Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema Self Employed ingaġġati mal-Ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema impjegati self-employed sabiex jagħtu servizz lill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali, sena b'sena mill-2010 'l hawn u x'inhi n-natura tal-ingaġġ tagħhom? Kemm hu t-tul ta' dawn il-kuntratti ta' ingaġġ u r-rimunerazzjoni li tingħata għal dawn l-ingaġġi? Kemm minn dawn il-ħaddiema jagħtu servizz f'Malta u kemm minnhom f'Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – kura addizzjonali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-kura addizzjonali li l-Gvern qed jippjana għall-pazjenti f'Għawdex skont kif iddikjara f'konferenza tal-aħbarijiet fit-12 ta' Ottubru 2021 bħala ġustifikazzjoni għall-ħlas addizjonali ta' € 20m li ser tingħata lill-konċessjonarju tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex matul l-2022 ? Jista' l-Ministru jgħid għala dan l-investiment qed isir mill-gvern u m'hux mill-konċessjonarju u jekk din l-għotja li ser tingħata lill-konċessjonarju sabiex jingħataw dawn is-servizzi addizjonali ġietx approvata mill-Istate Aid Monitoring Board?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlasijiet lil Steward Healthcare huma skont il-konċessjoni eżistenti. Parti minn din iż-żieda tirrigwarda kumpens lil Stewardminħabba żiedet fl-ispejjeż relatati mas-servizz tas-saħħa. Dan il-kumpens, skont il-ftehim ma Steward, huwa bbażat fuq iż-żieda fl-istimi ta’ spejjeż skont kemm togħla in-nefqa tal-Gvern fis-servizz tas-saħħa. Hemm żiediet oħra li huma kumpens lil Steward minħabba spejjeż ta’ impjegati li Steward daħħal biex jiġi mtejjeb is-servizz. Hemm ukoll stima għal spejjeż ta’xi mediċini li tkun nefqet Steward. Dawn iż-żidiet huma kollha kontemplati fil-kuntratti li l-Gvern għandu ma Steward .

Public Service Obligation – trasport bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala l-Gvern qed jipproponi vot addizzjonali ta' € 2m euro għall-Obbligu ta' Servizz Pubbliku tat-trasport bejn Malta u Għawdex? Meta ser tinħareġ sejħa ġdida għal konċessjonarju sabiex jopera s-servizz tat-trasport bil-vapur bejn Malta u Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab nfurmat li l-Ministeru għaddej bħalissa bil-proċess li jipprepara sejħa għall-offerti kif ukoll jikseb l-approvazzjoni neċessarji tal-Istate Aid u tal-Kummissjoni Ewropea biex ikun jista’ joħroġ is-sejħa għall-offerti permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Niġbed ukoll l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li il-paragun li qed jagħmel fl-ewwel parti tal-mistoqsija huwa ma stima u mhux ma spiża attwali.

Malta Business Registry — kirja tal-post

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalkemm żmien hu mikri l-post li qed jintuża mill-Malta Business Registry u x'kera fis-sena qed titħallas u jekk hemmx ikkontemplat awment fil-kera matul is-snin?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Leg 13 PQ #22457 Sitting 496 2021-10-13 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xagħra – Triq Marsalforn — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fi Triq Marsalforn, Xagħra, meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu jew li għad iridu jitwettqu f'din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet qegħdin isiru mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra, b’fondi mill-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #22458 Sitting 496 2021-10-13 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

L-Għarb – Triq ta’ Sdieri — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fi Triq ta' Sdieri, limiti tal-Għarb, meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu jew li għad iridu jitwettqu f'din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet bdew u ser jingħalqu din is-sena.
Leg 13 PQ #22459 Sitting 496 2021-10-13 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Persuni Self Employed f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni self-employed li taw jew qed jagħtu servizz lill-Ministeru f'Għawdex, sena b'sena mill-2010 'l hawn u x'inhi n-natura tas-servizz li tqabbdu jagħtu? Kemm hu t-tul ta' dawn il-kuntratti ta' servizz u x’inhi r-rimunerazzjoni li qed tingħatalhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 22308.

Binja tal-Qorti – ħaddiema tal-kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema tal-kuntrattur sabiex jaħdmu fil-Qrati f'mansjonijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mas-sigurtà tal-binja tal-Qorti? X'mansjonijiet intalbu jwettqu dawn il-ħaddiema, it-tul tal-kuntratt tagħhom u x'remunerazzjoni qed tingħata lill-kuntrattur għal tali ingaġġ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni għada qed tinġabar

Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti – ħaddiema li rtiraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irtiraw ħaddiema mill-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti minn mindu twaqqfet din l-Aġenzija u kemm ġew reklutati ħaddiema ġodda, sena b'sena, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex u skont il-grad tagħhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sas-7 t’Ottubru 2021.
Leg 13 PQ #22382 Sitting 495 2021-10-12 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — bankijiet għall-pubbliku fil-promenade

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala ma tpoġġewx bankijiet għall-pubbliku fil-promenade li għadu kemm sar fix-Xatt ta' Marsalforn? Kemm kienet in-nefqa finali ta' dan il-proġett ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li twaħħlu 19 il-bank madwar il-menqa u l-promenade ta’ Marsalforn. Fir-rigward tan-nefqa totali, bħalissa qed isiru l-aħħar verifiki kemm ta’ natura teknika u kif ukoll amministrattiva biex eventwalment ikun jista’ jiġi ffinalizzat il-kont.
Leg 13 PQ #22383 Sitting 495 2021-10-12 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex — Proġett tal-Mużew il-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Mużew il-ġdid fir-Rabat, Għawdex, meta hu previst li jitlesta u kemm hu previst li ser tkun l-ispiża totali ta' dan il-proġett ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet ta’ restawr u kostruzzjoni waslu fl-aħħar fażi u mistennija jkunu kompluti fil-ġimgħat li ġejjin. Il-proġett mistenni jkun lest fl-aħħar kwart tal-2022. Wara t-tibdil estensiv fid-disinn minħabba s-sejba arkeoloġika ta’ madwar 960 metru kwadru u li fuq direzzjoni tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali ġiet integrata fid-disinn tal-proġett, l-ispiża totali għada ma tistax tiġi prevista.
Leg 13 PQ #22384 Sitting 495 2021-10-12 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ir-Rabat Għawdex — proġett tal-Iskola Primarja tar-Rabat

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tal-iskola Primarja il-ġdida fir-Rabat, Għawdex, meta hu previst li jitlesta u kemm hu previst li ser tkun l-ispiża totali ta' dan il-proġett ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ bini ta’ Skola Primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex, jinsab fi stadju ta’ kostruzzjoni. Xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi, kif ukoll dawk ta’ finishes, se jibdew fix-xhur li ġejjin. Infakkar lill-Onor. interpellant li in vista tas-sejbiet arkeoloġiċi li nstabu waqt ix-xogħlijet kellu jkun hemm tibdil fil-pjanti u fl-andament tax-xogħol. Hu previst li l-proġett jitlesta matul is-sena skolastika 2023-2024. Hu previst li l-ispiża totali tal-proġett tkun madwar €21 miljun, eskluż il-VAT.

Self employed residenti f'Għawdex — kuntratt mal-Ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi self-employed residenti f'Għawdex li għandhom kuntratt ta' servizz mal-ministeru u jintalbu jagħtu s-servizzi tagħhom f'Malta? Kemm hemm individwi self-employed residenti f'Għawdex li għandhom kuntratt ta' servizz mal-ministeru u jintalbu jagħtu s-servizzi tagħhom f'Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra

Self employed residenti f'Malta — kuntratt ta' servizz mal-Ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi self-employed residenti f'Malta li għandhom kuntratt ta' servizz mal-ministeru u jintalbu jagħtu s-servizzi tagħhom f'Malta ? Kemm hemm individwi self-employed residenti f'Malta li għandhom kuntratt ta' servizz mal-ministeru u jintalbu jagħtu s-servizzi tagħhom f'Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Business Registry — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hu mqabbad mill-Malta Business Registry, in-natura u t-tul tal-konsulenza u r-rimunerazzjoni li titħallas għal tali rimunerazzjoni ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Business Registry m’għanda l-ebda konsulent mqabbad magħha.

Ministeru għal Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema self-employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema impjegati self-employed sabiex jagħtu servizz lill-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena mill-2010 'l hawn u x'inhi n-natura tal-ingaġġ tagħhom? Kemm hu t-tul ta' dawn il-kuntratti ta' ingaġġ u r-rimunerazzjoni li tingħata għal dawn l-ingaġġi? Kemm minn dawn il-ħaddiema jagħtu servizz f'Malta u kemm minnhom f'Għawdex ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali m’ghandu u lanqas kellu min meta gie mwaqqaf XI ħaddiema li huma ngaġġati bħala self-employed u jagħtu servizz lill-Ministeru għal Għawdex.

Malta Business Registry

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha impjegati fil-Malta Business Registry, sena b'sena, minn mindu twaqfet din l-agenzija u kemm minnhom huma desk officers?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Reġistru tal-Kumpaniji — multi imposti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari18973, jista' l-ministru jgħid għalkemm kienu jammontaw il-multi li ġew imposti fuq uffiċjali ta' kumpaniji reġistrati mar-Reġistru tal-Kumpaniji u kemm minn dawn l-ammonti ġew imħalsa s'issa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Reġistru tal-Kumpaniji — kumpaniji mħassra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Kumpanija ġew imħassra minn fuq ir-reġistru mir-Reġistru tal-Kumpaniji sa l-2019, fl-2020 u sal-aħħar ta' Settembru 2021? Kemm minn dawn il-kumpaniji ġew ravvivati u kemm hemm kawżi sabiex jiġu ravvivati dawn il-kumpaniji ? X'jiġri meta dawn il-kumpaniji li jiġu mħassra mir-Reġistru jkollhom kawżi pendenti meta jiġu mħassra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Reġistru tal-Kumpaniji — multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet immultata sal-aħħar ta' Settembru 2021 ai termini ta' L.S. 386.19, l-entita' totali ta' dawn il-multi u kemm kien l-ammont ta' multi skont dan ir-Regolament li tħallas s'issa lir-Reġistru tal-Kumpaniji?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.