna r-raba’ vapur." u peress illi fir-risposta illi ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 18698 fis-seduta tad-9 ta' Frar 2021, il-Ministru qal "Bħalissa qed isiru l-preparamenti u d-drafting tat-tender biex il-kumpanija tkun tista tixtri jew tikri vapur ieħor u peress li dan il-proċess jinkludi l-ħtieġa li jiġu kkonsultati rapporti tekniċi, il-kumpanija ma tistax tgħid eżatt meta se joħroġ dan it-tender.", jidhirlux il-Ministru li dawn iż-żewġ risposti huma kontradittorji u li r-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 17775 mhijiex korretta? Jista' jgħid għala l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd għadha ma ddeċidietx tikriex jew tixtriex ir-raba' vapur? Jista' jgħid hux għaqli jekk din id-deċiżjoni tittieħed qabel mal-kumpanija terġa’ tingħata l-Public Service Obligation għat-trasport bejn Malta u Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel terġa ittenni li x-xogħol fuq it-tender dwar ir-raba vapur għadu għaddej. L-Onorevoli Interpellant konxju ukoll li l-pandemija bidlet ix-xenarji kollha possibbli, avolja Malta qed jirnexxielha tkampa fost l-aħjar fiċ-ċirkostanzi.

Skola Medika ta’ Barts

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġiet tiswa l-binja tal-iskola medika ta' Barts f'Għawdex u min ħareġ il-flus għal din il-binja? Kemm qed iħallas il-gvern lill-Konċessjonarju Privat sabiex din il-binja tintuża bħala skola medika? Kemm qed iħallas il-Konċessjonarju Privat f'ċens fis-sena għall-art li qed tokkupa din l-iskola medika? Għala f'din il-binja ma tqisietx il-possibilità li jkun hemm helipad fuq is-saqaf tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt bejn il-Gvern Malti u Queen Mary University London jispeċifika l-faċilitajiet infrastrutturali u apparat meħtieġ fl-iskola medika ta’ Barts. Din l-infrastruttura ġiet mibnija u ffinanzjata minn Steward Healthcare Malta, u bħalissa qed tintuża minn Barts biex minnha isir tagħlim lill-istudenti tal-mediċina. Il-Gvern iħallas għal dan, is-somma ta’ Ewro 1.2 miljun fis-sena lil Steward Healthcare , liema somma titla bir-rata ta inflazzjoni, sakemm din ma tkunx anqas minn 2 punti perċentwali kull sena. Iċ-ċens li obligat iħallas il-konċessjonarju fuq l-artijiet mgħoddija lilu huwa ta’ Ewro 525,000 kull sena. Il-Gvern intenzjonat li tinbena helipad fuq il-binja ġdida tal-isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex b’hekk tifforma parti integrali mill-faċilitajiet li ser ikollu l-isptar ġdid li meħtieġ jinbena f’Għawdex.
Leg 13 PQ #19152 Sitting 429 2021-02-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati fis-servizz pubbliku minn skala 1 sa 5

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17923 u jgħid kemm kien hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku minn skala 1 sa 5 u kemm kienu ta' sess femminili mill-2010 ’l hawn, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, ROBERT)

. It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti – titjib fl-amministrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jelenka x'titjib sar fl-amministrazzjoni tal-qorti minn mindu twaqqfet l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu twaqqfet l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qorti ittieħdu diversi miżuri u ġew implimentati diversi servizzi: · Komplejna naħdmu sabiex intejbu l-aċċessibilità għas-servizzi li toffri l-Qorti permezz tal-informatika biex aktar servizzi jkunu offruti online għal benefiċċju taċ-ċittadin u tal-prattikanti tal-Liġi; · Daħħalna fis-seħħ liġi li tagħti awtonomija amministrattiva lill-Qrati tagħna; · L-atti tal-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja saru onlajn; · Giet imtejba s-sistema tal-LECAM (li hija d-database tal-kawżi wżata fil-qorti) biex tinkorpora din is-sistema, li wara li jkun ġie ttajpjat il-verbal, b’mod awtomatiku l-istess verbal jintbagħat permezz ta’ imajl lill-avukat; · Link tal-Avukati fis-sistema tal-Lecam fil-kawżi superjuri biex b'hekk bdew jintbagħatu d-digrieti lill-Avukati permezz tal-imejl; · Saret sistema elettronika ta' kif ikunu storjati l-esibiti fil-Qorti ta’ Għawdex; · Sar tibdil fil-liġi sabiex jinġabru l-ispejjez li saru matul l-inkjesti f'kawżi li wara jiġu ċeduti. Il-ħlas tal-ispejjez issa jistgħu jsiru online ħalli ċ-ċittadin ma jkollux għalfejn imur il-Qorti. Bit-tibdil dawn l-ispejjez issa qed ikun u rkuprati u l-ħlas isir b'mod elettroniku u allura b'mod efficjenti; · Giet introdota eForm għall-ordnijiet ta' kopji ta' atti mill-Arkivju tal-Qorti; · Iddaħħlet sistema fejn l-Avukati ġew provduti b'link li fiha jsibu s-sentenza wara li tkun inqatgħet mill-Qorti. B'hekk ġiet iffaċilitata l-ħidma tal-avukati b'tali mod li ma jkollhomx ghalfejn jfittxu huma tali sentenza izda tintbaghat awtomatikament lilhom minghajr talba. · Ġiet introdotta s-sistema ta' onlajn filing tal-Atti Kriminali. Din l-inizjattiva qed tgħin lill-avukati u lill-prokuraturi legali sabiex, mill-kumdita tal-uffiċċju tagħhom, jippreżentaw kull att ġudizjarju mingħajr ma jkollhom għalfejn jidħlu l-qorti. · Matul 2020 ġiet akkwistata propjeta fi Strada Stretta wara l-bini tal-Qorti sabiex ji¿diedu 4 awli ġodda u 20 uffiċċju b’investiment totali ta’ 5 miljuni · Inbidlet l-infrastruttura kollha tan -network ; · Inbidlu l-kompjuters kollha tal-Qorti; · Inbidlu u żdiedu l- Hall Usage Monitors ; · Tkompla t-tibdil fis-sistema tal-Qorti – DigiCourts; · Inbidlu l -photocopiers kollha tal-Qorti; · Numru ta Awli ġew mgħammra b’appart ta video conferencing ; · Inbidlet is-sistema tas- Security Cameras ; · Twaħħlet Sistema ta WIFI ġewwa l-binja St Thomas Moore; · Inbidlet is-sistema tal- Accounting u l-Payroll. · Uffiċċju tal-Għajnuna Legali ġdid ft triq l-Ifran Belt Valletta. · Aktar Avukati tal-Għajnuna Legali u Avukati tat-tfal · Emendi fil-liġi sabiex tiġi mħaffa l-proċedura quddiem l-Qorti tal-Appell (Sede Superjuri).