Jista' l-Ministru jgħid kemm intużaw Fondi Ewropej f'Għawdex taħt il-programm ta' Fondi Strutturali u Fondi ta' Koeżjoni Ewropej 2014-2020, sena b'sena? Kemm baqa' fondi minn dan il-programm x'jintefqu fis-snin li ġejjin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex – Fondi Strutturali u Fondi ta’ Koeżjoni Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intużaw Fondi Ewropej mill-Ministeru għal Għawdex taħt il-programm ta' Fondi Strutturali u Fondi ta' Koeżjoni Ewropej 2014-2020, sena b'sena? Kemm baqa' fondi minn dan il-programm x'jintefqu fis-snin li ġejjin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Marsalforn – Turġien li jagħtu mit-Triq ta’ Barda għal Triq Santa Marija – aċċessibilità għall-anzjani u persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'sar s'issa fir-rigward tal-aċċessibilita' għall-anzjani u persuni b’diżabilità għat-turġien li jagħtu mit-triq ta' Barda għal Triq Santa Marija, Marsalforn wara li saret il-mistoqsija numru 17170?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid mat-tweġiba li kont tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 17170.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti figuri ta' kemm vaċċini kontra l-COVID-19 waslu Malta xahar b’xahar sal-aħħar ta' Frar 2021 u ta' liema ditta huma?Jista’ jgħid kemm hu previst li ser jasal vaċċin f'Marzu 2021 u ta' liema ditta huma u x'ser tkun l-allokazzjoni ta' Malta mit-300 miljun vaċċin li l-Kummissjoni Ewropea nnegozjat l-akkwist tagħhom bejn April u Ġunju 2021 u ta' liema ditta ser ikunu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-aħħar ta’ Marzu tal-2021 waslu Malta total ta’ 240,300 dożi tal-vaċċin tal-Covid 19.
Gozo Channel (Operations) Ltd – ġarr ta’ merkanzija miċ-Ċirkewwa
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19751, jista' l-Ministru jispjega għaliex id-dokument mitlub hu sensittiv meta l-Public Service Obligation Agreement oriġinali ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tal-20 ta' Marzu 2012 tal-XI-il Leġislatura (Mistoqsija numru 32791)? Għaliex il-gvern mhux qed ikun trasparenti bħal dak ta' qablu f'dan ir-rigward?
Immigranti illegali minn pajjiżi taż-Żona Schengen – tilqim
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega xi pjanijiet hemm sabiex jitlaqqmu l-eluf ta' immigranti llegali li daħlu hawn f'Malta minn pajjiżi oħra taż-żona Schengen u li ma jirriżultawx fir-records uffiċjali? X'effett jista' jkollhom in-nuqqas ta' tilqim ta' dawn l-individwi fuq l-objettiv li tintlaħaq l-immunità tal-merħla?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanet illi t-tilqima kontra l-COVID-19 qed tingħata skont l-età ta’ dawk il-persuni li huma residenti f’Malta, inkluż persuni barranin. Barranin oħra, bħal turisti u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali rreġistrati fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jkunu preżenti f’Malta fiżikament għal perjodu temporanju u għaldaqstant m’humiex eleġibbli għat-tilqima.
Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija — nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19281 u jgħid x'kienet in-nefqa tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija u n-numru ta' impjegati fl-istess uffiċċju mill-2013 'l hawn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija nefaq medja ta’ €25,000 fis-sena.
Bħala nies impjegati fi ħdan l-msemmi uffiċċju , ninsab nfurmat kif ġej fil-lista annessa:
2013 - 4
2014 – 5
2015 – 6
2016 – 5
2017 – 5
2018 – 6
2019 – 7
2020 – 7
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18715 u jgħid kemm inġabru flus f'Għawdex mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-2010 'l hawn, permezz tal-Commuted Parking Payment Scheme u kemm minnhom intefqu u kif?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-Commuted Parking Payment Scheme kienet skema marbuta ma’ lokalitajiet speċifiċi kif identifikati fil-Pjani Lokali u li f’Għawdex dawn kienu biss il-Belt Victoria (Ir-Rabat) u Marsalforn (Iż-żebbuġ). Il-fondi miġbura f’Għawdex taħt din l-iskema mill-2010 ‘l quddiem kienu jammontaw għall-seba’ mija u tmenin elf u mija u tmenin ewro (EUR 780,180), li minnhom, fl-2012, intefqu madwar tlett elef, tliet mija u għoxrin ewro (EUR 3,320) biex saret car free day. Tajjeb wieħed jispjega, li mis-sena 2017, dan il-fond ġie integrat mad-Development Planning Fund u bħalissa hemm talba pendenti għall-finanzjament mill-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria sabiex issir installazzjoni ta’ dawl fi Pjazza San Ġorġ u t-toroq tal-madwar. Din it-talba tammonta għal aktar minn mija u disgħin elf ewro (EUR 190,000). Bl-istess mod, fil-lokalità taż-żebbuġ, se jiġi ffinanzjat proġett ta’ playing field b’nefqa ta’ aktar minn tliet mija u seba u għoxrin elf ewro (EUR 327,000). Irrid inżid, fl-aħħarnett, li mill-2017 sal-lum, il-proġetti f’Għawdex li ġew approvati għall-finanzjament mid-Development Planning Fund huma stmati li jiswew aktar minn tmien mija u ħamsa u tletin elf ewro (EUR 835,000).
Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 18073 u jgħid kemm kien il-bejgħ mill-Pitkalija f'Għawdex sena b'sena mis-sena 2010 sas-sena 2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pitkalija f’Għawdex waqfet topera wara Diċembru 2012. Il-bejgħ fl-2011 kien ta’ €58,884.55 u fl-2012 kien ta’ €44,113. Ir-rekords ta’ bejgħ jinżammu għal perjodu ta’ għaxar snin u għaldaqstant l-informazzjoni għas-sena 2010 mhix disponibbli.
Skema tal-Ħaddiema tal-Komunità – ingaġġ ta’ nies ġodda
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18529, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fl-iskema li daħlu fiha qabel it-twaqqif tal-Community Work Scheme Foundation u meta twaqqfet din l-Fondazzjoni? Jista' jispjega wkoll x'inhuma l-karatteristiċi ta' persuni vulnerabbli li jintitolahom li jiġu iskritti f'din l-iskema?
Response (CARUANA, CLYDE)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 20097, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 617 individwu li kienu fuq l-iskema qabel it-twaqqif tal-Community Work Scheme Foundation. Il-Community Work Scheme Foundation twaqqfet fi Frar ta’ 2016.
Il-karatteristiċi ta' persuni vulnerabbli li jintitolhom li jidħlu f'din l-iskema huma:
a. persuna li kienet bla impjieg/inattiva fl-aħħar sena u li ma kinitx ipparteċipat fl-iskema ta’
traineeship
ma’ Jobsplus u hija:
1. persuna adulta li tgħix waħedha u li għandha persuna jew persuni dipendenti taħt ir-responsabbilta tagħha u li m’għandhiex impjieg
full-time
jew;
2. persuna li għandha 24 sena jew iktar u li m’għandhiex kwalifiċi tas-sekondarja għolja jew kwalifiċi vokazzjonali (ISCED 3) u li m’għandhiex impjieg jew;
3. persuna ‘l fuq minn 50 sena li m’għandhiex impjieg jew;
b. persuna li għandha 24 sena jew iktar u li kienet bla impjieg f’dawn l-aħħar sentejn u li ma kinitx ipparteċipat fl-iskema ta’
traineeship
ma’ Jobsplus.
Skema ta’ Xogħol fil-Komunità – korsijiet lill-imsieħba
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-korsijiet li saru lill-imsieħba tal-Iskema ta' Xogħol fil-Komunità u kemm kienet l-attendenza ta' kull kors mill-bidu tal-Iskema s'issa? X'sanzjonijiet hemm kontemplati jekk imsieħeb ma jsegwiex il-kors li kellu jattendi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ korsijiet li saru lill-imsieħba tal-Iskema ta' Xogħol fil-Komunità u kemm kienet l-attendenza ta' kull kors mill-bidu tal-Iskema s'issa tinsab fit-tabella t’ hawn taħt. Jekk persuna ma jattendix il-kors li kien riferut għalih irrid jipprezenta ċertifikat mediku biex jiġi ezentat.
Kors
Numru ta' partecipanti
MCAST [ Level2] Maintenance work
40
MCAST [ Level2] Cleaning Modules
39
Award in Administration Skills
69
Award in Life Skills for the Work Environment
58
Award in General Occupational Health & Safety
414
Award in Basic Housekeeping
15
Award in Principles of Gardening and Landscaping
10
Award in Housekeeping – Clean it Up!
221
Award in Administration Skills – Your First ~Job in the Office
43
Award in Occupational Health and Safety for General Drivers
19
Award in Landscape Gardening – Green Fingers
14
Award in Customer Care – The Customer Is Always Right
64
Award in Teamwork – Working Together for Success
23
Jista' l-Ministru jindika kemm kien hemm imsieħba fl-Iskema tax-Xogħol fil-Komunità fl-aħħar ta' Frar 2021 u jagħti rendikont ta' kif kienu mqassma ma’ bosta entitajiet kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Frar 2021 kien hemm 1019 imsieħba fl-Iskema tax-Xogħol fil-Komunità u kienu mqassma kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jindika kemm kienet in-nefqa pubblika fuq l-Iskema tax-Xogħol fil-Komunità sena b'sena mis-sena 2009 sas-sena 2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2009 u l-2014, Jobsplus ħallset biss spejjeż relatati mal-amministrazzjoni tal-iskema. Din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għall-bqija tan-nefqa pubblika f’dan il-perjodu, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jistaqsi lil Ministru kkonċernat, hekk kif matul dawn is-snin l-ispiża kienet toħroġ mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali.
Mis-sena 2016 ’il quddiem minn meta twaqqfet il-
Community Work Scheme Foundation
u bdiet tiġi amministrata minn Jobsplus, in-nefqa pubblika sena b'sena, mis-sena 2016 sas-sena 2020 In-nefqa mis-sena 2016 ’il quddiem tinkludi ħlas tal-pagi tal-imsieħba fl-iskema u ħlas relatat mal-amministrazzjoni tal-iskema. tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-ispi¿a tinkludi wkoll il-ħlas ta’ 18% VAT.
Proġett ta’ pavimentar tax-Xatt ta’ Marsalforn – twaħħil ta’ bollards elettroniċi
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-proġett ta' pavimentar tax-Xatt ta' Marsalforn hux ser jitwaħħlu bollards elettroniċi sabiex jikkontrollaw l-aċċess għaż-żoni pedonali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux se jsiru bollards elettroniċi.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti figuri ta' kemm ħadu t-tilqima persuni f'Għawdex s'issa u liema doża ngħataw? Jista' jikkonferma li l-vaċċin tal-Pfizer/Biontech qed jintuża regolarment f'Għawdex sabiex jitlaqqmu min għandu aktar minn sebgħin sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-21 ta’ Marzu ġewwa l-gżira Għawdxija ngħataw 10,673 dożi tal-vaċċin għal kontra l-Covid 19 li minnhom 2,963 ingħataw it-tieni doża. Il-vaċċin tal-Pfizer/Biontech kif ukoll il-Moderna qed jintużaw regolarment f'Għawdex, sabiex jitlaqqmu persuni li għandhom aktar minn sebgħin sena.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti figuri ta' kemm persuni f'Malta ħadu t-tilqima s'issa u liema doża ngħataw?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-21 ta’ Marzu ngħataw 145,934 dożi tal-vaċċin għal kontra l-Covid 19 li minnhom 44,483 ingħataw it-tieni doża.
Għawdex — Skema tal-ħaddiema tal-komunità - ħaddiema
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19720, jista' l-Ministru jispjega kif qal li s-salarju ta' min hu msieħeb fl-iskema Xogħol fil-Komunità hu ta' € 984.66 fix-xahar meta TVM ħabbar fit-12 ta' Marzu 2021 li dawk li jaħdmu mal-Kunsilli Lokali jirċievu € 1,200 fix-xahar (https://www.tvm.com.mt/mt/news/imhabbra-ghadd-ta-inizjattivi-mahsuba-biex-tinzamm-iktar-indafa-fil-komunitajiet/)? Ġaladarba din l-Iskema issa saret permanenti u l-imsieħba f'din l-iskema qed jitħallsu minn fondi pubbliċi, kif qed jiġu osservati l-provvedimenti tal-Kostituzzjoni dwar ir-reklutaġġ fis-settur pubbliku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif indikat fir-risposta parlamentari 19720 il-ħaddiema jitħallsu €984,66 fix-xahar (paga ba¿ika). L-imsieħba f'din l-iskema m’ humiex impjegati tas-settur pubbliku izda tal-Community Work Scheme Enterprise Foundation.
JobsPlus – sejħa għall-offerti fil-ħin għall-ġestjoni tal-Iskema ta’ Xogħol fil-Komunità
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex JobsPlus ma kenitx kapaċi toħroġ sejħa għall-offerti fil-ħin għall-ġestjoni tal-Iskema ta' Xogħol fil-Komunità meta l-konċessjoni ta' ħames snin li ngħatat lill-General Workers’ Union skadiet f'Jannar li għadda u ngħatat estensjoni ta' sitt xhur permezz ta' direct order? Min awtorizza din id-direct order u taħt liema provvediment tal-liġi tax-xiri pubbliku ngħatat din id-direct order? Kien hemm xi bidla fil-kundizzjonijiet u termini tal-konċessjoni oriġinali u l-estensjoni msemmija ta' sitt xhur? Fiex waslu l-preparamenti għas-sejħa għall-offerti ġdida u meta din is-sejħa ser issir?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba ċ-ċirkustanzi straordinarji tal-pandemija tal-COVID-19 ġie affettwat il-proċess ta’ preparazzjoni neċessarju biex tinħareġ sejħa għall-offerti fil-ħin. ‘Negotiated Procedure’ għal estensjoni ta' sitt xhur ħarġet permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Din il-proċedura hija skont it-termini stabiliti f’artiklu 154 (2) ta’ L.N. 352 ta 2016 li jistabilixxi li skont il-proviżjoni ta’ aritiklu 152 din il-proċedura tista’ tinħareġ mingħajr pubblikazzjoni għal kuntratti għas-servizz pubbliku li jinvolvi repetizzjoni ta’ servizzi simili.
Ma kien hemm l-ebda bidla fil-kundizzjonijiet u termini tal-konċessjoni oriġinali u l-estensjoni msemmija ta' sitt xhur. Is-sejħa għall-offerti ġdida tinsab fl-aħħar fażi tal-assessjar u se tkun ippublikata permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti fil-ġimgħat li ġejjin.