Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew appuntati maġistrati u imħallfin fl-2010 u fl-2011? Kemm kien il-complement approvat tal-maġistrati u l-imħallfin fl-2010?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jagħmel referenza għar-risposta li saret għall-mistoqsija parlamentari 33617 li kienet simili għal din .
Jista' l-Ministu jispjega kif qed jiġu assenjati l-kawżi ta' natura kostituzzjonali quddiem il-Prim'Awla? Jista' jispeċifika jekk dawn jiġux assenjati skont roster jew individwalment? Jista' jispjega kif uħud minn dawn il-kawżi kostituzzjonali qed jiġu assenjati lill-imħallfin li diġà jiffurmaw parti mill-Qorti tal-Appell jew Qorti Kostituzzjonali?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kawżi ta’ natura kostituzzjonali jiġu assenjati dak in-nhar stess li jidħlu. Dawn jiġu assenjati fuq bażi ta’ roster bejn il-ġudikanti li jippresjedu fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili skont struzzjonijiet li jingħataw mill Prim Imħallef minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jiċċara għaliex l-Awtorità tad-Djar tgħid li l-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbgħtu separatament ġie allokat lil terzi meta jidher ċar li dan huwa abbandunat għal kollox?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fond in kwistjoni mhuwiex abbandunat izda abitat.
Peress li l-Ministru ddeċieda li jdaħħal fis-seħħ il-liġi li tikkonċerna l-parole, jista' jgħid jekk ġewx maħtura l-membri tal-bord tal-parole u jgħid min huma? Jista' jgħid jekk il-kumitati/bordijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-parole ġewx maħtura u jgħid min huma? Jista' jgħid ġewx appuntati l-parole officers?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-proċess għal-ħatra kemm dawk tal-membri fid-diversi bordijiet u kemm dawk tal-uffiċjali tal-Parole huwa mibdi u mistenni jiġi fi tmiemu fi żmien qasir.
inkonvinjent għan-nies li joqgħodu viċin Hastinigs sabiex jaslu d-dar
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li r-residenti Beltin li joqogħdu fl-inħawi ta’ Hastings kollha qed jilmentaw mill-fatt ta’ kemm ġie mtawwal it-traġitt biex huma jaslu sa ħdejn darhom, u dan peress li qed ikollhom jidħlu minn taħt il-Hotel Pheonicia, Strada San Marco, Strada Forni, Triq San Gwann, Strada Stretta u Triq Melita? Jidhirlu l-Ministru li għandu jilqa’ r-rakkmandazzjonji tagħhom u jawtorizza li wara s-sebgħa ta’ filgħaxija dawn ikunu jistgħu jidħlu minn fejn Kastilja u jduru għal Melita Street, sabiex jitilgħu sa fejn Hastings biex b'hekk jiġi mitigate l-inkonvenjent?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ħsieb huwa li meta x-xogħlijiet ta' Bieb il-Belt jitlestew, se jitħalla aċċess ristrett minn Triq Ordinanza għar-residenti tan-naħa tal-Ġnien ta' Hastings.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment mis-segwenti entitajiet:
Gozo Ferries Company Limited, Gozo Heliport Company Limited, Inland Revenue First Board of Special Commissioners, Inland Revenue Second Board of Special Commissioners, Joint Office Control Committee, Kalaxlokk Company Limited, Cordin Grain Terminal Limited, Land Arbitration Board, Libyan Arab Holdings Company Limited, Licensing Advisory Committee, Licensing Appeals Board, Lotteries and Gaming Authority, MALPRO limited, Malta Air Traffic Services Limited, Malta Crafts Council, Malta Dairy Products Limited u Malta Enterprise Appeals Board?
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex
full-time
u x’paga għadhom? Dan kollu senjatament ghas-snin 2008, 2009 u 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’
retainers
għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru raids fuq nassaba li kienu qed jonsbu għall-għasafar tal-għana mill-1 t’Ottubru 2011 sal-aħħar ta’ Novembru 2011 u jindika kemm saru f’Malta u kemm saru f’Għawdex? Jista’jgħid kemm ġew misjuba xbieki f’dawn ir-raids u kemm ġew elevate mill-istess Pulizija Eżekuttiva? Jista’ jgħid ukoll kemm instabu għasafar f’gabjetti mill-Pulizija Eżekuttiva fil-viċinanzi ta’ imnasab abbandunati, kemm minn dawn l-għasafar ġew meħlusa mill-Pulizija u kemm iddaħħlu d-Depot tal-Pulizija? Jista' jippreċiża x’sar minnhom dawn l-għasafar? Min kienu l-uffiċjali tal-Administrative Law Enforcement li ħadu parti f’dawn l-operazzjonijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet għal persuni li jinqabdu bi ksur ta’ xi provvedimenti tar-Regolamenti dwar il-kaċċa u l-insib f'diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex, inkluż fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant. Filfatt mill-1 t’Ottubru 2011 sal-aħħar ta’ Novembru 2011 saru 292 spezzjoni f’Malta u 46 f’Għawdex marbuta ma’ din l-attivita'. Waqt dawn l-ispezzjonijiet instabu u ġew elevati 62 xibka. Fl-istess perjodu l-għasafar misjuba mill-Pulizija abbandunati fuq l-imnasab kien ta’ 186. Dawn l-għasafar kollha ġew meħlusa mill-Pulizija ħlief għal 6 li ġew mgħoddija lil MEPA peress li kienu korruti. Il-membri kollha tal-ALE kienu nvoluti, f’xi jum jew ieħor matul il-perjodu msemmi, fit-twettiq ta’ dawn l-ispezzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-1 t’Ottubru 2011 saru talbiet għat-tibdil tal-imħallef fit-termini tal-artiklu 195 tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta? Jista’ jgħid għas-snin 2010 u 2011 kemm inqatgħu kawżi dwar VAT u kemm inqatgħu kawżi dwar taxxa quddiem il-Maġistrat Dr Doreen Clarke? Jista’ jindika f’kemm minn dawn il-kawżi l-akkużati ġew liberati, kemm ġew irtirati u kemm instabu ħatja? Jista’ jgħid kemm-il rikors ġie ppreżentat quddiem il-Maġistrat konċernanti kawżi ta’ VAT fejn intalbet il-maħfra u jindika min hu l-Maġistrat u kemm ġew milqugħa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Rigward l-ewwel parti tad-domanda ninsab infurmat illi fir-Reġistru tal-Qrati ma ġie ippreżentat l-ebda rikors fit-termini tal-Artikolu 195 tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta.
It-tabella ta’ hawn taħt turi kemm, quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali ippreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, ġew deċiżi kawżi tal-VAT u tal-Income Tax u kemm minn dawn il-kawżi, l-akkużati ġew liberati, kemm ġew irtirati u kemm ġew misjuba ħatja.
VAT
DEĊIŻI
LIBERATI
IRTIRATI
MISJUBA ĦATJA
2010
2788
217
1878
693
2011
(sa Novembru)
1906
39
1454
413
INCOME TAX
DEĊIŻI
LIBERATI
IRTIRATI
MISJUBA ĦATJA
2010
143
5
114
24
2011
(sa Novembru)
656
35
572
49
Rigward l-aħħar parti tad-domanda, quddiem l-istess Magistrat, matul is-sena 2010, ġew ippreżentati 9 rikorsi għal maħfra li l-ebda wieħed ma ġie milqugħ filwaqt li din is-sena ġew ippreżentati 3 rikors għal maħfra u ġie milqugħ wieħed.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament ilu jirċievi ċekk tal-pensjoni ta' €104.07 għal dawn l-aħħar 25 sena meta skont riċerki li saru ġie verifikat li huwa intitolat għal aktar? Jista' jgħid għaliex wara żewġ ittri li ntbagħtu lid-Dipartiment tat-Teżor għadu bla risposta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 29939.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29408 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, ilu jirċievi cheque tal-pensjoni ta’ €104.07 għal dawn l-aħħar 25 sena meta skont riċerki li saru ġie verifikat li huwa intitolat għal aktar? Jista' jgħid għaliex wara żewġ ittri li intbagħtu lid-Dipartiment tat-Teżor, għadu bla risposta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi saru l-verifiki neccessarji fuq id-dokumentazzjoni fl-applikazzjoni oriġinali tal-individwu. Il-Pensjoni tat-Teżor ġiet maħduma fuq is-salarju ta’ watchman illi fis-sena 1986, meta l-individwu ġie medically boarded out kien jammonta għal Lm1787.00. Il-pensjoni ġiet ikkalkulata fuq is-servizz li għamel mal-gvern li kien jammonta għal-tmintax-il sena, ċioe mill-5 ta’ Frar 1968 sat-3 t’Awwissu 1986. L-individwu kien għażel pensjoni kommutata li kienet tammonta għal Lm 536.10 fis-sena u ġie ntitolat għas-somma (gratuity) ta’ Lm 2233.75.
Għaldaqstant il-pensjoni tat-Teżor li qiegħed jirċievi illum, u li tammonta għal €104.07 fix-xahar hija korretta.
Belt Valletta — Applikazzjoni għall-bini ta' guest house
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma referibbilment għall-applikazzjoni, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, jekk hemmx applikazzjoni pendenti sabiex fejn hemm il-waterpolo pitch tal-Belt u l-inħawi tal-intorni tiġi mibnija guest house b’40 kamra u lido? Jista' jgħid jekk attwalment dan is-sit hux diġà ġie assenjat lil terzi u jagħti d-dettalji ta' x’hemm maħsub li jinbena hemmhekk? Japprezza li jekk dan hu minnu, il-proġett imur kontra l-interessi taċ-ċittadini tal-Belt peress li l-waterpolo pitch u l-lido diġà eżistenti huma frekwentati min-numru kbir ta’ familji residenti l-Belt u huwa l-unika sit ta’ żvog għalihom fiż-żminijiet tas-sajf?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz tal-applikazzjoni (PA 4605/2010) ġie propost ir-restawr ta' dar storika flimkien ma' twaqqiegħ u żvilupp mill-ġdid tal-binja adjaċenti u dawn iż-żewġ siti jiġu konvertiti f'guest house b'erbgħin kamra. Il-proposta tinkludi wkoll li l-pitch tal-waterpolo fil-Port ta' Marsamxett ikun mibdul f'lido konness fiżikament mal-lukanda minn ġo xelter eżistenti u permezz ta' tħaffir ta' xaft fil-blat.
Billi l-applikazzjoni, trid tiġi pproċessata skont it-tip u deċiża fil-fora preskritt skont il-liġi, mhuwiex għaqli li wieħed jagħti f’dan l-istadju kumment fuq dak li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Jaf il-Ministru li l-fond li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ilu li ġie akkwiżizzjonat żmien twil ilu? Jaf li sal-lum għadu ma tħallas l-ebda kumpens lill-eredi tal-persuna konċernata? Jista' jindika jekk kenitx ħarġet ordni to treat fuq il-fond in kwistjoni u jekk fl-affermattiv jindika f'liema stadju waslu l-proċeduri? Jekk fin-negattiv, jista' jispjega għaliex?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li dan il-fond kien esproprjat permezz tal-Avviż Nru 255 tal-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta’ April 1973, taħt titlu ta’ Pussess u Użu. Kien ġie konkluż kuntratt mas-sidien fis-19 ta’ Frar 1975, fejn dawn bdew jitħallsu kera ta’ akkwist kull sitt xhur. Dan il-pagament għadu jitħallas sal-lum. Hija l-intenzjoni tad-dipartiment illi jakkwista din il-proprjetà u oħrajn simili billi tiġi kkapitaliżżata l-kera ta’ akkwist skont it-termini ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88).
Peress li fl-1999 il-Ministeru rċieva fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex ikun jista’ jiġi introdott f’Malta laboratorju forensiku nazzjonali li jkun jista’ jibda jopera indipendentement mill-Korp tal-Pulizija, u fl-2004 il-gvern introduċa l-Malta National Laboratory, jista' l-Ministru jispjega għaliex dan il-laboratorju mar tant lura li spiċċa żżarma wara li ntnefqu tant flus fih? Jista' jgħid għaliex ix-xjentisti u esperti forensiċi ġew trasferiti lill-Malta Consumer Competition Affairs Authority meta din l-awtorità m’għandha xejn x’taqsam max-xogħol forensiku jew mal-laboratorju nazzjonali?
Jista' l-Ministru jispjega kif sal-lum Malta hija l-uniku pajjiż Ewropej li m’għandux
database
tad-DNA u dan avolja l-gvern irċieva assistenza finanzjarja għal dan il-għan mill-Unjoni Ewropea?
Jista’ jispjega għaliex il-“
labortorju forensiku
” m’għandux il-mezzi sabiex jagħmel il-verifiki tad-DNA u li m’hemmx apparat idoneu?
Jista' jispjega għaliex dan ix-xogħol in konnessjoni mad-DNA se jiġi kuntrattat lill-partikular?
Jaf il-Ministru li kuntrarjament għal dak deċiż mill-qrati, il-qrati tagħna qed ikollhom jinnominaw ex-pulizija jew adirittura membri tal-korp bħala esperti li jista’ jwassal għall-proċeduri ta’ indoli Kostituzzjonali?
Jidhirlu l-Ministru li għandha ssir armonizzazzjoni tal-mod ta’ kif isiru l-ħlasijiet lill-esperti impjegati mal-gvern?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta National Laboratory u l-operat tiegħu ma jappartjenix lil dan id-dekasteru, għalhekk ġentilment nissuġġerixxi li din il-parti tad-domanda jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.
Għal dak li jirrigwardja id-DNA database, ninsab infurmat li bħalissa fit-Taqsima Forensika tal-Pulizija qed isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex tiġi introdotta sistema ta’ DNA database management system.
Għar-rigward nomina ta' esperti, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hija prerogattiva tal-Qorti lil min tinnomina bħala espert tagħha.
Sakemm tidħol fis-seħħ tariffa waħda komuni fil-Kodiċi Kriminali, ir-Reġistratur għandu d-diskrezzjoni li jintaxxa skont ma kif huwa jħoss li għandu jkun il-ħlas dovut. Għandu jingħad, pero’, li uffiċjali pubbliċi li jkunu assenjati xogħol ta’ esperti tal-Qorti mill-Ġudikatura huma mħallsa skont paragrafu 7.4.2.5 tal-Public Service Management Code, edizzjoni Marzu 2011. Dan ifisser li, għall-ewwel €2,329.37 dovut lilhom, huma jitħallsu 75% ta’ dan l-ammont, waqt li għal ammonti oħra 'l fuq minn €2,329.37, huma jitħallsu 50% tal-ammont.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, ilu jirċievi cheque tal-pensjoni ta’ €104.07 għal dawn l-aħħar 25 sena meta skont riċerki li saru ġie verifikat li huwa intitolat għal aktar? Tista' tgħid għaliex wara żewġ ittri li intbagħtu lid-Dipartiment tat-Teżor, għadu bla risposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ? Kemm minnhom ġew rimessi quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ minħabba l-liġi tal-arbitraġġ sfurzat? Kemm ingħataw awards minn dan iċ-Ċentru ta’ Arbitraġġ fi snin 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011? Minħabba fis-sentenza riċenti tal-Qorti Kostituzzjonali li ddikjarat l-arbitraġġ sfurzat bħala anti-kostituzzjonali kif beħsiebu jirregola ruħu l-Ministru?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mill-2933 każ li ġie reġistrat fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ sal-15 ta' Ottubru 2011, kien hemm 736 każ pendenti li l-maġġoranza tagħhom ġew reġistrati fl-aħħar 18-il xahar. Minn dawn il-każijiet, 647 huma ta’ arbitraġġ mandatorju.
Infurmat ukoll illi d-deċiżjonijiet (
awards
) li ingħataw miċ-Ċentru matul is-snin mitluba huma s-segwenti:
Sena Deċiżjonijiet*
2007 309
2008 296
2009 297
2010 298
2011 201 [sal-15 ta’ Ottubru 2011]
* Mhumiex imklużi dawk li ġew ċeduti jew appellati.
Rigward l-aħħar parti tad-domanda nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li diġà ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29077.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk in-nies li jaħdmu mal-Armata humiex se jiġu sfurzati jirtiraw wara 25 sena servizz? Jista' jgħid għaliex l-istabbilimenti ġew pubblikati fil-25 ta' Settembru meta l-promozzjonijiet relatati ġew pubblikati fil-15 ta' Settembru 2011? Jista' jikkonferma għaliex tali stabbiliment qiegħed jinbidel kull sitt xhur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li ma hemm l-ebda intenzjoni li ufficjali jew suldati fil-Forzi Armati ta’ Malta jigu sfurzati jirtiraw mal-gheluq ta’ 25 sena servizz.
Fir-rigward tal-‘istabbiliment’, ninforma l-Onorevoli Nterpellant illi, l
-personnel establishment
li ghamel referenza ghalih hu hu effettiv b’sehh mit- 30 ta’ Gunju 2011.
Ninfurmah ukoll illi dan it-tibdil hu process ta’ konsolidazzjoni tal
-personnel establishment
fil-Forzi Armati li kien effettiv mill- 1 Decembru 2010 u aggornat b’emendi li dahlu fis-sehh b’effett mid- 9 ta Mejju 2011.
Ninforma l-Onorevoli Nterpellant illi ma gewx ippublikati promozzjonijiet bid-data li ghamel riferenza ghalihom l-istess Interpellant.
Il-‘personnel establishment’ huwa dokument haj u ser jibqa jsir it-tibdil necessarju kollu skont l-esigenzi tas-servizz sabiex l-Armata Maltija tkun f’pozizzjoni li taqdi b’mod efficjenti id-doveri taghha.
Belt Valletta — Applikazzjoni għall-bini ta' guest house
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma referibbilment għall-applikazzjoni, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, jekk hemmx applikazzjoni pendenti sabiex fejn hemm il-waterpolo pitch tal-Belt u l-inħawi tal-intorni tiġi mibnija guest house b’40 kamra u lido? Jista' jgħid jekk attwalment dan is-sit hux diġà ġie assenjat lil terzi u jagħti d-dettalji ta' x’hemm maħsub li jinbena hemmhekk? Japprezza li jekk dan hu minnu, il-proġett imur kontra l-interessi taċ-ċittadini tal-Belt peress li l-waterpolo pitch u l-lido diġà eżistenti huma frekwentati min-numru kbir ta’ familji residenti l-Belt u huwa l-unika sit ta’ żvog għalihom fiż-żminijiet tas-sajf?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kuntratti b'direct order jew tender
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mis-segwenti entitajiet kemm b’diret order u kemm permezz ta’ tender Governattiv:
Accounancy Board, AirMalta p.l.c, Auctioneers Board of Examiners, Bank of Valletta, Board of Special Commissioners on Death and Donation Duty, CASMA Limited, Central Bank Malta, Controller of Companies Appeals Board, Copyright Board, Court of Revision of Notarial Acts, Enemalta Corporation, Financial Intelligence Analysis Unit/ Board of Governors, Financial Services Tribunal, General Contracts Committee, Gozo Channel Company Limited, Gozo Ferries Company Limited, Gozo Heliport Company Limited, Inland Revenue First Board of Special Commissioners, Inland Revenue Second Board of Special Commissioners u Joint Office Control Committee?
Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinvolvi ħafna xogħol u hija vasta, li probabilment tinkludi informazzjoni li mhux neċessarjament hija dik li jrid l-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika rigward liema entità partikolari jixtieq l-informazzjoni u għal-liema perjodu.