Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #28004 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

appelli pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pendenti appelli kriminali inferjuri u appelli kriminali superjuri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali kien hemm 578 appell pendenti minn deċiżjonijiet mogħtija mill-Qrati tal-Maġistrati (Malta u Għawdex), u 37 appell pendenti mill-Qorti tal-Appell Kriminali minn deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Kriminali, sal-aħħar ta’ Lulju, 2011.
Leg 11 PQ #28005 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

qtugħ ta' appelli kriminali inferjuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatgħu appelli kriminali inferjuri u jsemmi imħallef b’imħallef fis-snin 2010 u 2011 u kemm inqatgħu appelli kriminali superjuri fis-snin 2010 u 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 sal-aħħar ta` Lulju 2011, ġew deċiżi s-segwenti appelli kriminali minn deċiżjonijiet mogħtija mill-Qrati tal-Maġistrati (Malta u Għawdex): Kawżi deċiż i matul is-sena 2010 Sal-aħħar ta` Lulju, 2011 Prim. Imħallef Vincent de Gaetano 54 -- Prim. Imħallef Silvio Camilleri -- 7 Onor. Imħallef J. Galea Debono 34 -- Onor. Imħallef Michael Mallia 96 35 Onor. Imħallef David Scicluna 149 75 Onor. Imħallef Lawrence Quintano 14 63 TOTAL 347 180 Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi matul is-sena 2010 ġew deċiżi 14-il appell waqt li sal-aħħar ta` Lulju, 2011, ġew deċiżi 11-il appell mill-Qorti tal-Appell Kriminali minn deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Kriminali.
Leg 11 PQ #28006 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

kumpilazzjonijiet u inkjesti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pendenti: - a) kumpilazzjonijiet b) inkjesti u jsemmi maġistrat b’maġistrat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #28007 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

qtugħ ta' kawżi li jibdew bħala kumpilazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi li jkunu bdew bħala kumpilazzjoni fis-snin 2010 u 2011 u jsemmi maġistrat b’maġistrat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #28008 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti tal-Familja — kawżi differiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi differiti għas-sentenza quddiem il-Qorti tal-Familja u jgħid quddiem liema mħallef dawn kienu pendenti sal-1 ta’ Mejju 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B’referenza għad-domanda tal-Onorevoli Membru, ninsab infurmat illi ma huwiex possibbli li tingħata statistika sal-1 ta’ Mejju, 2011, però l-informazzjoni mitluba qed tingħata sal-31 ta’ Awwissu, 2011. Għar-rigward tal-kawżi pendenti quddiem il-Maġistrat Demicoli, sal-1 ta’ Mejju 2011, dawn kienu pendenti quddiem il-Maġistrat Dottor Anthony Ellul, li fit-28 ta’ April 2011 ħa l-ġurament tal-ħatra ta’ Imħallef.
Leg 11 PQ #28009 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

sentenzi ta' separazzjoni u annullamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatgħu: a) sentenzi ta’ separazzjoni u b) sentenzi ta’ annullamenti quddiem il-Qorti tal-Familja għas-snin 2010 u 2011 u jindika mħallef b’imħallef?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija s-segwenti:-

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment mis-segwenti entitajiet: Accountancy Board, AirMalta p.l.c, Auctioneers Board of Examiners, Bank of Valletta, Board of Special Commissioners on Death and Donation Duty, CASMA Limited, Central Bank Malta, Controller of Companies Appeals Board, Copyright Board, Court of Revision of Notarial Acts, Enemalta Corporation, Financial Intelligence Analysis Unit/ Board of Governors, Financial Services Tribunal, General Contracts Committee u Gozo Channel Company Limited? Jista’ jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-membri tal-bordijiet, awtoritajiet, agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex full-time u x’paga għadhom? Dan kollu senjatament għas-snin 2008, 2009 u 2010. Jista’ jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’ retainers għandhom għall-Ministeru nnifsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #27998 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

notifika bil-purtier b'eżitu negattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li ssir emenda fil-ligi fis-sens li meta notifika bil-purtier ikollha eżitu negattiv, tkun awtorizzata awtomatikament bil-liġi notifika wara l-ħinijiet legali u, sussegwentement notifika bl-affissjoni u pubblikazzjoni, mingħajr il-ħtiega li wieħed jippreżenta rikors ad hoc għall-awtorizzazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Is-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant qed jiġi kkonsidrat.
Leg 11 PQ #27999 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

proċedura dwar atti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li jdaħħal proċedura fejn atti (mhux ir-rikors ġuramentat konċernanti l-Qorti t’Għawdex) ikunu jistgħu jiġu ppreżentati kemm fir-reġistru tal-Qorti t'Għawdex kif ukoll fir-reġistru tal-Qorti ta’ Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi diġa' qed isiru diskussjonijiet bejn ir-Reġistru ta' Malta u dak ta' Għawdex biex din il-proċedura tista' tiġi attwata.
Leg 11 PQ #28000 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti tal-Familja — notifiki bil-purtiera

Question

Jista' l-Ministru jerġa’ jintroduċi l-proċedura ta’ qabel fejn notifiki tar-rikorsi fil-Qorti tal-Familja jsiru b’mod awtomatiku bil-purtiera?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B’referenza għad-domanda tal-Onorevoli Interpellant, jiġi rilevat li fil-Qorti tal-Familja jidħlu ammont kbir ta’ rikorsi kuljum u kull notifika ssir bil-posta kif isir fir-rikorsi kollha li jidħlu quddiem il-Qrati differenti. Fil-Qorti tal-Familja jiġi rilevat li mhux il-każijiet kollha jkunu ta’ natura urġenti però fejn ikun hemm urġenza, il-partijiet stess jitolbu li n-notifika ssir bil-purtier.
Leg 11 PQ #28001 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Imħallef għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex qed jikkonsidra li jintroduċi mħallef għal Għawdex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Preżentament, fuq il-Mejda tal-Kamra hemm preżentata mozzjoni sabiex dan is-suġġett jiġi dibattut. Huwa prudenti li wieħed jistenna l-eżitu tiegħu.
Leg 11 PQ #28002 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti quddiem il-qrati u kemm hemm appelli fuq deċiżjonijiet preliminari tal-Qorti kriminali pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi quddiem il-Qorti Kriminali, sal-aħħar ta' Lulju 2011, kien hemm 109 ġurijiet pendenti. Infurmat ukoll illi hemm sitta minn dawn il-ġurijiet li jinsabu quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali wara deċizjonijiet preliminari li ngħata mill-Qorti Kriminali.
Leg 11 PQ #28003 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

ġurijiet determinati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew determinati ġurijiet fis-snin 2010 u 2011 u jindika l-Imħallef?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-2010 sal-aħħar ta' Lulju 2011 ġew deċiżi 66 ġurijiet mill-Qorti Kriminali kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:- 2010 Imħallef Ġurijiet Deċiżi Vincent Degaetano 5 Joseph Galea Debono 20 Giannino Caruana Demajo 1 Michael Mallia 8 2011 Michael Mallia 21 (sal-aħħar ta’ Lulju 2011) Lawrence Quintano 11

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment mis-segwenti entitajiet: Malta Enterprise Board, Malta Export Credit Insurance, Malta Film Commission, Malta Financial Services Authority, Malta Industrial Parks, Malta International Airport p.l.c, Malta National Library, Malta Statistics Authority, Malta Shipyards, Malta Stock Exchange,Malta Tradefairs Corporation, Malta Venture Capital, Medelec Switchgear Limited, Mimcol, MOBC, Privatisation Unit, Public Contracts Appeals Board, Rent Compensation Board Gozo, Rent Copensation Board Malta, Rent Regulation Board Gozo, Rent Regulation Board Malta, Retail Price Index Advisory Board, Revision of Notarial Acts, Rural Leases Control Board Gozo, Rural Leases Control Board Malta, State Aid Monitoring Board, Third VAT Appeals Board, VAT Appeals Board u Water Services Corporation? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex full-time u x’paga għandhom? Dan kollu senjatament għas-snin 2008, 2009 u 2010. Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’ retainers għandhom għall-Ministeru nnifsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħamrun — St. Paul's Home - Little sister of the poor - miżati tal-anzjani

Question

Jaf il-Ministru li biex anzjan jinżamm fl-Istitut ta’ Little Sisters of the Poor f'St. Paul's Home, il-Ħamrun irid iħallas madwar €973 fix-xahar? Jaf li minħabba nuqqas ta’ spazju fl-istituzzjonijiet governattivi ħafna anzjani qed ikollhom jirrikorru għall-istituzzjonijiet privati? Jidhirlu fiċ-ċirkostanzi, li wasal iż-żmien li l-gvern jikkonsidra bis-serjetà dawn il-miżati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Gvern m’għandux kontroll jew ġuriżdizzjoni fuq il-miżati li jiġu mitluba jħallsu anzjani li jidħlu f’istituzzjonijiet privati.

ETC — nies li nqatgħu mir-reġistrar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm persuni nqatgħu mir-reġistrar (Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ) mill-1 ta’ Jannar sal-1 ta’ Lulju 2011? Tista’ tghid kemm minn dawk li nqatgħu mir-reġistrar sabu xogħol? Tista’ tagħti dettalji ġenerali dwar fuq liema kriterju nqatgħu n-nies mir-reġistrar u tindika l-persentaġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ETC — korsijiet għal persuni mhux Maltin li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn nies li mhumiex ċittadini Maltin li qed jirreġistraw għax-xogħol? Tista’ tindika x’tip ta’ korsijiet qed jingħataw mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Tista’ tispjega jekk sarx xi studju biex jiġi determinat x’benefiċċju qed jieħdu minn dawn il-korsijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 in-numru ta’ persuni li mhumiex cittadini Maltin li qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u tieni parti tar-reġistru kien ta’ 80. Il–programmi ta’ taħriġ organizzati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ huma miftuħa għal dawk il-persuni li huma eliġibbli li jaħdmu ġewwa Malta, basta dawn jkunu jistgħu isegwu l-programm li jkunu applikaw għalih. Kull programm għandu oġġettiv partikulari li jvarja milli wieħed jakkwista ħiliet bażiċi għal oħrajn fejn persunsa takkwista ħiliet li jgħinuha tidħol f’impjieg. Il-benefiċċju li wieħed jieħu minn dawn il-programmi jvarja minn programm għal ieħor u jiddependi wkoll minn kemm il-persuna li tkun segwiet il-programm ħadet interess.

Korsijiet tal-ETC — trasport

Question

Tapprezza l-Ministru li peress li t-trasport għall-korsijiet tal-Korproazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ hu bla ħlas biss mill-Belt għal Ħal Far, in-nies li ma joqogħdux il-Belt qed jiġu preġudikati peress li qed ikollhom iħallsu €4.50 fil-ġimgħa spejjeż tat-trasport u dan naturalment inaqqsilhom l-introjtu mill-benefiċċju soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-policy tal-Korporazzjoni hija li toffri transport bla ħlas biss mill-Belt għal Hal Far. Meta tinħass il-ħtieġa u n-numru ta’ parteċipanti jkun sostenibbli, dan is-servizz jiġi estiz ukoll għal lokalitajiet oħra li fihom il-Korporazzjoni tkun qed torganizza taħriġ.

Little Sisters of the Poor — ħlas

Question

Taf il-Ministru li biex anzjan jinżamm fl-istitut tal-Little Sisters of the Poor, St. Paul’s Street, St. Paul’s Home, Ħamrun irid iħallas madwar €973 fix-xahar? Taf il-Ministru li minħabba nuqqas ta’ spazju fl-istituzzjonijiet governattivi, ħafna anzjani qed ikollom jirrikorru għal istituzzjonijiet privati? Jidhrilha li fiċ-ċirkostanzi wasal iż-żmien li l-gvern jikkonsidra bis-serjetà dawn il-miżati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Proċeduri fuq fond li ilu li ġie akwizizzjonat

Question

Jaf il-Ministru li l-fond li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ilu li ġie akkwiżizzjonat żmien twil ilu? Jaf li sal-lum għadu ma tħallas l-ebda kumpens lill-eredi tal-persuna konċernata? Jista' jindika jekk kenitx ħarġet ordni to treat fuq il-fond in kwistjoni u jekk fl-affermattiv jindika f'liema stadju waslu l-proċeduri? Jekk fin-negattiv, jista' jispjega għaliex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.