Jista' l-Ministru jgħid hux possibbli li l-inkwilina tal-fond, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, jinxtara minnha? Jista' jindika jekk il-fond indikat hux meħud b'possession and use ? Jekk fl-affermattiv meta beħsiebu l-Gvern jirregola l-pożizzjoni tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-post li d-dettalji tiegħu ntbgħatu separatament huwa meħud b’titlu ta’ pussess u użu.
Hija l-intenzjoni tal-gvern li l-postijiet kollha meħuda taħt titlu ta’ pussess u użu jew dominju pubbliku jiġu akkwistati u għalhekk l-inkwilini jkunu jistgħu jixtru r-residenza tagħhom. Għal dan il-għan, fis-sena 2010, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern beda eżerċizzju fejn dawn il-proprjetajiet bdew jiġu akkwistati billi tiġi kkapitalizzata l-kera’ ta’ akkwist jew għarfien skont it-termini tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88). Dan il-proċess jirrikjedi ħafna xogħol u għalhekk jista jieħu fit-tul biex ikun komplut.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-Joint Office mhux qiegħed iwieġeb għall-korrispondenza tal-persuni, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-korrispondenza tal-persuni li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament waslet fl-Uffiċċju Konġunt nhar il-5 ta’ Marzu 2011 u kienet tittratta dwar rikonoxximent tal-imsemmija persuni bħal ċenswalisti fuq proprjeta’ mogħtija b’titolu ta’ ċens temporanju. Għalkemm hija x-xewqa ta’ dan l-Uffiċċju li l-ittri jitwieġbu kemm jista’ jkun malajr, però dan l-Uffiċċju jirċievi mijiet ta’ ittri simili u għalhekk mhux dejjem ikun possibbli li jingħataw it-tweġiba fiż-żmien mixtieq.
Nixtieq però ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mat-talba li saret ma kienx hemm id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa u għalhekk dan l-Uffiċċju bagħat ittra lill-Avukat tal-persuni konċernati fejn talbu sabiex jibgħat id-dokumenti meħtieġa ħalli t-talba tal-klijenti tiegħu tkun tista’ tiġi proċessata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm preżentement hawn nies li għandhom il-warrant sabiex jipprattikaw ta’ avukat? Jista’ jgħid kemm preżentement hawn nies li għandhom il-warrant sabiex jipprattikaw ta’ prokuratur legali? Jista’ jgħid kemm preżentement hawn nies li għandhom il-warrant sabiex jipprattikaw ta’ nutar pubbliku?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 65 persuna li għandha l-warrant biex tipprattika bħala Prokuratur Legali u 284 Nutara prattikanti.
Għar-rigward tal-Avukati, infurmat illi tali statistika ma tinżammx.
Università ta' Malta — studenti li jistudjaw il-liġi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti preżentement jistudjaw il-liġi fl-Università ta’ Malta u tagħti d-dettalji ta' kemm hemm studenti sena b’sena? Tista’ tgħid x’inhuma l-kwalifiki rikjesti sabiex wieħed jibda l-kors tal-liġi? Tista’ tgħid kif persuna tikkwalifika bħala mature student? Tista’ tgħid kemm hemm mature students fil-kors tal-liġi sena b'sena? Tista’ tgħid min huma l-lecturers kemm dawk part-time kif ukoll full-time fil-kors tal-liġi u min minnhom għandu t-titlu ta’ professur jew associate professor? Tista’ tgħid min hu d-Dean attwali tal-Fakultà tal-Liġi? Jidhrilha li l-kwalifiki rikejsti sabiex wieħed jibda kors tal-liġi huma baxxi ħafna, speċjalment meta komparati mal-kwalifiki rikjesti f’korsijiet oħrajn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MFSA — deċiżjonijiet fuq La Vallette Multi Manager Property Fund
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport/rapporti u deċiżjoni/deċiżjonijiet magħmula mill-Awtortà ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji konċernanti La Vallette Multi Manager Property Fund?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19536.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment ġie ntavolat kontra La Vallette Multi Manager Property Fund u kemm-il ilment ġie ntavolat kontra l-Bank of Valletta f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sa l-aħħar ta’ April 2011, ġew reġistrati mal-MFSA b’kollox 27 ilment fir-rigward tal-investiment fil-La Vallette Multi Manager Property Fund.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija in-numru ta’ ilmenti li waslu għand l-MFSA skont it-termini tad-domanda parlamentari huwa kif ġej:
2008 - 46
2009 - 42
2010 - 33
Dawn jikkonsistu f’ilmenti fir-rigward ta’ servizzi bankarji u ta’ investiment offruti mill-bank.
Jista’ l-Ministru jgħid u jagħti d-dettalji ta' kemm hemm berths disponibbli F'Malta u Għawdex? Jista’ jgħid preżentement kemm hemm applikazzjonijiet pendenti fuq il-waiting list?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f'Malta u Għawdex hawn madwar 1661 berth disponibbli fil-yacht marinas. Dawn huma maqsumin kif ġej:
Msida u Ta' Xbiex 837
Grand Harbour Marina 250
Portomaso 110
Manoel Island Marina 204
Mġarr 210
Gżira 50
Minħabba li l-
yacht
marinas
huma operati minn operaturi differenti m’huwiex vijabli li tinżamm lista nazzjonli ta' kemm hemm applikazjonijiet pendenti għal
berths
f'
yacht
marinas
. Dan għaliex sid ta'
yacht
jista’ jkun applika ma’ diversi operaturi ta'
yacht
marinas
jew waqt li għandu
berth
f'y
acht
marina
jkun applika għal
berth
alternattiva
f'yacht
marina
oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti, kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, Kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment għal: -
Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi, Bord Mediku Kummissjoni Elettorali, Bord tal-Appelli dwar l-Ippjanar, Bord dwar l-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet, Bord tar-Registrazzjoni u Revizjoni, Bord tal-Appell għall-Affarijiet tal-Konsumatur, Bord tal-Appelli dwar it-Turizmu, Bord ta’ l-Appelli Kunsilli Lokali (Offerti), Bord tal-Fond għall-Harsien tal-Ambjent, Bord tal-Warrant ta' Restawraturi, Ċentru għall-Kreattività San Ġakbu, Direttur ta’ l-Infurzar (MTA), Fondazzjoni Patrimonju Malti, Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Gwann u Industrial Projects and Services Limited?
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex
full-time
u x’paga għandhom? Dan kollu senjatament għas-snin 2008, 2009 u 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’
retainers
għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ dawk il-membri fl-Armata li ħadu promozzjonijiet u ta’ dawk li ma ħadux u dan rigwardanti l-promozzjonijiet li ngħataw fl-2010 back-dated għall-2009 u dawk tal-2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba tmur kontra l-Att tal-Protezzjoni tad-Data meta ssir pubblika wara li tiġi sottomessa fil-Kamra. Għaldaqstant din ma tistax tingħata mingħajr il-kunsens tal-persuni kkonċernati.
Jista’ l-Prim Ministru jindika l-kwalifiki u s-seniority ta’ dawk il-membri tal-Armata li ħadu l-promozzjoni u ta’ dawk li ma ħadux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-kwalifiki minimi neċessarji sabiex wieħed seta jkun eliġibbli biex jiġi kkunsidrat għal promozzjoni fl-2008 u l-2009 huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt;
Promotion to
Minimum Requirements
L/Bdr
RecommendationVacancyACE 3Trade Qualification A3/B3
Bdr
RecommendationVacancyACE 3Trade Qualification A2/B2
Sgt
RecommendationVacancyACE 2Trade Qualification A2/B2
SSgt
RecommendationVacancyACE 2Trade Qualification A1/B1
WO II
RecommendationVacancyACE 1Trade Qualification A1/B1
WO I
RecommendationVacancyACE 1Trade Qualification A1/B1
Fil każ tas-
seniority,
il-punti allokati kienu kif stabbiliti fl-
iStanding Orders
rispettivi li huma applikabbli għas-suldati kollha tal-Forza.
Jaf il-Prim Ministru li ma’ C Company qabel ma ħarġu l-promozzjonijiet, diġa kien hemm surġenti biżżejjed? Jista' jindika kemm kien hemm surġenti qabel l-2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal-eżerċizzji tal-2008 u l-2009.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qabel l-eżerċizzju ta’ promozzjonijiet ta’ l-2008 fil-kumpanija kkonċernata kien hemm tliet Staff Surġenti u xejn Surġenti filwaqt li qabel l-eżerċizzju tal-2009 kien hemm tmien surġenti.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew promossi għar-rank ta’ surġent nies mis-C Company fl-2010 u 2008 u li llum uħud minnhom huma mifruxin ma’ kumpanija oħra? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ min huma dawn is-surġenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jerġa jirreferi għal-eżerċizzju tal-2009.
Bejn l-2008 u l-2009 kien hemm ħames surġenti promossi li għażlu li ma jġeddux il-kuntratt volontarju tagħhom sabiex iservu fl-istess kumpanija u li għaldaqstant dawn ġew trasferiti f’sezzjonijiet oħra tal-armata. Tlieta fil-Headquarters tal-Ewwel Reġiment; wieħed fl-Air Defence and Support Company; wieħed fit-
training school
tal-Armata. Id-dettalji ta’ min huma dawn is-surġenti ma jistgħux jingħataw mingħajr il-kunsens tagħhom.
Jista’ l-Prim Ministru jispjega għaliex kien biss wara l-aħħar eżercizzju tal-promozzjonijiet u ċioe tal-2010 back-dated għall-2009 li nħareġ il-librett li jikkonċerna r-regolamenti fejn issa ġie vjetat li jerġgħu jingħataw promozzjonijiet qabel it-trapass ta’ ċertu żmien? Jidhirlu li din tista’ titqies bħala manuvra sabiex torbot Gvern futur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għas-Soldier’s Career Handbook li ġie stampat mill-armata f’Awissu 2009.
Ninforma lill-Onorevoli membru li dan il-
handbook
jikkomprendi linji gwida ta’ kif jimtela l-Annual Confidential Report li fuqu jiġi assessjat kull suldat għall-promozzjoni. Dawn il-linji gwida kienu diġa hemm qabel il-pubblikazzjoni tal-
handbook
iżda sabiex l-armata tassigura aktar trasparenza fl-assessjar tas-suldati ħasset il-ħtieġa li tippubblika dan il-ktejjeb u tqassmu lill kull suldat sabiex kulħadd ikun jaf fuq x’hiex ser jiġi assessjat fl-aħħar tas-sena.
Ma naqbilx mal-Onorevoli membru li din tista’ titqies bħala manuvra sabiex torbot gvern futur anzi nirreferi lill-membru għar-rapport annwali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman tal-2009 partikolarment fejn issir referenza għall-Forzi Armati ta’ Malta. Fir-rapport tiegħu u b’referenza għas-Soldier’s Career Handbook l-Ombudsman jgħid:
“The Office of the Ombudsman welcomes this initiative in homage to transperancy, fair and responsible governance and holds this commitment to the principles of good adminisration by the AFM leadership as an example of its ability to encourage public bodies to learn lessons from the Ombudsman’s investigations as well as from their own experience; to recognize good practice; and to act in accordance with a code that is made known to all interested parties.”
Jista’ l-Prim Ministru jispjega għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ngħatatx promozzjoni fl-2008, meta din il-persuna kienet suffiċjentement kwalifikata u meta kien hemm numru sostanzjali ta’ nies hekk promossi li kienu ferm inqas kwalifikati u anzjani minnu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 23928 ninsab infurmat li r-raġunijiet li għalihom l-individwu msemmi ma ħax promozzjoni fl-2008 kienu spjegati lilu kemm mill-officer commanding u mill-commanding officer tiegħu skont il-proċeduri stabbiliti għall-ilmenti fl-armata.
Fl-isfond ta’ dan kollu, nonostante l-mijiet ta’ każijiet deċiżi kontra l-Gvern mit-Tribunal Amministrattiv kkappeġġat mill-Imħallef, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fejn ġiet stabbilità diskriminazzjoni persistenti, u l-Gvern reġa’ miexi bl-istess mod, ma jidhirlux l-Prim Ministru li f'ġieħ is-sewwa u f’ġieħ il-valuri ta’ ekwità għandu jindirizza dawn l-inġustizzji sfaċċati li qed isiru fl-Armata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi għar-risposta li tajt għal-mistoqsija 23927 fejn nerġa' nagħmel referenza għal dak li ppubblika l-Uffiċċju tal-Ombudsman fir-rapport annwali tiegħu fejn irrikonoxxa l-impenn minn naħa tal-armata li tmexxi l-proċess ta’ promozzjonijiet tagħha b’aktar trasparenza kif dikjarat.
Jista' l-Ministru jgħid matul il-perjodu 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 kemm twieldu tfal barra ż-żwiġijiet? X'persentaġġ huma dawn komparati ma' dawk li jitwieldu fiż-żwieġ? Kemm tfal ġew imniżżla dikjarati bħala missier mhux magħruf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni li tinżamm mir-Reġistru Pubbliku hija bbażata fuq id-data meta t-twelid ikun reġistrat u mhux fuq id-data attwali tat-twelid. Dan għaliex jista’ jkun il-każ li per eżempju tarbija li titwieled f’Diċembru ta’ xi sena partikulari tkun reġistrata fir-Reġistru Pubbliku f’Jannar tas-sena ta’ wara.
Barra minn hekk l-informazzjoni li tingħata lir-Reġistru Pubbliku fid-data tar-reġistrazzjoni tista’ sussegwement tkun ikkoreġuta. Hekk per eżempju tarbija li oriġinarjament tkun reġistrata bħala “missier mhux magħruf” jista’ jkun li sussegwement ikun reġistrat il-missier tagħha.
Dan kollu jfisser li l-informazzjoni fir-Reġistru Pubbliku minn żmien għal żmien tinbidel hekk kif tkun aġġornata.
F’dan il-kuntest qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kummissarju għat-Taxxi Interni — capital gains tax
Question
Jista' l-Ministru jispjega u jillumina għaliex il-Kummissarju tat-Taxxi Interni qed jibqa' jinsisti li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tħallas somma bħala capital gains tax għas-sena 1999, meta jidher ċar li dan l-ammont mhux dovut minnu u li si tratta ta' żball ġenwin? Ma jidhirlux il-Ministru li l-Kummissarju tat-Taxxi Interni f'każijiet bħal dawn għandu juża l-buon senso u jmexxi fuq l-ekwità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi fih aktar elementi minn dawk li jissemmew fil-mistoqsija, fosthom in-nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ formola tat-taxxa li kienet dovuta 12-il sena ilu. Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali tad-dipartiment diġà kkuntattjaw lill-persuna kkonċernata u se jerġgħu jikkuntattjawha biex jiċċaraw u jikkonkludu l-affarijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2005 s’issa kemm ġew nies interdetti, kemm mill-Qorti Kriminali kif ukoll mill-Qrati Ċivili u li minħabba f’hekk ma jistgħux jivvutaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
ħaddiema li waslu tard għax-xogħol minħabba l-maltemp
Question
Jista' l-Ministru jispjega kif ħaddiema, li dejjem irraportaw kmieni għax-xogħol, però li fl-24 ta' Frar 2011, meta kienet maltempata kbira, waslu tard għax-xogħol, kienu sfurzati li jieħdu forced time off?
Jista' jispjega l-Ministru kif dan l-agir jinkwadra fil-principji tal-family friendly measures li qed jgħid li qed jadotta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda mpjegat li kien sforzat jieħu forced time off fid-data msemmija fil-Minsiteru tal-Ġustizzja u l-Intern.