Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlmentari 24250 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24100, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija kompletament u tgħid kemm ħallset Malta Enterprise għall-akkwist tal-ishma fil-kumpanija indikata u jekk il-kumpanija indikata għandhiex assi oħra barra dan is-cyclotron? Tista' tindika għala Malta Enterprise għażlet li ma tixtriex l-ishma kollha f'din il-kumpanija? Tista' tindika meta hu previst li s-cyclotron jibda jaħdem u jekk hijiex l-intenzjoni ta' Malta Enterprise li tibqa' azzjonista f'din il-kumpanija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Dewmien ta’ sigħat biex karozzi jaqsmu bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex kien hemm dewmien ta' bosta sigħat sabiex jaqsmu l-karozzi bejn Malta u Għawdex fl-għaxija tad-9 ta' Frar 2022? F'liema ħin ħadem in-Nikolaos u kemm-il vjaġġ għamel fl-istess jum?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-kumpanija kienet qed topera bi tlett vapuri; MV NIKOLAOS, MV TA PINU u MV GAUDOS. Il-bastiment MV MALITA - li kien qiegħed fil-baċir biex isirulu l-manutenzjonijiet rikjesti mill-awtoritajiet - kien ippjanat li jkompli jopera l-Ħamis filgħodu. Iżda minħabba ċirkostanzi varji li l-kumpanija ma kellha l-ebda kontroll fuqhom, l-MV Malita kien barra l-bacir ta’ Palumbo fis-18.15. Hekk kif sarulu s-sea trials, l-vapur salpa lejn iċ-Ċirkewwa fejn hemmhekk komplew isiru l-perparamenti biex ikun jista jibda jopera. Min-naħa l-oħra, nhar l-Erbgha 9 ta’ Frar, il-vapur MV NIKOLAOS għamel l-ewwel vjaġġ miċ-Ċirkewwa fil-4.45 u l-aħħar vjaġġ mill-Mgarr fl-16.00. Ghamel vjaġġ addizjonali fl-22.10 miċ-Ċirkewwa u fil-22.50 mill-Mġarr.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx problemi ta' titlu fuq Dar San Ġużepp li ġiet mikrija mill-Kurja ta' Għawdex lill-Gvern sabiex tiġi kkonvertita f'dar għall-anzjani u jekk dawn il-problemi humiex qed ixekklu l-iżvilupp tal-istess dar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’inhiex infurmat b’tali problemi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23948 u jikkonferma li s-sit mikri għandu problemi ta' stabilità li qed iżommu x-xogħol ta' finitura tiegħu? Kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet rimedjali u min hu responsabbli li jagħmilhom? Meta ser jibda jintuża dan is-sit bħala uffiċċju tal-kumpanija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24294 u jgħid kemm hu s-salarju taċ-Chairman Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services Ltd u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol ta’ Chairperson Eżekuttiv iġorr salarju ta’ €80,000. Inżid infakkru li din hi l-ewwel darba li ż-żewġ rwoli, dak ta’ Kap Eżekuttiv u ta’ Chairperson tal-Public Broadcasting Services Ltd, ġew amalgamati flimkien.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24101 u 23534 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23250, jista' l-Ministru jgħid kemm fih metri kwadri l-post li ġie mikri lil Malta Business Registry u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv ta' kera?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24251 u tindika kemm-il darba fl-aħħar għaxar snin Malta Enterprise xtrat ishma f'kumpaniji li kienet assistiet u kemm intefqu flus f'kull istanza? X'sar f'kull istanza mill-investiment imwettaq minn Malta Enterprise?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-aħħar għaxar snin Malta Enterprise xtrat biss ishma fil-kumpanija MTRACE. L-irwol tal-Malta Enterprise f’dan il-każ huwa li tara li din il-faċilità titlesta u tintuża għall-benefiċċju tal-pazjenti.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rikors maħluf ġie ppreżentat kontra d-Direttur-Ġenerali (Kompetizzjoni) fl-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ai termini tal-artiklu 14 tal-Kap. 379? Meta ġew ippreżentati dawn ir-rikorsi maħlufin u x'kien l-eżitu tagħhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninsab infurmat li ma ġie ppreżentat l-ebda rikors maħluf kontra d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ai termini tal-artiklu 14 tal-Att Dwar il-Kompetizzjoni
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – direct orders
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tagħha matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija Parlamentari 23910.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – direct orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw ?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ingħataw l-ebda direct orders fil-perjodu msemmi.
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza – direct orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li matul Jannar 2022 ma ingħatawx direct orders mill-Ministeru kkonċernat.
Jista' id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – direct orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jispjega għala kien hemm żieda ta' € 91.23 m fil-"Personal Emoluments" maħruġa mill-Gvern bejn Jannar u Ottubru 2021 fuq il-figura għall-istess perjodu fl-2020 ekwivalenti għall-żieda ta' 12.11%? Jista' jispeċifika jekk din il-figura tkoprix l-entitajiet kollha fis-settur pubbliku jew jekk tkoprix biss is-servizz pubbliku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-raġunijiet għaz-zieda fin-nefqa taħt il-kategorija tal-‘Personal Emoluments’ huma dawk spjegati fl-Estimi Supplimentari għas-sena finanzjarja 2021 li ġew approvati permezz ta l-Att Nru LXX tal-2021.
L-imsemmija zidiet seħħu prinċipalment taħt il-voti tal-Ministeru għas-Saħħa, tal-Edukazzjoni u tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Filwaqt li ċ-ċifri fl-Estimi Supplimentari jirreferu għal sena sħiħa, iz-zidied jiriflettu ruhom ukoll fl-ispiza attwali bejn Jannar u Ottubru 2021 għall-istess raġunijiet. Inzid li ċ-ċifri ikkwotati ikopru biss is-servizz pubbliku u jeskludu l-entitajiet pubbliċi.
Ministeru għal Għawdex — Heavy Plant Driver (Group 4)
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 24114 u 24248, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-gradi tal-21 individwu li kkwalifikaw wara din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 24248.
Għajnsielem – Pjazza Tolfa, Triq il-Ġnien, Triq Ħamri u Żona tal-Pjazza – flatwazzjonijiet tal-kurrent elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'passi qed tieħu jew ser tieħu l-Enemalta sabiex tassigura provvista adekwata tad-dawl fiż-żona ta' Għajnsielem magħrufa bħala L-Gudja li tikkomprendi ż-Żona ta’ Pjazza Tolfa, Triq il-Ġnien, Triq Ħamri u ż-Żona tal-Pjazza fejn fil-preżent hemm problemi kbar ta' flatwazzjonijiet tal-kurrent elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta qed tistenna li jitlestew it-trinek għal cables biex tqabbad żewġ substations f’din iż-żona.
Ministeru għal Għawdex – Segretarju Permanenti – direct orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammonti tagħhom u l-iskop għalxiex ingħataw?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tiġi ppubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern perjodikament.
Jista' l-Ministru jispjega għala minkejja li l-Procurement Policy Note 32 impoġġija mill-Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24249 hemm speċifikat li direct orders m'għandhomx jingħataw b'mod regolari u kumulattiv (para. 4(e)), kif spjegat f'mistoqsija parlamentari 24110, ġew approvati mid-Direct Orders Office tal-Ministeru tiegħu sitt direct orders bejn l-2016 u l-2021 għall-konsulenza ekonomika, li tlieta minnhom huma fl-istess ammont ta' € 57,500 (fl-2016, fl-2018 u fl-2019) lil istess persuna? Jista' jispjega għala d-Direct Orders Office approva dawn id-direct orders minkejja li dan hu in kontravenzjoni tal-para. 4(e) tal-Procurement Policy Note No. 32 ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lil Onorevoli interpellant li d-direct orders imsemmija fil-PQ 24110 ma jmorrux kontra Procurement Policy Note #32 paragrafu 4(e) minħabba dan li ġej:
Dan il-paragrafu jkompli speċifikament kif ġej:
A Direct Order is very specific – it is for procurement of works / services / supplies for a specific period and a specific value – it has a beginning and an end. Hence for each and every request, as soon as the envisaged value of procurement exceeds the approved value, a fresh Direct Order approval is to be sought.
Id-direct orders imsemmija ġew mitluba u mogħtija skont l-esiġenzi u l-bzonn tal-Ministeru mingħajr ma kien hemm rabta awtomatika bejn waħda u oħra. Infatti l-Ministeru seta’ faċilment jitlob għal direct order waħda għas-servizzi mogħtija fl-2018 u 2019 kieku kien hemm premiditazzjoni biex jingħataw f’mod kumulattiv. Il-Procurement Policy Note ma titkellimx fuq għotja ta’ direct order b’mod regolari imma fuq possibiltà li l-istess direct order tiġi mġedda. Xi ħaġa li infatti ma saritx.
B’hekk wieħed jista jikkonkludi li t-tliet approvazzjonijiet għad-
direct orders
ma kinux bi ksur tal-
Procurement Policy Note
, imma infatti segwew il-politika mfassla fl-istess nota.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rikors maħluf ġie ppreżentat mad-Direttur-Ġenerali (Kompetizzjoni) fl-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ai termini tal-artiklu 12A tal-Kap. 379? Meta ġew ippreżentati dawn ir-rikorsi maħlufin u x'kien l-eżitu tagħhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninsab infurmat li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ma ppreżenta l-ebda rikors ġuramentat fil-Qorti ai termini tal-artiklu 12A tal-Att Dwar il-Kompetizzjoni.