Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kuntratti b'direct order jew tender

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ngħata mis-segwenti entitajiet kemm b’diret order u kemm permezz ta’ tender Governattiv, Kalaxlokk Company Limited, Cordin Grain Terminal Limited, Land Arbitration Board, Libyan Arab Holdings Company Limited, Licensing Advisory Committee, Licensing Appeals Board, Lotteries and Gaming Authority, MALPRO Limited, Malta Air Traffic Services Limited, Malta Crafts Council, Malta Dairy Products Limited, Malta Enterprise Appeals Board, Malta Enterprise Board, Malta Export Credit Insurance, Malta Film Commission, Malta Financial Services Authority, Malta Industrial Parks, Malta International Airport p.l.c., Malta National Library u Malta Statistics Authority? Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23928 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

persuna li m'ingħatatx promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ma ngħatatx promozzjoni fl-2008, meta din il-persuna kienet suffiċjentement ikkwalifikata u meta kien hemm numru sostanzjali ta’ nies hekk promossi li kienu ferm anqas ikkwalifikati u anzjani minnu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23929 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal Amministrattiv — diskrimanzzjoni

Question

Fl-isfond ta’ dan kollu, nonostante l-mijiet ta’ każijiet deċiżi kontra l-Gvern mit-Tribunal Amministrattiv kkappeġġat mill-Imħallef, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fejn ġiet stabbilità diskriminazzjoni persistenti, u l-Gvern reġa’ miexi bl-istess mod, ma jidhirlux l-Prim Ministru li f'ġieħ is-sewwa u f’ġieħ il-valuri ta’ ekwità għandu jindirizza dawn l-inġustizzji sfaċċati li qed isiru fl-Armata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23930 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tibdil tas-Sit tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-format tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern kien tbiddel? Jaf il-Ministru li hemm ħafna ilmenti ta’ kif qiegħed jiffunzjona dan is-sit? Jaf il-Ministru li ħafna huma dawk tal-opinjoni li l-format antik ta’ dan is-sit elettroniku kien aktar effiċjenti u aktar user-friendly?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19676.
Leg 11 PQ #23922 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ dawk il-membri fl-Armata li ħadu promozzjonijiet u ta’ dawk li ma ħadux u dan rigwardanti l-promozzjonijiet li ngħataw fl-2010 back-dated għall-2009 u dawk tal-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23923 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Seniority

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika l-kwalifiki u s-seniority ta’ dawk il-membri tal-Armata li ħadu l-promozzjoni u ta’ dawk li ma ħadux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23925 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

C Company — Surġenti

Question

Jafx il-Prim Ministru li ma’ C Company qabel ma ħarġu l-promozzjonijiet, diġa kien hemm surġenti biżżejjed? Jista' jindika kemm kien hemm surġenti qabel l-2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23926 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

C Company — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew promossi għar-rank ta’ surġent nies mis-C Company fl-2010 u 2008 u li llum uħud minnhom huma mifruxin ma’ kumpanija oħra? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ min huma dawn is-surġenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23927 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżerċizzju tal-promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega għaliex kien biss wara l-aħħar eżercizzju tal-promozzjonijiet u ċioe tal-2010 back-dated għall-2009 li nħareġ il-librett li jikkonċerna r-regolamenti fejn issa ġie vjetat li jerġgħu jingħataw promozzjonijiet qabel it-trapass ta’ ċertu żmien? Jidhirlu li din tista’ titqies bħala manuvra sabiex torbot Gvern futur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Kawżi tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rikors ġie intavolat quddiem il-Maġistrat li tippressjedi l-kawżi tal-VAT fis-snin 2009 u 2010, fejn skont il-proċedura l-ġdida tkun intalbet maħfra? Jista’ jgħid kemm minn dawn ir-rikorsi ġew milqugħa? Jekk jirriżulta li l-ebda wieħed minn dawn ir-rikorsi ma jiġi milqugħ, ma jidhirlux li għandha tinbidel il-liġi fejn il-Maġistrat jingħata d-deskrizzjoni li jiddeċiedi anke meta l-Kummssarju tal-VAT ikun qed jopponi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’huwiex l-awtorita’ kompetenti sabiex jikkonferma kemm ġew intavolati rikorsi fil-qrati quddiem il-Maġistrat li tippresjedi fuq il-kawżi tal-VAT fis-snin 2009 u 2010, fejn skont il-proċedura l-ġdida tkun intalbet maħfra. Għaldaqstant dan id-dipartiment m’għandux dettalji ta’ din l-istatistika u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja.
Leg 11 PQ #23885 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Maħfra Presidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2009, 2010 u 2011, kemm ġew ippreżentati talbiet għall-maħfra presidenzjali u kemm minn dawn ġew milqugħa? Jekk jirriżulta li kien hemm minn dawn ir-rikjesti milqugħa, jista' jagħti d-dettalji?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ġew ippreżentati 204 talba għall-Maħfra Presidenzjali kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Leg 11 PQ #23886 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

detenut l-ħabs taħt arrest preventiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm persuni detenuti l-ħabs taħt arrest preventiv u jindika d-dettalji, fosthom in-nazzjonalità u d-durata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #23887 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti Kriminali — applikazzjonijiet mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha li tbiddlet il-liġi, kemm-il applikazzjoni saret mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali quddiem il-Qorti Kriminali fejn intalab li terġa' titneħħa l-libertà proviżorja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-għadd ta’ rikorsi preżentati mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għat-tneħħija tal-liberta provviżorja matul iż-żmien huwa kif imfisser hawn taħt: 2004: 7 2005: 6 2006: 12 2007: 13 2008: 11 2009: 22 2010: 28 2011: 6 s’ issa
Leg 11 PQ #23888 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korettiva ta' Kordin — persuni minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm preżentament, nies li għadhom minorenni, detenuti fil-Faċilità Korettiva ta' Kordin? Jista' jispjega jekk għandux il-ħsieb li dawn iż-żgħażagħ jibdew jiġu detenuti f'bini ieħor u akter idoneu għaċ-ċirkostanzi tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm tlett persuni minorenni detenuti. Dawn huma allokati fit-taqsima ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena margħufa bħala il-YOURS u ċioe' Il-Young Offenders Unit for Rehabilitation Services, separati mill-oħrajn.
Leg 11 PQ #23878 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati Ċivili — annullamenti pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ta' annullamenti pendenti quddiem il-Qrati Ċivili? Jista' jindika min huma l-imħallfin relatati u kemm ġew deċiżi kawżi ta' annulamenti sena wara sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sat-18 ta' Frar 2010 kien hemm 369 kawza ta’ annullament taż-żwieġ li jinsabu pendenti quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja). Infurmat ukoll illi hemm 12-il appell minn deċiżjonijiet tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) li huma pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell kif ukoll 18-il rikors li huma pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell sabiex tiġi reġistrata deċiżjoni dwar annullament ta’ żwieġ mit-Tribunal Ekkleżjastiku. Infurmat ukoll illi l-Imħallfin relatati huma; l-Imħallef Noel Cuschieri, l-Imħallef Anna Felice, l-Imħallef Joseph Azzopardi, l-Maġistrat Dr Paul Coppini u l-Maġistrat Dr Anthony Ellul. Rigward kawżi ta' annullamenti li ġew deċiżi f'dawn l-aħħar ħames snin, in-numru kien kif ġej:- 2006 2007 2008 2009 2010 Malta 218 179 182 127 92 Għawdex 7 8 6 7 13
Leg 11 PQ #23879 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kawżi ta' annullamenti

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm inqagħtu kawżi ta' annullamenti matul dawn l-aħħar ħames snin mill-imħalfin li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-kawżi ta’ annullament taż-żwieġ deċiżi mill-Imħallfin imsemmija fid-domanda Parlamentari huma dawn: 2008 2009 2010 2011† L-Imhallef Noel Cuschieri 91 85 55 1 L-Imhallef Anna Felice* - 4 26 6 * L-Imh Felice giet assenjata il-Qorti tal-Familja f’Diċembru 2008. † Sat-18 ta’ Frar, 2011.
Leg 11 PQ #23880 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati Ċivili u Ekkleżjastiċi — żwiġijiet annullati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew annullati żwiġijiet mill-Qrati Ċivili u mill-Qrati Ekkleżjastiċi matul is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Leg 11 PQ #23881 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Medjazzjoni fuq separazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 kemm ġew ippreżentati ittri għall-medjazzjoni konċernanti separazzjonijiet u kawżi l-Qorti rigwardanti separazzjonijiet u kemm ippubblikat kuntratti ta' separazzjonijiet fil-perjodu indikat? Jista' jindika, mill-istatistika mitluba, kemm mill-persuni involuti kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kawżi/Ittri/Noti għal separazzjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej:- (Malta) 2006 2007 2008 2009 2010 Ittri għal Separazzjoni Personali 700 898 758 799 854 Noti għal Separazzjoni Bonarja 321 93 306 290 261 Kawżi kontenzjuzi 120 178 134 133 113 (Għawdex) 2006 2007 2008 2009 2010 Ittri għal Separazzjoni Personali 8 13 12 16 7 Noti għal Separazzjoni Bonarja 16 9 13 17 17 Kawzi kontenzjuzi 32 46 33 39 34 Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika dwar kemm minn dawn kienu ta' ċittadinanza barranija.

Twelid ta' tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul il-perjodu 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 kemm twieldu tfal barra ż-żwiġijiet? X'persentaġġ huma dawn komparati ma' dawk li jitwieldu fiż-żwieġ? Kemm tfal ġew imniżżla dikjarati bħala missier mhux magħruf?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.