Jista’ l-Mnistru jispjega għaliex il-Kummissarju tal-VAT ma weġibx għall-ittri tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, datati 24 ta’ Novembru 2010 u tal-21 ta’ Jannar 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nstabitx korrispondenza mingħand il-persuna riferuta. Id-Dipartiment ħa azzjoni u għamel kuntatt ma’ din il-persuna, biex tibgħat kopja ta’ din il-korrispondenza.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mis-segwenti entitajiet, kemm b’direct order u kemm permezz ta’ tender Governattiv: Bord Mediku Kummissjoni Elettorali, Bord tal-Appelli dwar l-Ippjanar, Bord dwar l-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet, Bord tar-Reġistrazzjoni u Reviżjoni, Bord tal-Appell għall-Affarijiet tal-Konsumatur, Bord tal-Appelli dwar it-Turiżmu, Bord tal-Appelli Kunsilli Lokali (Offerti), Bord tal-Fond għall-Ħarsien tal-Ambjent, Bord tal-Warrant ta' Restawraturi, Ċentru għall-Kreattività San Ġakbu, Direttur tal-Infurzar (MTA), Fondazzjoni Patrimonju Malti, Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, Industrial Projects and Services Limited, Kumitat Festi Nazzjonali, Kumitat għall-Prevenzjoni u l-Kontroll dwar il-Patrimonju – Kulturali? Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kuntratt b'direct order jew tender
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mis-segwenti entitajiet kemm b’diret order u kemm permezz ta’ tender Governattiv:
Malta Shipyards, Malta Stock Exchange, Malta Tradefairs Corporation, Malta Venture Capital, Medelec Switchgear Limited, Mimcol, MOBC, Privatisation Unit, Public Contracts Appeals Board, Rent Compensation Board Gozo, Rent Copensation Board Malta, Rent Regulation Board Gozo, Rent Regulation Board Malta, Retail Price Index Advisory Board, Revision of Notarial Acts, Rural Leases Control Board Gozo, Rural Leases Control Board Malta, State Aid Monitoring Board, Third VAT Appeals Board, VAT Appeals Board u Water Services Corporation?
Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb li wieħed jgħid illi l-operat tal-Malta Tradefairs Corporation intemm fis-sena 2006. L-MFCC hija kumpanija privata u għaldaqstant m’għandhiex x’taqsam mal-gvern.
Attachments:Papers Laid 1 - PQ 18491.docPapers Laid 2 - PQ 18491.xlsPapers Laid 3 - PQ 18491.pdfPapers Laid 4 - PQ 18491.doc
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta jiskadi t-terminu tal-Ombudsman preżenti u jekk diġà skada, x’miżuri ħa sabiex jiġi appuntat ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li fil-11 ta’ Jannar, wara konsultazzjoni mal- Kap tal- Oppożizzjoni, jiena ressaqt riżoluzzjoni dwar il-ħatra tal- Ombudsman
Jista' l-Ministru jispjega għaliex it-tribunal amministrattiv li jidher li kellu jkun presedut mill-Maġistrat Doreen Clarke għadu mhux qed jiffunzjona? Jista' l-Ministru jispjega x'miżuri se jieħu f'dan ir-rigward?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva issa ilu li beda jiffunzjona u kien hemm diversi seduti. Tajjeb ukoll li ssir referenza għar-risposta li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20613 tal-Onorevoli Interpellant. Ta’ min jirrimarka li riċentament it-Tribunal ma baqax jiġi ppresedut mill-Maġistrat Dr. Doreen Clarke u ġiet maħtura minflokha l-Maġistrat Gabriella Vella fejn hemm diversi seduti appuntati, u ċioe għal nhar il- 21, 27 u, 28 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar, 2011.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u s-socjeta’ Heritage Oil Corporation għadux in vigore?
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar ittra mibghuta f’Marzu 2008 mill-mexxej Libjan Gaddafi lis-socjeta’ Heritage Oil Corporation?
Jista' l-Ministru jikkonferma li attwalment l-esplorazzjoni għaż-żejt mill-kumpanija Heritage Oil Corporation twaqqafx minħabba l-protesta u l-pressjoni tal-Gvern Libjan u jagħti d-dettalji?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Malti għall-pressjoni magħmula mill-Gvern Libjan sabiex ma jsirx tħaffir għaż-żejt minn Malta f’dik il-parti tal-Mediterran magħrufa bħala zona 7 u jagħti d-dettalji?
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern Malti iddikjara s-sovranita’ fuq l-imsejħa żona 7 ai finijiet tad-dritt internazzjonali?
Jista’ l-Ministru jispjega x’miżuri beħsiebu jieħu l-Gvern sabiex jasserixxi s-sovranita’ tal-pajjiż fuq it-territorju kollu ta' Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-kuntratt ma Heritage oil għadu in vigore.Jien infurmat ikoll li ma ntbagħtet ebda ittra kif indikat mill-Onor Interpellant. L-esplorazzjoni ma twaqqfitx, fil-fatt il-kuntratt għadu in vigore.Saru diversi laqgħat mal-Gvern Libjan propjament fuq dan is-suġġett u ntbagħtu ittri ta’ protest fuq din iż-żona. Il-pożizzjoni tal-Gvern Malta hi li Area 7 hija parti mill-blata kontinentali ta’ Malta u għalhekk Malta tgawdi minn drittijiet sovrani f’din iż-żona għat-tiftix u esplojtazzjoni ta’ riżorsi naturali skont kif tippermetti l-liġi internazzjonali. Tajjeb niftakru li meta Malta ħafret għaż-żejt fuq il-Medina Bank (fl-1980), il-kumpanija Texaco kienet imwaqqfa mill-Gvern Libjan. Il-Gvern Malti imbagħad mar l-ICJ iżda l-Qorti ma ddeċiditx dwar il-parti tal-Medina Bank minħabba li saret oġġezzjoni mill-Italja. Il-claims ta’ Malta fuq Area 7 kienu preżentati fl-ICJ u dawn għadhom l-istess. Il-Gvern għadu għaddej b'diskussjonijiet mal-Libja u l-Italja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet relatati mal-istess Ministeru lis-soċjetà Alert u l-valur tal-istess matul dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għalhekk ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-nies li joperaw il-farmer market ġewwa Ta' Qali humiex koperti bil-permess u liċenzji? Jista' jagħti d-dettalji tal-liċenzja li huma għandhom u jekk humiex awtorizzati jixtru huma stess il-biegħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li kull persuna li jarma fil-Farmers Market issottometta applikazzjoni mad-Dipartiment tal-Kummerċ għal-liċenzja biex jarma fis-swieq. Kull persuna li tarma f’dan is-suq jista' jixtri biegħa basta dan ikun prodott Malti.
MEPA — Wied Ganu fiż-Żurrieq - farmhouse mibnija bla permess
Question
Jista' l-Prim Ministru jispjega kif ġiet issanata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar farmhouse mibnija f'Wied Ganu iż-Żurrieq li kienet tappartjeni lill-familja indikata separatament meta din inbniet bla permess xi seba' snin ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-awtorità għandha bżonn site plan bil-post indikat biex tkun tista’ twieġeb aħjar din il-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti, kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi taghhom u kemm qed jithallsu fis-sena referibbilment għal: -
Awtorità dwar ix-Xandir, Kummissjoni Elettorali, Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku, Kummissjoni dwar l-Impjiegi, Awtorità dwar il-Medicini, Awtorità Maltija dwar l-Istandards, Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, Awtorità tat-Turizmu ta’ Malta, Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali, Kunsilll Malti ghall-Kultura u l-Arti, Kunsill Malti ghax-Xjenza u Teknoligija, Patrimonju Malti, Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u Bord dwar il-Petizzjonijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex
full-time
u x’paga għandhom? Dan kollu senjatament ghas-snin 2008, 2009 u 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’
retainers
għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ttieħdu l-ebda passi fil-każ li qed jiġi indikat separatament? Japprezza l-Ministru li f’dak il-każ il-kwerelanti qed isofru preġudizzji gravi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa sabiex tkun identifikata l-persuna jew persuni li allegatament qed jokkupaw il-post imsemmi mingħajr titolu.
Jista l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-kawżi li ġew trasferiti għal quddiem it-tribunal aministrattiv għadhom mhux qed jiġu appuntati?
Jista l-Ministru jgħid x’miżuri jistgħu jittieħdu sabiex dawn il-kawżi jibdew jinstegħmu u jidhirlux li fil-frattemp qed jirreka ruħu preġudizzju sostanzjali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-kawżi li hemm quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva qed jiġu appuntati. Infurmat ukoll li diġà kien hemm diversi seduti kif ukoll għad hemm kawżi oħra li għad iridu jiġu appuntati.
Trattat bejn Malta u Libja — skambjament ta' priġunieri
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li t-trattat bejn Malta u l-Libja dwar l-iskambjament ta' priġunieri qed jiġi attwat? Jista' jgħid f'dan l-isfond kemm ġew trasferiti ċittadini Libjani lejn il-Libja u kemm ċittadini Maltin ġew trasferiti lejn Malta? Jista' jikkonferma li l-priġunieri Libjani mibgħuta lura l-Libja kollha ngħataw maħfra mill-Gvern Libjan? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jidhirlu l-Ministru li dan kollu huwa diskriminatorju għall-priġunieri Maltin? X'miżuri ħa jieħu biex ineħħi din id-diskriminazzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
It-Trattat bejn Malta u l-Libja dwar l-iskambjament bejn il-priġunieri li kien ġie ffirmat fl-14 ta' Ottubru tal-1994, daħal fis-seħħ fid-29 ta' Awwissu tal-1996. Ninsab infurmat illi minn din id-data sal-lum intbagħtu 20 priġunier Libjan lura lejn pajjiżhom, filwaqt li ma jirriżultax li ġew trasferiti lejn pajjiżna priġunieri Maltin miżmuma ġewwa l-Libja.
Ta' min jgħid illi t-trasferiment jista' jseħħ biss wara li jkunu saru il-verifiki kollha tal-kriterji stipulati fit-trattat, li kopja tiegħu qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Agreement of transfer of sentenced prisoners.pdf
MEPA — Wied Ganu fiż-Żurrieq - farmhouse mibnija bla permess
Question
Jista' l-Prim Ministru jispjega kif ġiet issanata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar farmhouse mibnija f'Wied Ganu iż-Żurrieq li kienet tappartjeni lill-familja indikata separatament meta din inbniet bla permess xi seba' snin ilu?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mis-segwenti entitajiet kemm b’direct order u kemm permezz ta’ tender Governattiv: Kumitat Ko-ordinattiv għall-Bio Sigurtà, Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Patrimonju – Naturali, Kumitat Ornis, Kumitat għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrali tat-Tniġġiż, Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-Infurzar Lokali, Kumitat tal-Utenti (Appuntat mill-MEPA), Kumitat tan-Nomini għall-Unuri, Dekorazzjonijiet u Għotjiet, Kumitat tat-Tmexxija Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran, Kumitat tat-Tmexxija Teatru Manwel, Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp, Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust, Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor, Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur, MEUSAC, Minerals Advisory Bord, National Sovereignty and Jurisdiction Committee, Orkestra Filarmonika Nazzjonali, Panel ta’ Konċiljazzjoni, Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi, Tribunal Industrijali? Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda kuntratt li ngħata mis-segwenti entitajiet kemm b’direct order u kemm permezz ta’ tender Governattiv.
· Kumitat Ko-ordinattiv għall-Bio-Sigurtà
· Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Patrimonju Naturali
· Kumitat Ornis
· Kumitat għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrali tat-Tniġġiż
· Kumitat tat-Tmexxija dwar l-Infurzar Lokali
· Kumitat ta’ l-Utenti (appuntat mill-MEPA)
· Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp
· Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust
· Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor
· Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur
· Minerals Advisory Board
· National Sovereignty and Jurisdiction Committee
· Orkestra Filarmonika Nazzjonali
· Panel ta’ Konċiljazzjoni
· Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi
· Tribunal Industrijali
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif tidher fit-tabella annessa.
Ministeri għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kuntratti b'direct order jew tender
Question
Jista’ l-Ministru jghid kemm-il kuntratt ingħata mis-segwenti entitajiet kemm b’diret order u kemm permezz ta’ tender Governattiv:
Grand Harbour Regeneration Corporation p.l.c., Malta Freeport Corporation Limited, Malta Electronics Services Limited, Malta Government, Technology Investments Limited, Malta Information Technology Agency, Malta Communications Authority, Authority for Transport in Malta, Airport Charges Regulatory Board, Communications Appeals Board, CVA Board, Mouring Services Board, Port Workers Board, Port Workers Appeals Board, Printed Matters Appeals Board
,
Public Transport Appeals Board, Stamp Design Advisory Board? Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi din l-istatistika tinġabar u tiġi pubblikata mill-Kumitat tal-Kuntratti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-applikazzjonijiet ta’ spettur fil-Korp tal-Pulizija kienu tassew eliġibbli fir-rigward tal-kwalifiki meħtieġa skont kif kienu mħabbra fil-Gazzetta tal-Gvern? Jekk kien hemm nies mhux hekk eliġibbli, x’kienet ir-raguni li dawn qed jigu kkonsidrati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-proċess tal-għażla fl-applikazzjonijiet msemmija mill-Onorevoli Interpellant isir taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Prim Ministru jghid jekk il-
water polo pitch
tal-Belt Valletta jaqax taħt ir-responsabbilita’ tal-Gvern Ċentrali jew tal-Kunsill Lokali tal-Belt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-pitch tal-waterpolo tal-Belt ma jaqax taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.