Faċilità ta’ Rkupru u Resiljenza – Pjan NextGenerationEU – użu mill-Fondi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru sabiex jagħmel użu mill-Fondi Ewropej tal-Faċilità ta' Rkupru u Resiljenza tal-pjan tan-NextGenerationEU?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Faċilità ta’ Rkupru u Resiljenza – Pjan NextGenerationEU – użu mill-Fondi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru sabiex jagħmel użu mill-Fondi Ewropej tal-Faċilità ta' Rkupru u Resiljenza tal-pjan tan-NextGenerationEU?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Faċilità ta’ Rkupru u Resiljenza – Pjan NextGenerationEU – użu mill-Fondi Ewropej
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru sabiex jagħmel użu mill-Fondi Ewropej tal-Faċilita' ta' Rkupru u Resiljenza tal-pjan tan-NextGenerationEU?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Reġistru Pubbliku u uffiċini oħra ta’ Identity Malta – binja ġdida
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser ikun lest il-bini l-ġdid fejn ser ikun hemm ir-Reġistru Pubbliku u uffiċini oħra ta' Identity Malta? Jista' jispjega għaliex ir-Reġistru tal-Artijiet mhux ser ikun f'din il-binja? Kemm ilha mikrija din il-binja, kemm ser iddum din il-kirja u kemm hu l-ammont ta' kera fis-sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħda ssir l-evalwazzjoni ta’ sejħiet għall-offerti li ħarġu biex isir ix-xogħol meħtieġ fil-bini l-ġdid fejn ser ikun hemm ir-Reġistru Pubbliku, l-Uffiċċju tal-Civil Registry u Data Inputting u l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern. L-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Artijiet se jkabbar l-operat tiegħu f’Għawdex u għalhekk se jimpjega aktar nies miegħu. Dan kien ifisser li l-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Artijiet se jkollu bżonn aktar spazju u għalhekk ħarġet sejħa għall-offerti separata sabiex tinstab propjeta` li tkun tista’ takkomoda dan l-uffiċċju. Il-binja li se takkomoda r-Reġistru Pubbliku u l-uffiċini l-oħra msemmija aktar qabel bdiet tinkera b’effett mill-5 ta’ Frar 2021 għall-perjodu ta’ ħames snin għall-ammont ta’ €49,225 fis-sena. Sadanittant, ħarġet sejħa oħra għall-offerti biex tinstab propjeta` li takkomoda l-uffiċini l-oħra ta’ Identity Malta. F’din il-binja mistennija jiġu akkomodati l-eResidence Unit, l-uffiċċju tal-Passaporti u l-uffiċċju tal-Karta tal-Identità.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti illi fil-preżent qed jieħdu pakkett tal-ikel taħt l-Iskema 9 kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Kemm qed jiswa lill-Gvern dan is-servizz?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ studenti li f’din is-sena skolastika qed jirċievu pakkett tal-ikel taħt Skema 9 huwa ta’ 232 u qed tiswa madwar €100,000 f'sena skolastika.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL6649 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 469 nhar l-Erbgħa, 2 ta' Ġunju 2021.)
Xewkija – Ċimiterju Santa Marta – manutenzjoni u tiswija tal-ħitan
Question
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20832, jista' l-Ministru jgħid meta ser issir manutenzjoni tal-ħitan taċ-Ċimiterju tar-Rabat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol rigward dan il-proġett huwa mistenni li jinbeda fix-xhur li ġejjin
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Senior Managers impjegati ma' Transport Malta? Jista' jagħti lista sħiħa tas-salarji basici (mingħajr allowances u bonuses) li qed jitħallsu d-diversi Senior Managers fi ħdan Transport Malta kif ukoll id-data ta’ meta l-istess Senior Managers ġew appuntati f’din il-kariga?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ ta’ Transport għandha 33 impjegat fil-kariga ta’ Senior Manger, is-salarju bażiku huwa kif inhu indikat fit-tabella ta’ hawn taħt:
Basic Pay Bracket
No of Senior Managers
€35,000 - €35,999
4
€36,000 - €36,999
2
€37,000 - €37,999
1
€38,000 - €38,999
3
€39,000 - €39,999
3
€40,000 - €40,999
7
€41,000 - €41,999
5
€42,000 - €42,999
2
€43,000 - €43,999
2
€44,000 - €44,999
3
€45,000 - €45,999
1
Informazzjoni ulterjuri ma tistax tingħata minħabba raġunijiet ta’
Data Protection.
Transport Malta – sit tal-internet – paġni bil-lingwa Maltija
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex is-sit tal-internet ta' Transport Malta ma fih l-ebda paġna bil-Malti? Ma jidhirlux li wasal iż-żmien li din l-entità ma tkompliex tkasbar il-lingwa nazzjonali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lingwa Ingliża hija meqjusa bħala lingwa uffiċċjali wkoll. Is-sit tal-internet ta’ Transport Malta jiġbor fih lista ta’ servizzi kemm għal użu lokali kif ukoll fuq bażi internazzjonali.
Is-sit jinkludi lista ta’ fejn wieħed għandu jikkomunika ma’ Transport Malta f’każ ta’ bżonn: https://www.transport.gov.mt/contact-61 (il-link qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra)
F’dan il-każ, Transport Malta toffri kull servizz kemm bil-lingwa Maltija kif ukoll bil-lingwa Ingliża.
Transport Malta – applikazzjonijiet għal-liċenzja tas-sewqan online
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex Transport Malta għadha ma indirizzatx il-problema li għandha bl-applikazzjonijiet għal-liċenzja tas-sewqan li jsiru online? Jista' jispjega għaliex Transport Malta ma kellhiex id-diċenza li tpoġġi informazzjoni fuq is-sit tagħha ħalli tiggwida lill-applikanti x'għandhom jagħmlu fiċ-ċirkostanzi? Meta ser tiġi rimedjata s-sitwazzjoni preżenti li bl-ebda mod tal-immaġinazzjoni ma tista' tissejjaħ bħala sodisfaċenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li jsiru diversi tiġdid ta’ licenzji online u infurmat li kien hemm ftit kazijiet li jkun hemm xi problema fit-parti tal-ħlas tal-pagament.
Fejn jiġri hekk L-Awtorita’ għamlet notifika fis-sistema u l-klijent titlalu notifika li tgħid jekk ma rċevejtx
email
ta’ konferma awtomatizzata u t-tariffa tat-tiġdid naqqset mill-kont tiegħek, ġentilment ibgħat
email
fuq
edls.mail.mt@gov.mt
bid-dettalji.
Infurmat ukoll li L-Awtorita’ tinsab fil-qrib tat-tnedija ta’ sistema ġdida ta’ tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan
online
.
Indis Malta Ltd — talbiet minn inkwilini fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija – kera tinbidel f’ċens temporanju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għandha Indis Malta Ltd minn inkwilini fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija ħalli l-kera li għandhom tinbidel f'ċens temporanju u jkunu jistgħu jagħmlu investiment kapitali minn buthom fl-istess fabbriki li llum huma mikrija lilhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erbgħa talbiet minn inkwilini li bħalissa joperaw minn fabbriki b’titlu ta’ kirja u li jixtiequ titlu aktar b’saħħtu u ċioe ċens temporanju. Dawn it-talbiet huma suġġetti għal process ta’ evalwazzjoni, liema proċess għadu għaddejj.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20101, jista' l-Ministru jispeċifika kemm mill-flus li ntefqu fl-Iskema tax-Xogħol tal-Komunita' bejn l-2009 u l-2020 kienu fondi ewropej u kemm minnhom kienu fondi nazzjonali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Iskema tax-Xogħol tal-Komunità dejjem kienet iffinanzjata minn fondi nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati atti online bis-sistema tal-e-courts fl-2018, 2019 u 2020 u t-tip ta' atti li ġew ippreżentati ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru tal-atti online li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Malta permezz tal-ecourts fl-2018, 2019 u 2020 kien kif muri fit-tabella ta hawn taħt.
Ma kien hemm l-ebda atti li ġew preżentati fil-Qorti ta’ Għawdex.
2018
2019
2020
Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja)
Ittri (Medjazzjoni)
5
Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja)
Riċerki testamentarji
613
756
2,053
Qorti tal-Maġistrati
Ittri
2
Risposta
1
Avviż
1
Tribunal ta' Reviżjoni Amministrativa
Rikors
1
1
Tribunal għal Talbiet Żgħar
Talba
13
13
6
Risposta
7
3
1
Jista' l-Ministru jispjega kif fin-nota 13 tal-Audited Accounts tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd għas-sena 2019, hemm imniżżel illi l-"Operating lease rentals payable" kien jammonta għal €855,417 mentri fin-nota 21 hemm imniżżel illi l-kumpanija ħalset €825,000 bħala "Lease rentals charged by related parties”? X'inhuma dawn il-kirjiet u lil min jitħallsu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-“Operating lease rentals payable” li hemm imnizzel f’nota 13 tal-Audit Accounts tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd għas-sena 2019 li jammontaw għal €855,417 huma kif jidru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Fir-rigward tal-“Lease rentals charged by related parties” li hemm imnizzel f’nota 21 li jammontaw għal €825,000 jirreferu għall-kirja tat-Terminals tal-iMġarr, iċ-Ċirkewwa u l-mollijiet imħallsa lill-Authority for Transport in Malta.
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex fin-nota 21 tal-Audited Accounts tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd għas-sena 2019, hemm imniżżel illi l-Gvern impona €72,304 f'imgħax? Għaliex il-Gvern qed jesiġi mgħax mill-kumpanija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawk huma bank charges u mhux imgħaxijiet.
Gozo Channel Transport Joint Venture – Public Service Concession Contract
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-addendum għall-Public Service Concession contract li ġie ffirmat fis-7 ta' Ġunju 2019 mal-Gozo Channel Transport Joint Venture?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li id-dokument kkonċernat ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba in-natura u is-sensitivita’ ta’ l-informazzjoni li fih id-dokument msemmi
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20710 peress illi fir-risposta li ta, naqas illi jgħid x'għajnuna tat Indis Malta Ltd lill-kumpanija in kwistjoni, jekk tali għajnuna ngħatatx abbażi ta’ xi skema, jekk tali skema hix fid-dominju pubbliku aċċessibbli lil kulħadd u x'inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jaċċedi għal tali għajnuna ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħal ma’ diġa kien spjegat fir-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari bin-numru 20710, il-kumpanija nkwistjoni, kienet allokata spazju industrijali skont il-policies li jikkonċernaw l-allokazzjoni ta’ spazju industrijali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi mill-Bord tal-Kera f'Malta u Għawdex fl-2019 u fl-2020? Kemm minnhom kienu kawżi li saru skont l-artiklu 12B tal-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar, Kap. 158?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
In-numru ta’ sentenzi moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera f’Malta u Ghawdex fl-2019 u 2020 kien kif indikat fit-tabella t’hawn taht:
Bord li jirregola l-Kera
2019
2020
Malta
127
125
Ghawdex
3
7
Ma tinzammx statistika dwar il-kawzi li jsiru skont l-Ordinanza li Tnehhi l-Kontroll tad-Djar.
Operaturi ta’ minibuses i dgħajjes għall-użu ta’ skop turistiku – eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzji
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex Transport Malta ma eżentatx l-operaturi ta' minibuses u dgħajjes li jintużaw għal skop turistiku mill-ħlas tal-liċenzji tagħhom matul il-perjodu tal-pandemija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.