Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Fibre Optic Cable il-ġdid bediex jopera u jekk iva, kemm qiegħda tintuża mill-kapaċità tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fibre Optic Cable il-ġdid qed jopera. L-operaturi tas-servizz ġew allokati l-fibri neċessarji permezz ta’ fibre lease agreements sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-aħjar servizz possibli lill-klijenti tagħhom. Il-volum ta’ traffiku ta’ kull operator hija informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Il-cable kien iddisinjat għall-ħtiġijiet preżenti u futuri tal-kommunikazzjoni għal Għawdex skond l-istudji li saru qabel ma tnieda l-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu fondi ewropej mill-Ministeru tiegħu sena b'sena mill-2013 'l hawn u f'kemm il-proġett? Kemm intefqu minnhom f'Għawdex, sena b'sena?
Public Broadcasting Services Ltd – frekwenzi tar-radju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il frekwenza tar-radju għandu l-Public Broadcasting Services Ltd u kemm minnhom ma jintużawx? Xi pjanijiet hemm sabiex il-frekwenzi li ma jintużawx jibdew jintużaw fil-futur qarib?
Response (ABELA, CARMELO)
Il-Public Broadcasting Services Ltd għandha erba' (4) frekwenzi tar-Radju li jintużaw kollha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm Malta ħadet f'fondi ewropej, sena b'sena mill-2013 'l hawn? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minnhom intefqu f'Għawdex, sena b'sena?
Fondi Ewropej — nefqa mill-Ministeru għal proġetti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu Fondi Ewropej mill-ministeru tiegħu sena b'sena mill-2013 'l hawn u f'kemm il-proġett? Kemm intefqu minnhom f'Għawdex, sena b'sena?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu Fondi Ewropej mill-ministeru tiegħu sena b'sena mill-2013 'l hawn u f'kemm il-proġett? Kemm intefqu minnhom f'Għawdex, sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
FOndi Ewropej — nefqa mill-Ministeru għal proġetti
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intefqu Fondi Ewropej mill-ministeru tiegħu sena b'sena mill-2013 'l hawn u f'kemm il-proġett? Kemm intefqu minnhom f'Għawdex, sena b'sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
FOndi Ewropej — nefqa mill-Ministeru għal proġetti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu Fondi Ewropej mill-ministeru tiegħu sena b'sena mill-2013 'l hawn u f'kemm il-proġett? Kemm intefqu minnhom f'Għawdex, sena b'sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.
Fondi Ewropej — nefqa mill-Ministeru għal proġetti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu Fondi Ewropej mill-ministeru tagħha sena b'sena mill-2013 'l hawn u f'kemm il-proġett? Kemm intefqu minnhom f'Għawdex, sena b'sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Għajnsielem — Dar tal-Anzjani - postijiet ta' parkeġġi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ser ikollu postijiet ta' parkeġġi id-Dar tal-Anzjani f'Għajnsielem, Għawdex? Jista' jikkonferma li l-kuriduri ta' din id-dar huma dojoq u ma jippermettux li jgħaddi stretcher minn ġo fihom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna tat Indis Malta Ltd lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Din l-għajnuna kienet parti minn skema tal-kumpanija jew deċiża ad hoc? Min fost l-inkwilini jew ċenswalisti ta' Indis Malta Ltd jista' jibbenefika minn din l-għajnuna? Din l-iskema, jekk teżisti, tħabbret pubblikament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevolli Interpellant li l-kumpanija nkwistjoni kenet allokata spazju industrijali wara li l-proġett tagħha kien approvat mill-Korporazzjoni Malta Entreprise. Dan il progett hu ezempju ċar ta kif jinħoloq spazju biex kumpaniji ikabbru l-operat tagħhom b’mod aktar sostenibli, speċjalment fejn jidħol l-użu ta spazju, effiċjenza u li jippormovi ‘l-prinċipju ta ‘clustering’.
Jista' l-Ministru jispjega għala l-kera fil-Gozo Innovation Hub hi ogħla minn stabbilimenti simili f'San Ġiljan? Jista' jgħid kemm-il talba saret għal tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-komun fil-perjodu tal-pandemija u kemm minnhom intlaqgħet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rata tal-kera fil-Gozo Innovation Hub ġiet stabbilita mill-Cost Benefit Analysis pertinenti għal dan il-progett li sar b’konformita’ mal-proċedura tal-kofinanzjament minn fondi ewropew għall-iżvillup regjonali (ERDF). Dan filwaqt li ma’ saret l-ebda talba għal tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-komun minħabba l-pandemija.
Gozo Innovation Hub — allokazzjonijiet approvati minn Malta Enterprise
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il allokazzjoni saret fil-Gozo Innovation Hub u kemm minnhom kienu approvati minn Malta Enterprise u kemm minnhom ingħataw mingħajr tali approvazzjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm hames kumpanniji approvatti li kollha ghandhom letter of intent mill-Korporazzjoni Malta Enterprise.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19749 u jindika x'attivitajiet saru fil-Gozo Innovation Hub minn mindu nfetħet sal-aħħar ta' Frar 2021 u kemm daħlet flus minnhom Indis Malta Ltd?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-irwol ta’Indis Malta mhux biex idahhal il-flus minn attivitajiet izda li talloka spazju lill-kumpaniji li jridu jinvestu f’Malta jew Ghawdex bhal kaz ta’Gozo Innovation Hub.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19745 u jgħid kemm inħarġu permessi għal terraced houses f'Għawdex mill-2013 'l hawn, sena b'sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Dar Sant'Anna — kiri ta' akkomodazzjoni għall-anzjani
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed jagħti flus il-Gvern lil Steward Health Care sabiex din il-kumpanija tkun tista' tikri akkommodazzjoni għall-anzjani illi nħarġu mid-Dar Sant'Anna fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Public Service Agreement – trasport bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser toħroġ is-sejħa għall-Public Service Agreement għat-trasport ta' passiġġieri, karozzi u merkanzija bejn Malta u Għawdex? X'qed iżomm il-Gvern milli joħroġ din is-sejħa peress li dan il-ftehim issa ilu bosta snin li skada?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Ministeru qiegħed fil-proċess li jipprepara sejħa għall-offerti kif ukoll jikseb l-approvazzjoni neċessarji tal-iState Aid u tal-Kummissjoni Ewropeja biex ikun jista’ joħrog is-sejħa għall-offerti permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — Traineeship scheme
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm imsieħba fit-Traineeship Scheme li tnediet bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali u l-Ministeru għal Għawdex? Min hu eliġibbli li jissieħeb f'din l-iskema u kemm ser iddum is-sħubija f'din l-iskema? Jista' l-Ministru jispjega jekk din hiex l-unika skema li għandha l-Fundazzjoni jew jekk għandhiex skemi oħra ma' ministeri jew entitajiet pubbliċi oħra? Jista' l-Ministru jispjega kif din l-iskema taqa' fil-mansjoni tal-Fundazzjoni in kwistjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema imsemmija għandha 22 parteċipant. Huma eliġibbli biex jipparteċipaw fiha persuni minn 18-il sena ’l fuq.
L-iskema hija mifruxa fuq perjodu ta’ 12-il xahar. Din hi skema immirata għal persuni vulnerabli, li qed iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi partikulari u sitwazzjonijiet diffiċli ekonomiċi u/jew soċjali. Dawn huma l-kategoriji ta’ nies li ta’ kuljum tgħin il-Fondazzjoni u huwa proprju għal din ir-raġuni li l-FSWS daħlet għal din l-inizjattiva flimkien mal-Ministeru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb illi titlesta d-Dar tal-Anzjani f'Għajnsielem, Għawdex illi ilha mikrija kważi tmien snin ? Kemm qed tiswa l-kirja ta' din id-dar u sakemm ser tibqa' mikrija ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 32689, ninsab infurmat li bħalissa għadu għaddej il-proċess tal-evalwazzjoni.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Skema tax-Xogol fil-komunità - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm kienet in-nefqa tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq l-Iskema tax-Xogħol fil-Komunità sena b'sena mis-sena 2009 sas-sena 2014?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għas-snin imsemmija ma kienetx tinżamm din l-informazzjoni mitluba, fuq dawn il-benfiċjarji. Madanakollu, dawn il-benefiċjarji bdew jirċievu paga sħiħa u mhux benefiċċju soċjali, b’effett mis-sena 2016, hekk kif kien ġie mwiegħed fil-Baġit għall-istess sena. In-numru ta’ dawn il-benefiċjarji fis-sena 2016 kien jammonta għal ċirka 702.