Peress li l-Ministru ħabbar li inħarġu żewġ liċenzji lil żewġ kumpanniji differenti sabiex dawn ikunu jistgħu jimpurtaw il-petroleum, jista' jispjega s-segwenti: -
1. Jekk dawn ingħatawx ukoll lill-kumpanniji li qed jaħżnu il-
petroleum
fuq xi siti partikolari u
2. jekk l-Enemalta li issa hija kompetitriċi tagħhom, u li għandha imħażen adegwati u kkunsidrati bħala
essential facilities
ġietx obbligata taħżen il-
petroleum
għalihom, u
3. jekk fl-affermattiv x'inhuma dawn il-kundizzjonijiet?
Jista' jgħid min huma d-diretturi u azzjonisti taż-żewġ kumpanniji li ġew mogħtija dawn il-liċenzji u jikkonfermax jekk wieħed minnhom attwalment kienx l-eks
chairman
ta' l-Enemalta?
Jidhirlu li l-akkwirenti l-ġodda tal-art ta' Bengħajsa, li issa se jibdew jimportaw il-gass, għandhom jitqiesu li issa għandhom taħt il-kontroll effettiv tagħhom
essential facilities
? Se jiġu tenut kont jaħżnu l-gass għal importaturi oħrajn? Jekk le, minħabba fil-politika tassattiva tal-liberalizzazzjoni imposta fuqna mill-Ewropa, il-Gvern għandu ta' l-inqas jindika siti oħra fejn jista' jiġi maħżun il-gass?
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar jekk hemmx insurance cover għal dawk il-kunsilliera u sindki li jimirdu waqt li jkunu qed jokkupaw tali karigi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) jipprovdu li Membri tal-Kunsilli Lokali jistgħu jkunu assigurati fi skema tas-saħħa.
Bħalissa hemm tnax (12)-il Kunsill biss li m’għandhomx din l-iskema. Dawn huma:
Valletta, Żebbuġ (Malta), Żabbar, Għajnsielem, Iklin, Lija, Marsaskala, Mqabba, Nadur, Paola, Rabat (Malta) u Mtarfa.
Jista' l-Ministru jgħid u jispjega għaliex l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ġiet żgumbrata mill-Kummissarju ta' l-Artijiet mill-fond li qed tgħix fih?
Japprezza l-Ministru li dan kien ilu jgħix fih 'l fuq minn disa' snin man-nanniet tiegħu. Nanntu fil-fatt mietet fil-15 ta' April, 2000 u ilu għal dawn l-aħħar snin jikkomunika mad-dipartiment biex jiġi rikonoxxut. Japprezza l-Ministru li l-mod kif mexa l-Kummissarju ta' l-Artijiet kien wieħed diskriminatorju għall-aħħar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li mill-investigazzjonijiet li għamlet l-Awtorita' tad-Djar fuq diversi snin, ma rriżultax li l-persuna ndikata kienet tgħix fil-fond imsemmi u għalhekk it-talba għar-rikonoxximent ma setgħetx tiġi kkunsidrata.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li hemm xi direttivi jew regolamenti li jipprovdu li s-servizzi pubbliċi tas-saħħa m’għandhomx jipprovdu ċertifikati tas-saħħa lil nies fiċ-ċirkostazi kif spjegat separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-passi komuni ta' provediment ta' ċertifikat għall-użu personali huma li jekk persuna tkun rikoverat f'xi sptar tal-Gvern, jinħareġ li jkun hemm bżonn, u jekk il-persuna tkun bażi ta' Out Patient jew new case, ċertifikat ma jinħariġx u l-persuna tintalab tirreferi għand it-tabib tagħha.
Jaf il-Ministru bil-linji gwidi x'għandhom jitolbu l-avukati bħala drittijiet professjonali li naturalment ma jirriflettux it-tariffi uffiċjali? Fl-isfond ta' dan, beħsiebu jidħol f'negozjati formali ma' l-istess Kamra ta' l-Avukati sabiex dawn l-istess tariffi jiġu emendati adegwatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Liġi (Art. 47 Tariffa E tal-Kap 12) tippermetti illi kull avukat jiftiehem mal-klijent dwar l-ammont ta' drittijiet dovuti lilu. Il-linji gwida ġew ippublikati mill-Kamra bħala indikazzjoni ta' dak li l-Kamra tħoss li huma drittijiet raġonevoli f'ċirkostanzi normali.
Dan il-Ministeru jikkonsulta regolarment mal-Kamra ta' l-Avukati u hekk ser jibqa' jagħmel.
Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem — Imħallef
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1529 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affrijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ilu li suppost skada t-terminu tal-kariga ta' l-Imħallef Giovanni Bonello fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem? Jista' jispjega dettaljatament x'inhu l-intopp li nqala' dwar in-nomina l-ġdida, ġiex sorvolat dan l-intopp u min huma t-tliet nomini attwali tal-Gvern għal din il-kariga?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-terminu tal-kariga ta’ l-Imħallef Giovanni Bonello fil-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem skada fl-2006 meta għalaq l-eta' ta’ 70 sena. Huwa jibqa fil-kariga sakemm jiġi sostitwit.
Wara proċess trasparenti li permezz tiegħu ġew mistiedna japplikaw rġiel u nisa li dehrilhom li kienu jikkwalifikaw għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti msemmija, il-Gvern innomina tlett persuni li, fl-opinjoni tiegħu, kellhom l-aħjar kwalifiki għal dik il-kariga; il-persuni innominati kienu kollha rġiel.
L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa ma aċċettatx il-lista sottomessa mill-Gvern Malti għaliex din ma kienet tinkludi l-ebda mara. Il-Gvern insista li l-Assemblea Parlamentari ma setgħetx tirrifjuta li taċċetta l-lista li ġiet sottomessa mill-Gvern Malti, għaliex din il-lista kienet tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha meħtieġa mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.
Peress li l-Assemblea kompliet tirrifjuta l-lista sottomessa, il-Gvern Malti ressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa u talbu jirreferi l-kwistjoni għal
Advisory Opinion
tal-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. It-talba ġiet aċċettata u l-kwistjoni riferuta lill-Qorti, li eventwalment tat l-opinjoni tagħha essenzjalment favur il-pożizzjoni ta’ Malta u esprimiet il-fehma li l-prassi ta’ l-Assembla, li ma tippermettix eċċezjonijiet għar-regola li għandu jkun hemm mara fil-lista ta’ kandidati, ma kienetx kompatibbli mal-Konvenzjoni, u li l-Assemblea ma setgħetx tirrifjuta l-lista ta’ kandidati sottomessa mill-Gvern meta l-pajjiż konċernat ikun ħa l-passi neċessarji biex jassigura proċess trasparenti li jinvolvi sejħa għal applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1531 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew intavolati kawżi kontra Malta quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fis-snin 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Jista' jagħti d-dettalji dwar dawn il-kawżi u jindika b'mod dettaljat kemm minnhom ġew deċiżi kontra Malta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statitiska kompjuterizzata ta' l-informazzjoni rikjesta u għalhekk, ir-risposta teħtieġ konsiderazzjoni sena b’sena u każ b’każ permezz ta’ riċerka essenzjalment manwali li tirrikjedi ħafna żmien u li, fl-aħħar mill-aħħar, tista’ ma tirriżultax preċiża għal kollox. B’danakollu, qed isir tentattiv biex l-informazzjoni mitluba tiġi miġbura minn diversi sorsi oħra. Dan jirrikjedi aktar żmien u għalhekk, ir-risposta għal din id-domanda ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-viżitaturi li jippresjedu l-Qorti ta' Reviżjoni ta' l-Atti Notarili? Meta ġew appuntati u x'inhi l-meżata li biha jitħallsu?
Jista' jgħid kemm dawn il-viżitaturi rnexxielhom jivvisitaw kuntratti f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena ġudikant b'ġudikant?
Jista' jgħid kemm hemm kuntratti li għadhom pendenti? Jekk hemm kuntratti li għadhom ma ġewx assenjati, kemm hemm mhux assenjati? Kemm ilhom biex jiġu assenjati? X'inhi r-raġuni li ma ġewx assenjati?
Jista' l-Ministru jispjega kif l-kuntratt, li d-dettalji tiegħu qed jidhru taħt dokument separat, għadu ma ġiex assenjat lil ebda viżitatur? Ma jidhirlux li għadda żmien biżżejjed biex jiġi assenjat u l-fatt li għadu ma ġiex assenjat juri negliġenza grossolana da parti tal-Ministru jew il-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-viżitaturi li jippresjedu l-Qorti tar-Reviżjoni ta' l-atti Nutarili huma: L-Onor. Imħallef Franco Depasquale, Dr. Louis G. Vella, Dr. Benny Delia u Dr. Joseph Agius. Dawn ġew appuntati mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008 skond avviż fil-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta' Diċembru 2007.
Il-kumplament tal-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ kif il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament ġie rekwiżizzjonat? Jaf li din ir-rekwiżizzjoni kienet ħarġet b’abbuż waqt proċeduri ta’ żgumbrament peress li d-dar li tiswa ħafna flus kienet qed tiġi okkupata minn squatter?
Fid-dawl tas-Sentenza Fleri Soler v. Malta deċiża mill-Qorti ta’ Strassbourg jidhirlu li l-Gvern għandu jikkumpensa lill-proprjetarji ġustament għall-preġudizzju inġust li sofrew?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-fond li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant ġie rekwiżizzjonat fl-14 ta’ April 1987 u ġie allokat mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fit-30 ta’ April 1987.
Mir-rekords tad-Dipartiment jidher li l-persuna li ġie allokat lilha l-fond ma kienetx tgħix fiħ qabel dan ġie allokat lilha hu għalhekk ma tistax titqies li kienet squatter.
Ninsab infurmat ukoll li derekwiżizzjoni li kienet ħarget f’Ġunu 1987 ġiet imħassra permezz ta’ rekwiżizzjoni li nħarġet fuq struzzjonijiet li kienu ngħataw qabel ma bdew il-proċeduri legali mis-sid tal-fond.
Mhux xieraq li f’dan l-istadju nikkummenta dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija meta s-Sentenza li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-Bord ta' l-Appelli dwar il-Liċenzji ilu ma jiffunzjona għal snin sħaħ? Jista' jagħti informazzjoni meta se jinstema' l-appell tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li ilu li ġie preżentat mill-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jgħid għal liema liċenzja qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2004,2005,2006 u 2007 kemm kien hemm impjegati barranin jaħdmu l-ħabs? Jista' jagħti dettalji dwar x'tip ta' kuntratti dawn ingħataw u r-raguni għaliex ġew hekk ngaġġati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda barrani jaħdem fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin matul is-snin 2004, 2005, 2006 u 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti quddiem il-Qorti Kriminali? Kemm ġew introdotti ġurijiet għas-snin 2005, 2006 u 2007? Kemm ġew konklużi ġurijiet għall-istess snin u minn liema mħallfin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew determinati rikorsi kostituzzjonali mill-Qorti Kostituzzjonali għas-snin 2005, 2006 u 2007 u kemm minn dawn ġew deċiżi kontra l-Gvern Malti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-eżitu ta' dawn il-kawżi.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta beħsiebu jiskatta l-liġi li kkreat it-tribunal amministrattiv l-iskop ta' liema kien sabiex jiġu eliminat 'l fuq minn 130 tribunali u bord li jeżistu preżentament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin nagħmlu dak kollu possibbli sabiex din il-miżura tidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti kawżi ċivili quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u l-Qrati Ċivili Superjuri għas-snin 2005, 2006, 2007 u 2008? Kemm minn dawn ġew assenjati lil diversi ġudikanti u kemm minn dawn ġew deċiżi ġudikant b'ġudikant?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid, għal matul is-snin 2004,2005,2006, u 2007, kemm priġunieri barranin ġew trasferiti lura lejn pajjiżhom sabiex jiskontaw l-piena tagħhom hemmhekk? Jista' jagħti dettalji u jista' l-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi hemm trattat u agreementsimili?
Jista' jgħid kemm priġunieri għas-snin 2004,2005,2006 u 2007 ingħataw l-hekk imsejjaħ study leave? Jista' jispjega x'inhi l-kriterju biex jingħata l-istudy leave?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab informat illi jeżisti ftehim bilaterali mal-Libja u l-Eġittu li jipprovdi għal priġunieri sabiex jiġu trasferiti lejn pajjiżhom u b'hekk jiskontaw il-piena tagħhom hemmehkk.
Barra minn dan, informat ukoll li Malta hija waħda minn dawk il-pajjiżi li iffirmat u irratifikat il-European Convention on the Transfer of Sentenced Persons (ETS No 112), Strasbourg, 1983.
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzoni bit-tweġiba għal żewġ partijiet ta' din il-mistoqsija, flimkien ma' kopja tal-parti rilevanti tar-Regolamenti tal-Ħabs, li jifformaw il-kriterji li fuqhom priġunier jingħata study leave, b'referenza partikolari għall-artikolu 61 (g).
Avukat ta' fiduċja waqt l-interrogazzjoni ta' persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jiskatta l-liġi li tagħti d-dritt lill-persuna arrestata li jkollha l-assistenza ta' avukat ta' fiduċja tagħha waqt l-interrogatorju?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif diġa' ġie dikjarat, huwa għaqli li f'dan l-istadju wieħed jistenna l-eżitu ta' l-Inkjesta Pubblika mnedija fid-29 ta' April 2008 qabel ma tittieħed deċiżjoni fuq id-dħul fis-seħħ tal-artikoli 355AT, 355AU, paragrafi (b) u (ċ) tas-subartikolu 2 u s-subartikolu (3) u (4) ta' l-Artikolu 355AX u l-Artikolu 355AZ ta'-l-Artikolu 74 ta' l-Att III ta' l-2002.
Jista' l-Ministru jekk hux beħsiebu fi żmien qasir joħroġ White Paper jew jagħti proposti dwar l-introduzzjoni tal-parole f'pajjiżna?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma neċessarja sabiex il-parole tifforma parti mis-sistema ġudizzjarja qed issir u ma huwiex eskluż li jkunu hemm White Paper fuq is-suġġett.
Peress illi ftit snin ilu wara ir-riorganizzazzjoni ta' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali l-istess Avukat Ġenerali ngħata d-dritt li jagħmel farming out ta' kawżi, jista' l-Ministru jgħid jekk attwalment l-istess Avukat Ġenerali huwiex jużufruwixxi minn dan id-dritt u jekk fl-affermattiv jagħti dettalji ta' kemm kawżi ġew hekk farmed out?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda kawża li ġiet farmed out mill-Avukat Ġenerali.