Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissarji għall-Ġustizzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Kummissarji għall-Ġustizzja, min huma u kemm qed jiswew flus wieħed wieħed lill-Gvern bħala salarji u jagħti spjega b'liema rati dawn jitħallsu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Intepellant fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1696 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunali Lokali — Prosekuturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm prosekuturi quddiem it-tribunali lokali, min huma u kemm qed jiswew flus lill-Gvern wieħed wieħed bħala salarji u jagħti spjega b'liema rati dawn jitħallsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm għaxar prosekuturi kif imniżżlin fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-ħlas ta’ dawn l-uffiċjali ma jsirx mill-Gvern iżda mill-Kumitati Konġunti rispettivi skond l-offerta li tkun ingħatat minnhom.

Tribunali tat-Talbiet Żgħar — Chairmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm chairmen għat-Tribunali tat-Talbiet Żgħar, min huma u kemm qed jiswew flus lill-Gvern wieħed wieħed bħala salarji u jagħti spejga b'liema rati dawn jitħallsu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Qorti tal-Maġistrati — Inkjesti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil min ġew assenjati l-inkjesti li kienu għadhom pendenti f'Għawdex u kundotti mill-Magistrati Carrol Peralta, Dennis Montebello u Tonio Micallef Trigona? F’dan is-sens jista’ jgħid kemm kien hemm inkjesti pendenti maġistrat b’maġistrat u kemm ġew konklużi minnhom illum maġistrat b’maġistrat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-inkjesti li kienu ghadhom pendenti quddiem il-Magistrat Carol Peralta u l-Magistrat Dennis Montebello inqassmu wgalment bejn il-Magistrat Paul Coppini u l-Magistrat Anthony Ellul ricentement u ghadhom ma gewx konkluzi. Dwar il-Magistrat Tonio Micallef Trigona, l-inkjesti li kienu assenjati lilu meta kien ghadu Magistrat Ghawdex dan ghadu qed jaghmilhom hu u ghadhom ma gewx konluzi. L-ammont ta’ inkjesti pendenti mill-Magistrat Tonio Micallef Trigona huwa ta' 41.

Qrati t'Għawdex — Kawżi ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew konklużi kawżi ċivili kemm ta’ kompetenza inferjuri kif ukoll superjuri fil-Qrati t’Għawdex maġistrat b’maġistrat u jagħti dettalji għas-snin 2004, 2005, 2006 u 2007?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-mejda tal-Kamra.

Ċentru ta' l-Arbitraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riferuti każi għaċ-Ċentru ta’ l-Arbitragg (u jindika dawk furzati u dawk volontarji) minn Għawdex matul is-snin 2004, 2005, 2006 u 2007?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li matul is-snin 2004, 2005, 2006 u 2007, tressqu 91 każ ghal-arbitraġġ fiċ-Ċentru Malti ta’ l-Arbitraġġ li fihom kienu involut parti jew partijiet Għawdxin. Dawn kienu maqsuma kif ġej: 89 kaz Mandatarju u 2 kazi Volontarji.

Qorti t'Għawdex — Kawżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm kawzi: a) ta’ natura ċivili superjuri; u b) inferjuri; li ilhom pendenti għal aktar minn ħames snin fil-Qorti t’Għawdex u jindika l-maġistrati partikolari quddiem min qed jinstemgħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-kawżi superjuri u inferjuri li ilhom pendenti għal aktar minn ħames (5) snin u ċioe’ mit-30 ta’ Ġunju 2003 b’riferenza għat-30 ta’ Ġunju 2008 huma kif ġej hawn taħt:- Mag. P Coppini Mag. A Ellul Mag A Micallef Trigona Superjuri (Ċivili – Ġenerali u Familja) 325 60 13 Inferjuri Ċivili 52 4 6 TOTAL 377 64 19 Dawn il-figuri jinkludu kawżi li huma pendenti sine die.

Qorti tal-maġistrati — Kawżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Għawdex) sede Inferjuri u sede Superjuri? Min huma l-maġistrati li lilhom ġew assenjati dawn il-kawżi maġistrat b’maġistrat? Jista’ jgħid kemm ġew deċiżi kawżi ċivili mill-Qorti tal-Magistrati t’Għawdex għas-snin 2004, 2005, 2006 u 2007?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-mejda tal-Kamra.

Ċentru ta' l-Arbitraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riferuti każi miċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ għas-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Jista’ jgħid sena b’sena kemm minn dawn kienu arbitraġġi sfurzati u kemm le? Jista’ jgħid kemm sewa dan iċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ għall-istess snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.

Piena ta' għomor il-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li attwalment qed jiskontaw piena ta' għomorhom il-ħabs u kemm minn dawn il-kawżi għadhom sub judice quddiem il-Qorti ta' l-Appell?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari nru 1262.

Maħfriet presidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw maħfriet presidenzjali sena b'sena mill-2003 u jagħti d-dettalji dwarhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li maħfriet Presidenzjali li ngħataw huma kif ġej:- 2003 2004 2005 2006 2007 2008 (sat-30 ta' Ġunju) 30 60 96 56 76 21

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri miżmuma fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin taħt arrest preventiv? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-priġunieri huma ta' nisel barrani u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal-mistoqsija parlamentari nru 1262.

Qorti ta' l-Appelli Kriminali Inferjuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-Imħallef li jippresjedi l-Qorti ta' l-Appelli Kriminali Inferjuri f'Għawdex matul is-snin 2005, 2006 u 2007? Jista’ jagħti wkoll statistika ta’ kemm ġew interposti Appelli Inferjuri Kriminali f’dawn is-snin u kemm minnhom ġew deċiżi sena b’sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Imħallef li kien jippresedi l-Qorti ta’ l-Appell Inferjuri f’Għawdex matul is-snin 2005, 2006 u 2007 kien u għadu is-Sinjorija Tiegħu l-Onor. Prim Imħallef Vincent deGaetano. L-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taħt:- Introdotti Deċiżi 2005 29 41 2006 37 31 2007 94* 24 Total 160 96 * jinkludu 57 appell identiku (u ċioe’ bl-istess akkuża iżda fi żminijiet differenti) kontra l-istess imputat. Għalhekk fil-prattika dawn il-57 appell ġew trattati bħala każ wieħed.

Qorti tal-Maġistrati — Kawżi ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew interposti kawżi ċivili: a. fil-Qorti tal-maġistrati (Għawdex Sede Inferjuri) b. quddiem il-Qorti tal-Maġistrati Ghawdex (superjuri) fis-snin 2005, 2006 u 2007? Jista’jgħid min kienu l-Maġistrati li ġew lilhom assenjati dawn il-każi u jagħti statistika ta’ kemm qatgħu kawżi dawn id-diversi Maġistrati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.

Qorti tal-Maġistrati — Inkjesti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew miftuħa inkjesti fis-snin 2004, 2005, 2006 u 2007 quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) bħala Qorti Istruttorja? Jista’ jagħti statistika lil min ġew assenjati kwa maġistrati dawn l-inkjesti u jgħid kemm minnhom ġew konklużi maġistrat b’maġistrat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħdha titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Qorti Ewropea għall-Ġustizzja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid min huma l-imħallfin li ġew appuntati biex jippresjedu fil-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja ġo Lussemburgu? Jista' jiddefinixxi l-inkarigi li huma jokkupaw, jgħid meta ġew appuntati u għal kemm-il sena?

Response (BORG, TONIO)

l-ex Avukat Ġenerali Dr Anthony Borg-Barthet u Dr Ena Cremona ġew appuntati membri tal-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja u tal-Qorti ta' Prim Istanza rispettivament. Ġew appuntati fl-2004. It-terminu tagħhom hu regolat bl-Istatut tal-Qorti stess.

Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid, jekk hemm, kemm hemm legali ta' nazzjonalita' Maltija li jaħdmu mal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, min huma u meta ġew hekk appuntati?

Response (BORG, TONIO)

Ma hux responsabbilita tal-Gvern Malti li jirreġistra jew jikkontrolla n-numru ta' ċittadini Maltin li jaħdmu ma' organiżżazzjonijiet internazzjonali.

Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem — Imħallef

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu li suppost skada t-terminu tal-kariga ta' l-Imħallef Giovanni Bonello fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem? Jista' jispjega dettaljatament x'inhu l-intopp li nqala' dwar in-nomina l-ġdida, ġiex sorvolat dan l-intopp u min huma t-tliet nomini attwali tal-Gvern għal din il-kariga?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem — Kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew intavolati kawżi kontra Malta quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fis-snin 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Jista' jagħti d-dettalji dwar dawn il-kawżi u jindika b'mod dettaljat kemm minnhom ġew deċiżi kontra Malta?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu jiffunzjona t-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzjoni? Jista’ jgħid min kienu ċ- chairman u l-membri ta' dan it-tribunal u jindika l-perijodi ta’ meta dawn kienu jippreseduh? Jista' jgħid meta jiskadielu t-terminu ċ-chairman attwali ta' dan it-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni, l-Imħallef Albert Manche?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nipprezumi li meta l-Onor Membru ghamel riferenza ghat-“Tribunal ghall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni” hu kien qieghed jirriferi ghall-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni. Il-Kummissjoni ilha tiffunzjona minn meta twaqqfet fl-1988. Ic-Chairman u l-Membri tal-Kummissjoni kienu gew appuntati kif gej: 19 ta’ Ottubru 1988 Chairman: L-Imhallef Victor Borg Costanzi LL.D. Membri: P.L. Joseph Micallef Dr Tonio Azzopardi LL.D. 19 ta’ Ottubru 1993 Chairman: Dr Albert Camilleri LL.D. Membri: Dr Tonio Azzopardi LL.D. Dr Carmelo Testa LL.D. 16 ta’ Novembru 1998 Chairman: L-Imhallef Albert Manché LL.D. Membri: Dr Raymond Zammit LL.D. Kur. John Harrizon (Irt)., B.E.M. 16 ta’ Novembru 2003 Chairman: L-Imhallef Albert Manché LL.D. Membri: Dr Raymond Zammit LL.D. Kur. John Harrizon (Irt)., B.E.M. It-terminu tal-hatra tac-Chairman u l-Membri jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2008