Legislature:
Category:
Reset
Active:

Belt — Triq ir-Repubblika - xogħlijiet

Question

Japprezza l-Ministru li bix-xogħlijiet li jiġu kondotti fi Triq ir-Repubblika, il-parti tagħha li tmiss ma' Triq l-Arcissqof u Triq San Kristofru l-Belt, qed jinħoloq inkonvenjent kbir u preġudizzju lil min imexxi il-ħwienet f'din il-parti tat-triq u dan ġie aktar aggravat bil-fatt li ttella' dividing wall tal-injam fuq il-bankina biex b'hekk dawn il-ħwienet qed jinħonqu għal kollox? Japprezza li b'dan il-mod dawn in-nies qed isofru b'saħħithom għax apparti li tilfu l-arja, qed isofru sħana kbira u naturalment tilfu l-kummerċ kollu tagħhom fl-aktar staġun tas-sena importanti għalihom? Jidhirlu li f'dawn iċ-ċirkostanzi għandu joffrilhom kumpens adekwat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li qabel ma' nbdew ix-xogħlijiet fi Triq ir-Repubblika, sar il-koordinament neċessarju mal-istakeholders kollha (Kunsill, GRTU, ħwienet u banek) dwar il-fażijiet differenti ta' kif se jsir ix-xoghol. Il-hoarding ġie mtella’ sabiex jitnaqqsu sostanzjalment it-trabijiet u nkonvenjent ieħor relatat max-xogħol. Fil-fatt dan il-hoarding beda jinqala’ wara ġimgħatejn li nbeda x-xogħol, wara li l-maġġor parti ta' l-iskavar u servizzi ta' taħt l-art kienu lesti. Wara li l-proġett tal-pavimentar tal-imsemmija triq ikun lest, se tkun l-istess komunita' kummerċjali li se tgawdi minn dawn ix-xogħlijiet.

każ ta' persuna li tinsab Dar il-Wens

Question

Jaf il-Ministru li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament qed tinżamm kontra r-rieda tagħha f'Dar il-Wens f'Għajn Dwieli? Jaf li l-avukati tagħha ilhom għal aktar minn xahar u nofs jikkomunikaw mas-support services, l-Isptar Monte Carmeli, Ċentru Ħidma Soċjali u ħaġa tal-għaġeb ħadd m'hu kapaċi jagħti spjega ta' x'qiegħed jiġri u saħansitra jgħidu li ma jafux għaliex tinsab detenuta kontra l-volontà tagħha? Jidhirlu li dan huwa inaċċettabbli u li qed jilludi d-drittijiet inerenti tal-persuna konċernata? Jista' l-Ministru jintervjeni f'din il-materja u jagħti struzzjonijiet opportuni?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress illi l-informazzjoni mitluba tittratta persuna specifika ser nghaddilu l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #36388 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Intern

Korp tal-Pulizija — ingaġġ ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’saret mill-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji taghha qed jingħataw separatament, sabiex tidħol fil-Korp tal-Pulizija? Japprezza li l-persuna indikata ilha li applikata minn meta kien hemm sejħa f’Mejju li għadda u jidher li għaddiet mill-physical test u saritilha anke interview, però baqgħet bla risposta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant, ma għadditx mill-intervista.

Valletta Rehabilitation Project — Kontijiet tad-dawl u l-Ilma ta' appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26378 u cioè: Jaf il-Ministru li kien sar arranġament mal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li kien inkarigat mal-Valletta Rehabilitation Project biex l-appartamenti li nbnew fiż-żona magħrufa bħala Old Slave Prison, liema appartamenti jikkonfinaw ma’ dawn l-erba’ toroq; St Christopher Street, Mediterranean Street, Ursola Street, u St Dominic Street ma jħallsux l-ispejjeż tad-dawl konċernanti, il-liftijiet u l-komun tal-appartament in kwestjoni u dan peress li kien sar xi żvilupp ieħor sovrapost l-arja ta’ dawn l-appartamenti li kien irreka inkonvenjent u preġudizzju konsiderevoli? Jista’ jispjega fid-dawl ta’ dan kollu, għaliex ir-residenti tal-appartamenti ta’ 177 St Christopher Street, qed jirċievu l-kontijiet, nonostante dan l-arranġament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Sptar Monte Carmeli — cable mgħoddi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jidhirlux li sabiex jgħaddu cable żgħir fl-Isptar Monte Carmeli kellhom jistallaw travu tal-ħadid li qam lill-gvern 'il fuq minn €12,000? Jista' jispjega għaliex il-ħaddiema tal-Isptar Monte Carmeli m'għandhomx jingħataw overtime?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bical — informazzjoni dwar il-kontrollur

Question

Jista' l-Ministu jgħid min hu attwalment il-kontrollur tal-Bical? Peress li l-gvern ilu jwiegħed żmien li l-kredituri tal-Bical se jitħallas u pagament ulterjuri aktarx finali, jista' jgħid meta attwalment dan se jsir? Jista' jispjega din il-prokrastinazzjoni kollha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Residenti ta' proprjetà li tkun ritenuta bu possession and use

Question

B'referenza għall-iskema ta' xiri ta' appartamenti mir-residenti ta' proprjetà li qabel kienet ritenuta by possession and use bħal dawk tas-City Gate, ma jidhirlux il-Ministru li mhux sew li min ikun irnexxielu jġemma ammont ta' flus matul is-snin però li ilu jokkupa l-fond għal snin twal, ma jibbenefikax mis-sussidju? Jappreza li hemm residenti li ilhom jokkupaw il-proprjetà għal aktar minn tletin sena u li llum saru anzjani u li b'mod naturali jkunu akkumulaw ċertu flejjes, m'għandhomx jiġu daqsant preġudikati? Jidhirlu li b'dan il-mod l-okkupanti mhux qed jingħataw l-ebda vantaġġ jew stimolu biex jixtru din il-proprjetà u dan avolja ilhom is-snin jagħmlu l-almu tagħhom f'dan ir-rigward? Japprezza li prezz bi prezz dak li jkun mhux daqstant ikun akkanit li jixtri fond ġewwa l-Housing Estate? Jikkonsidra li l-assessment għandu jirreferi għaż-żmien ta' meta ttieħed il-flat jew għal tal-anqas min ikun qabeż is-somma jieħu forma ta' sussidju minuri mill-oħrajn?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-iskema ‘ninvesti fid-dar tiegħi’ hija mibnija fuq il-prezz kummerċjali tal-post – li huwa mibni fuq kemm ilu mibni, il-lokalita’ u l-kobor. Wara jingħata s-sussidju. Is-sussidju jingħata jekk l-ammont tal-assi u dħul li jkollu l-kerrej fid-data tat-tħabbir ta’ din l-iskema jkun anqas minn € 100,000. Is-sussidju jinghata kif ġej fuq bażi ta’ kemm ilu kerrej konoxxut; Bejn 7 – 10 snin jingħata 50% sussidju Bejn 10 u 15 ‘il sena jingħat a 55% Bejn 15 u 20 jingħata 60% Aktar minn 20 sena 65%

xiri ta’ proprjetà for possession and use

Question

Jista' l-Ministru jiċċara jekk is-sussidju li se jingħata fuq ix-xiri ta’ proprjetà for possession and use iridx jiġi rifondut wara it-trapass ta’ għaxar snin?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sussidju jigi rifuz lill-Awtorità jekk it-trasferiment tar-residenza isir qabel il-perijodu ta’ għaxar snin mid-data tal-kuntratt finali, jew jekk il-benefiċjarju ma jibqax jabita fid-dar bħala residenza ordinarja tiegħu għall-perjodu ta’ għaxar snin però referenza ssir għall-kondizzjonijiet li jirriżultaw mill-istess skema.
Leg 11 PQ #18497 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti, kemm dawk legali kif ukoll dawk li mhumiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment għal: - Kumitat Festi Nazzjonali, Kumitat għall-Prevenzjoni u l-Kontroll dwar il-Patrimonju – Kulturali, Kumitat Ko-ordinattiv għall-Bio Sigurtà, Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Patrimonju – Naturali, Kumitat Ornis, Kumitat ghall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrali tat-Tniġġiż, Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-Infurzar Lokali, Kumitat tal-Utenti (Appuntat mill-MEPA), Kumitat tan-Nomini għall-Unuri, Dekorazzjonijiet u Għotjiet, Kumitat tat-Tmexxija Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran, Kumitat tat-Tmexxija Teatru Manwel, Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp, Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust, Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor, Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur, MEUSAC, Minerals Advisory Bord, National Sovereignty and Jurisdiction Committee, Orkestra Filarmonika Nazzjonali, Panel ta’ Konciljazzjoni, Tribunal ghat-Talbiet tal-Konsumaturi u Tribunal Industrijali? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex full-time u x’paga għandhom u dan kollu senjatament għas-snin 2008, 2009 u 2010. Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li mhumiex u x’ retainers għandhom għall-Ministeru nnifsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferih għar-risposta li tajt f’Mistoqsija parlamentari 27478.

Applikazzjoni għall-fond alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma ġietx assenjata fond alternattiv bħal l-okkupanti l-oħra tal-istess binja? Japprezza li l-post li qed tgħix fih jinsab fil-periklu kbir u għalhekk l-okkupanti l-oħra ngħataw post alternattiv?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni m’għandhiex applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali għaldaqstant ma tistax tiġi kkunsidrata biex tiġi allokata post. Hija mitluba biex tmur fl-ufficju tal-Awtorita’ tad-Djar fil-ħinijiet tal-ftuħ u tissottometti applikazzjoni.
Leg 11 PQ #34024 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

imħalfin li jattendu state dinners

Question

Jista' l-Prim Minisru jgħid kif jiġu magħżula l-imħallfin sabiex jattendu l-istate dinners jew l-imħallfin kollha jkunu mistiedna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista tal-Istate dinners u official luncheons waqt żjarat statali jkunu ko-ordinati flimkien mill-kumitat taż-żjarat. Filkaż tal-Imħallfin, dawn jiġu mistiedna fuq bażi ta’ roaster sabiex ikun hemm rappreżentanza ta’ dan il-korp f’dawn l-attivitajiet. Huwa biss il-Prim Imħallef li jkun dejjem mistieden għall-Istate Dinners.
Leg 11 PQ #34025 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

maġistrati mistiedna għall-ikliet statali

Question

Jista' l-Prim Minsitru jgħid jekk il-maġistrati kollha jiġux mistiedna għall-ikliet statali jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħala regola, le, il-maġistrati ma jiġux mistiedna għall-ikliet statali waqt żjarat minn kapijiet ta’ stati u kapijiet ta’ gvern.

MNL — esperti xjentisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-esperti impjegati mal-Malta National Labortory idumu ħafna sabiex jippreżentaw ir-relazzjonijiet tagħhom fosthom l-esperti xjentisti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

kawżi ċivili assenjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jiġu assenjati l-kawżi ċivili bejn il-maġistrati? Min huma l-maġistrati u jekk jieħdux l-istess ammont ta' kawżi bejniethom u tal-istess natura?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qrati Ċivili u Tribunal (Malta) Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li l-kawżi civili fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jinqasmu kollha indaqs b’sistema ta’ roster. Dawn il-kawżi jinqasmu bejn il-Maġistrati: Dr Joseph Apap Bologna, Dr Consuelo Scerri Herrera, Dr Gabriella Vella u Dr Francesco Depasquale. Rigward il-kawżi tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, il-kawżi kollha jiġi assenjati lill-Maġistrat Dr Gabriella Vella. Il-libelli ċivili jiġu assenjati kollha lill-Maġistrat Dr Francesco Depasquale. Rigward it-tliet Bordijiet, jiġifieri Il-Bord li Jirregola l-Kera (RRB), il-Bord ta’ Arbitraġġ dwar Artijiet (LAB) u l-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’ (RLCB) il-kawżi jinqasmu hekk: RRB u LAB jiġu assenjati lill-Maġistrat Dr Giovanni Grixti filwaqt li dawk ta’ l-RLCB jiġu assenjati lil Magistrat Dr Francesco Depasquale. Qrati Ċivili (Għawdex) Is-S.T.O. Prim Imħallef jassenja l-kawżi ċivili bejn il-Maġistrati. Fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), il-kawżi ċivili jieħdu konjizzjoni tagħhom il-Maġistrat Dr Paul Coppini u l-Maġistrat Dr Josette Demicoli. Preżentement, il-kawżi ċivili jinqassmu hekk: il-Maġistat Demicoli tieħu konjizzjoni tal-kawżi Superjuri u Inferjuri kollha; mentri li tal-Familja jinqassmu nofs bin-nofs mal-Maġistrat Coppini. Il-Magistrat Demicoli tieħu wkoll konjizzjoni tar-rikorsi kollha li jidħlu fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni Volontarja.

kawżi ċivili pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom kawżi ċivili pendenti kull maġistrat u kemm hemm minn dawn il-kawżi li ilhom pendenti għal aktar minn ħames snin?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qrati Ċivili u Tribunali (Malta) Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ kawżi ċivili pendenti ta’ kull Maġistrat u kemm hemm minn dawn il-kawżi li ilhom pendenti għal aktar minn ħames snin huma s-segwenti: Maġistrat Dr Joseph Apap Bologna Tip ta’ kawża Nru. ta’ kawżi pendenti Pendenti għal iktar minn 5 snin Tal-Maġistrati (Ċivili) 333 100 Bord li Jirregola l-Kera 8 8 Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’ 5 5 Total 346 113 Maġistrat Dr Giovanni Grixti Tip ta’ kawżaNru. ta’ kawżi pendentiPendenti għal iktar minn 5 snin Tal-Maġistrati (Ċivili) 22 16 Bord li Jirregola l-Kera 410 82 Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’ 25 23 Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar Artijiet 175 79 Total 632 200 Maġistrat Dr Consuelo Scerri Herrera Tip ta’ kawżaNru. ta’ kawżi pendentiPendenti għal iktar minn 5 snin Tal-Maġistrati (Ċivili) 130 6 Total 130 6 Maġistrat Dr Gabriella Vella Tip ta’ kawżaNru. ta’ kawżi pendentiPendenti għal iktar minn 5 snin Tal-Maġistrati (Ċivili) 263 76 Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva 365 0 – Tribunal beda jiffunzjona fl-2009 Total 628 76 Magistrat Dr Francesco Depasquale Tip ta’ kawżaNru. ta’ kawżi pendentiPendenti għal iktar minn 5 snin Tal-Maġistrati (Ċivili) 297 20 Bord li Jirregola l-Kera 16 6 Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’ 66 28 Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar Artijiet 3 0 Total 382 54 Qrati Ċivili (Għawdex) Il-kawżi ċivili pendenti fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) huma hekk: Ara PL 9691 li tpoġġiet nhar it-Tlieta, 02 ta’ Mejju 2012 fis-Seduta 467.

inkjesti kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-maġistrati, minn minnhom jagħmlu inkjesti kriminali? Kemm għandhom pendenti kull maġistrat u kemm ilhom pendenti għal aktar minn sena.?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qrati Kriminali u Tribunal (Malta) Il-Magistrati kollha huma assenjati li jaghmlu inkjesti Magisterjali minbarra Magistrat wiehed li mhux assenjat jaghmel dan ix-xoghol. u Magistrat iehor li ghad irid jigi assenjat ix-xoghol lilu. It-tabella ta’ hawn taht turi kemm il-inkjesta ghandhom pendenti kull Magistrati sal-31 ta’ Marzu, 2012. It-tieni kolonna ta’ din it-tabella turi kemm ghandhom inkjesti pendenti sad-data imsemmija fil-waqt li t-tielet kolonna turi kemm minn dawn l-inkjesti gew introdotti qabel is-sena 2010 u ghadhom pendenti. Magistrati - MALTA Inkjesti Pendenti sal-31 ta’ Marzu 2012 Li Minnhom gew Introdotti qabel Dicembru 2010 Mag. A. Mizzi 42 7 Mag. J. Apap Bologna 381 333 Mag. J. Padovani 52 44 Mag. A. Micallef Trigona 82 47 Mag. G. Grixti 50 22 Mag. C. Scerri Herrera 21 NIL Mag. M. Hayman 198 139 Mag. A. Vella 49 3 Mag. A. Demicoli 52 29 Mag. E. Grima 93 7 Mag. D. Clarke 50 5 Mag. G. Vella 75 22 Mag. C. Stafrace Zammit 115 52 Mag. M. Farrugia 127 122 Mag. F. Depasquale 78 31 Mag. N. Camilleri 22 NIL Qrati Kriminali (Għawdex) Maġistrat Total globali ta’ inkjesti pendenti ** Inkjesti li ilhom pendenti għal iktar minn sena ^^ + $$ Maġ. Dr D. Montebello 19 19 Maġ. Dr J. Apap Bologna 9 9 Maġ. Dr C. Peralta 7 7 Maġ. Dr P. Coppini 191 166 Maġ. Dr A. Micallef Trigona 56 56 Mag. Dr J. Demicoli 60 45 Total fil-Qorti ta’ Għawdex 342 302 Din l-istatitika hija sal-31 ta’ Marzu 2012 ** jinkludi fih l-ammont indikat fil-kolonna testata “ Inkjesti li ilhom pendenti għal iktar minn sena.” ^^ kompriż fil-kolonna testata “Total ta’ inkjesti pendenti” $$ is-sena qed tiġi meħuda mis-27 ta’ April 2011 u qed tittieħed mid-data li fiha jkun ġie preżentat fir-Reġistru tal-Qorti r-rapport tal-ispettur tal-pulizija.

kawżi tad-distrett kriminali pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi tad-distrett kriminali pendenti quddiem il-maġistrati u jekk il-maġistrati kollha jagħmlux xogħol tad-distrett?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qrati Kirminali u Tribunali (Malta) Quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta’ Gudikatura Kriminali, sal-ahhar ta’ Frar, 2012, kien hemm 4,162 pendenti, li minnhom 3,917 huma attivi u 245 sine die. Fuq l-ahhar parti tal-mistoqsija, mhux il-Magistrati kollha jaghmlu xoghol tad-distrett. Qrati Kriminali (Għawdex) Maġistrat Kawżi tad-Distrett Kriminali pendenti Dr Neville Camilleri 241 Dr Paul Coppini 0 Dr Josette Demicoli 1 Dr Edwina Grima 23 Dr Giovanni Grixti 5 Total 270 Informazzjoni mogħtija sal-31 ta’ Marzu 2012. Fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Maġistrat wieħed biss (Dr Neville Camilleri) jieħu konjizzjoni tal-kawżi tad-Distrett. Il-kawżi tad-Distrett li hemm pendenti quddiem il-Maġistrati l-oħra qiegħdin hekk peress illi dawn il-Maġistrati peress illi dawn l-istess Maġistrati kienu jaħdmu fil-Qorti ta’ Għawdex (Maġistrati Grima u Grixti) jew għax ikunu ġew assenjati lilhom wara astensjoni minn xi Maġistrat ieħor (bħal fil-kawża li hemm għand il-Maġistrat Demicoli).

imħallfin u maġistrati li siefru fuq xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid min mill-imħallfin u maġistrati siefru in konnessjoni ma' xogħol barra minn Malta f'dawn l-aħħar sentejn u kemm-il darba marru? Min jagħżel liema imħallef jew maġistrat isiefer jew le fuq xogħol u min iħallas għal dawn is-safriet tagħhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-informazzjoni mitluba dwar safar ta’ Membri tal-Ġudikatura qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar it-tieni mistoqsija jien informat li dan jiddependi mix-xorta ta’ stedina u mix-xorta tax-xogħol li jkun. Dan jista’ jkun xogħol konnessi ma xi proċeduri li jkunu pendenti quddiem xi Mħallef jew Maġistrat partikolari f’liema eventwalita’ ma hix kwistjoni ta’ għażla ta’ xi ħadd għaliex ikun biss dak l-Imħallef jew Maġistrat li jkun jeħtieg li jmur barra. Jekk ix-xogħol jkun jikkonsisti f’seminars jew konferenzi barra minn Malta ta’ interess għall-ġudikatura jiddependi jekk il-ġudikant imurx privatament jew uffiċjalment bħala rappreżentant tal-ġudikatura Maltija. Jekk imur privatament ikun irid jitlob “ leave of absence ” kif provdut fir-regolamenti. Jekk ser imur bħala rappreżentant tal-ġudikatura jien informat li jrid ikun hemm l-approvazzjoni tal-Prim Imħallef wara li dan jieħu qies tas-suġġett tal-konferenza u min hu disponibbli fil-perjodu relevanti sabiex jiġi evitat kemm jista’ jkun id-differiment ta’ seduti ġia appuntati. Dwar min iħallas, jiddependi wkoll mix-xorta ta’ xogħol, tal-konferenza jew seminar, hux ser tkun f’kapaċita’ privata jew uffiċjali, kif ukoll mill-kundizzjonijiet stabbiliti mill-organizzaturi. Is-safar uffiċċjali jitħallas mill-fondi tal-Qrati tal-Ġustizzja.

kawżi ta' natura kostituzzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kawżi ta' natura kostituzzjonali jiġux imqasma bejn l-imħallfin kollha li jippresedu fil-Prim' Awla u jekk hemm imħallfin li ma jeħdux dawn il-kawżi min huma?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kawzi ta’ natura kostituzzjonali jigu assenjati fuq bazi ta’ roster bejn il-gudikanti li jippresjedu fil-Prim’Awla tal-Qorti Civili hlief ghall-Imhallef Carmelo Farrugia Sacco, l-Imhallef Noel Cuschieri u l-Imhallef Abigail Lofaro.