Immigranti illegali detenuti fiċ-ċentri ta' detenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, preżentement, kemm hawn immigranti illegali detenuti fiċ-ċentri ta' detenzjoni, kemm hemm fl-open centres, u kemm hu kkalkolat li hawn fil-pajjiż in ġenerali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent, il-popolazzjoni ta' immigranti illegali ġewwa ċ-ċentri ta' detenzjoni u dawk miftuħa hija ta' 2302 u 2194 rispettivament. Huwa tajjeb li wieħed jgħid illi fost dawk l-immigranti li jgħixu ġewwa ċ-ċentri miftuħa hemm numru li għad għandhom t-talba tagħhom għall-ażil pendenti.
Ninsab infurmat ukoll illi hemm 766 immigranti li jgħixu ġewwa residenzi privati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm immigranti illegali li qed jaħdmu regolarment f'Malta u jispjega x'tip ta' sussidju finanzjarju qed jagħti l-Gvern kemm lil dawk li qed jaħdmu kif ukoll li dawk li ma jaħdmux?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li sa l-aħħar ta' Jannar 2009 kien hemm 1,008 persuni bħala refuġjati, nies bi protezzjoni umanitarja temporanja u nies li qed ifittxu ażil, li kienu qed jaħdmu.
Għat-tieni parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Peress li għall-mistoqsija parlamentari 4795 il-Prim Ministru wieġeb li ma jkunx f'pożizzjoni jagħti informazzjoni mingħajr il-kunsens espliċitu tal-individwu konċernat, u peress li flimkien ma' din il-mistoqsija parlamentari il-kunsens rikjest qed jintbagħat separatament, jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari 4795?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Każ ta' persuna — uffiċjal temporanju fis-servizz ta' detenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jispjega liema kienet il-kundizzjoni li ma ssodisfax il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, sabiex l-applikazzjoni tiegħu għall-ingaġġ bħala uffiċjal temporanju fis-servizz ta' detenzjoni ma ġietx aċċettata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ma ssodisfatx il-kundizzjoni elenkata fl-ewwel paragrafu tas-sejħa għall-applikazzjonijiet kif pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-4 ta' Lulju 2008.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm propjetajiet preżentament rekwiżizzjonati mill-Gvern?
Jista' jgħid ukoll kemm-il propjetà ġiet derekwiżizzjonata mill-1992 'l hawn?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li preżentament hemm 755 propjeta’ li għadhom kolpiti b’Ordnit ta’ Rekwiżizzjoni. Mill-1992 sal-lum, ġew derekwizizzjonati 22,713 il-propjeta’.
Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem — ħatra ta' imħallef
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'bi ħsiebu jagħmel il-Gvern issa li n-nomini tiegħu għall-ħatra ta' Imħallef sabiex jippresjedi fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem reġgħet ġiet irreġettata?
Jidhirlu il-Gvern li wara kważi tliet snin fejn ma ntlaħaq l-ebda kompromess mal-Kunsill ta' l-Ewropa, li wasal iż-żmien li l-Gvern, b'responsabbiltà jissorvola din il-kwistjoni għax tista' twassal għal kriżi internazzjonali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dwar l-ewwel parti tad-domanda il-Gvern qiegħed jistudja l-pożizzjoni li issa tirriżulta wara li l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa qiegħda tkompli tinsisti fuq il-pożizzjoni tagħha minkejja l-parir kuntrarju li tat il-Qorti Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem sabiex jikkunsidra l-għazliet li għandu l-Gvern quddiemu.
In kwantu għat-tieni parti tad-domanda għandu jingħad li il-Gvern f’din il-materja mexa b’mod mill-aktar responsabbli tant li meta adixxa lill-Qorti Ewropea dwar id-Drittijet tal-Bniedem għall-parir tagħha dwar il-kwistjoni dik il-Qort tat raġun lill-Gvern u hija l-Assemblea Parlamentari tal-Council of Europe li qiegħdha twebbes rasha anki saħansitra kontra l-parir li ingħata mill-Qorti Ewropea imsemmija. Ċertament sabiex il-Gvern jimxi b’mod risponsabbli ma jfissirx li għandu jirrinunzja għall-prerogattivi u d-drittijiet li jagħtuh il-konvenzjonijiet internazzjonali li taghhom ikun parti għalkemm ma jidhirx ċar fejn l-Onor interpellant qiegħed jara xi kriżi addirittura internazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies preżentament ritenuti fil-Facilità Korrettiva ta' Kordin li qiegħdin b'arrest preventiv u jindika n-nazzjonalità tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' detentuti ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li jinsabu taħt arrest preventiv huwa ta' 134, li d-dettalji tan-nazzjonalita' tagħhom jidhru fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jidhirlu l-Ministru anke wara ċerti deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem li wasal iż-żmien li l-persuna li tkun qiegħda taħt arrest u qed tiġi interrogata għandu jkollha l-jedd għall-assistenza legali? Bi ħsibu l-Ministru, fil-futur qasir, idaħħal emendi simili?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern qiegħed isegwi mill-qrib l-iżvilupp tal-każistika in materja tal-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll l-iżviluppi li qed isiru lokalment kemm fil-kamp forensiku kif ukoll fl-organizzazzjoni tal-Pulizija sabiex ikun jista' jiġi determinat x'deċizjonijiet huma opportuni li jittieħdu f'dan ir-rigward.
Jaqbel il-Ministru li ċerti tip ta' kawżi li di natura tagħhom jista' jkollhom indoli ta' natura poltika, jiġu assenjati dejjem għal quddiem ġudikant partikolari? Jaħseb li dan jista' jiġi interpretat, tajjeb jew ħażin, bħala forma ta' forum shopping?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ma hux ċar għalxiex qiegħed jagħmel riferenza l-Onor interpellant u għal-liema tip ta’ kawżi qiegħed jirreferi u għalhekk ma jidhirx li tista’ tingħata riposta informata għal domanda li tirrigwarda sitwazzjoni ipotetika. Ċertament, iżda, jekk kawżi jiġu assenjati lil ġudikant partikolari dan għandu jservi biex jelimina l-forum shopping u mhux biex jinkoraġġih.
Jista' l-Prim Minisru jinfurmani dwar l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u jgħid: Minn mindu ġie tterminat l-impjieg tiegħu sal-lum, xi flus qed jirċievi mingħand il-Gvern sena sena bħala pensjoni tas-servizz u jispjega kif se tiġi kkomputata din il-pensjoni? Jista' jgħid x'paga jirċievi jew kien jirċievi full gunner bejn il-15 ta' Marzu 2003 sal-lum sena, sena? Jista' jgħid kemm hi l-pensjoni sħiħa ta' full gunner llum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollhiex il-kunsens ta’ l-individwu ikkonċernat.
Jista' l-Prim Minisru jinfurmani dwar l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u jgħid: Minn mindu ġie tterminat l-impjieg tiegħu sal-lum, xi flus qed jirċievi mingħand il-Gvern sena sena bħala pensjoni tas-servizz u jispjega kif se tiġi kkomputata din il-pensjoni? Jista' jgħid x'paga jirċievi jew kien jirċievi full gunner bejn il-15 ta' Marzu 2003 sal-lum sena, sena? Jista' jgħid kemm hi l-pensjoni sħiħa ta' full gunner llum?
Japprezza l-Ministru li wara l-inċidenti ta' l-istrajk li nħoloq mid-drivers tal-hearses tressqu numru ta' nies il-Qorti però tajjeb jew ħażin kienet il-persuna li tagħha qed jingħataw d-dettalji separati li tteħditilha t-tag u dan avolja li l-istrajk ġie riżolt amikevolment? Persważ li l-Ministru jista' juża l-influwenza tiegħu u mill-aspett umanitarju jintervjeni sabiex il-persuna indikata ma titlifx l-impjieg tagħha..
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha ingħatat sentenza mill-Qorti ta’ tmintax-il xahar ħabs, sospiżi għal tlett snin wara li ammettiet l-akkuzi kollha miġjuba kontriha. B’ konsegwenza t’ hekk, l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta issospendiet it-tag ta’ din il-persuna skond il-provvedimenti tal-Artiklu 131(6) tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur.
Ninsab infurmat ukoll li dwar dan il-każ hemm kawża pendenti kontra l-Awtorità, quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u għalhekk f’ dan l-istadju id-deċizjoni għandha titħalla f’ idejn l-istess qorti.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li jien bħala Ministru u l-Gvern li nagħmel parti minnu nippretendu mill-amministraturi pubbliċi u mill-awtoritajiet regolatorji li jaġixxu skond il-liġi u mhux skond l-influwenza li l-Onor. Interpellant mingħalih li għandi u li nista' nuża.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4550, ninfurmah li ż-żewġ vacancies li jiena staqsejtu fuqhom huma tal-ġenetika. Jista' l-Ministru jispjega fiex waslu dawn iż-żewġ vacancies? Jista' jispjega kif il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, skond it-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija 4550 ġiet meqjusa li ilha speċjalista għal sentejn meta ma kenitx fi specialist register għal dan il-perijodu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tal-Patoloġija hemm aktar minn żewġ vacancies li kienu hemm f’Novembru 2005. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispecifika għal-liema vacancies qiegħed jirreferi.
Dwar il-ftehim bejn il-Gvern u l-MAM il-kriterji biex persuna tkun eliġibbli tapplika għall-post ta’ konsulent huma kif indikat fis-silta minn klawsola 14.3 tal-ftehim:
A. i) “Certificate of completion of training in the relative speciality/specialties by the local Specialist Accreditation Committee
ii) OR inclusion in the appropriate Specialist Register(s)
iii) OR be approved for inclusion in the appropriate Specialist Register(s)”
AND
B. “two years full time experience as a specialist in the particular field”.
Dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant dwar persuna partikulari ma jirriżultax mir-rapport tal-Bord tal-Għażla maħtur mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4550 u ċioe: Jaf il-Ministru li jeżistu żewġ job vacancies ta' konsulenti fid-Dipartiment tal-Patologija u li wieħed minnhom ilu vakanti minn Novembru tal-2005? Jaf li diġa' saru l-interviewsu ħarġu ir-riżultati uffiċjali. Jista' jispjega x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu u jgħid fiex wasal il-proċess?
Jaf li skont il-ftehim li sar mal-MAM biex persuna tkun eliġibbli li tapplika għall-post ta' konsulent trid tkun ilha sentejn speċjalista fuq bazi
full-time,
liema speċjalisti jkunu reġistrati fuq reġistri tal-ispeċjalisti mediċi?
Jista' jispjega f'dan l-isfont kif inhu l-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li m'ilhiex sentejn taħdem bħala speċjalista tħalliet tapplika għall-post ta' konsulent u għaddiet, meta kien hemm nies li applikaw li kienu ilhom aktar minn sentejn jaħdmu bħala speċjalisti u għalhekk ma tapplikax l-eċċezzjoni miftiehma bejn il-MAM u l-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fid-Dipartiment tal-Patoloġija hemm aktar minn żewġ vacancies li kienu hemm f'Novembru 2005. Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema vacancies qiegħed jirreferi.
Informat ukoll li dwar il-ftehim bejn il-Gvern u l-MAM il-kriterji biex persuna tkun eliġibbli tapplika għall-post ta' konsulent huma dawn :-
A- i) "Certificate of completion of training in the relative speciality/specialities by the local Specialist Accreditation Committee"
ii) OR inclusion in the appropriate Specialist Register/s
iii) OR be approved for inclusion in the appropriate Specialist Register/s
u ,
B- i) "two years full time experience as a specialist in the particular field".
Dak li qed jallega l-Onor. Interpellant dwar persuna partikolari ma jirriżultax mir-rapport tal-Bord tal-Għażla maħtur mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm attwalment kawżi pendenti li saru mill-azzjonisti ta' dak li kien in-National Bank of Malta? Jista' jgħid kemm ilhom pendenti dawn il-kawżi u min huwa l-Imħallef li qed jismagħhom?
Jikkonferma li saru trattattivi bejn il-Gvern u n-nies konċernati? Jista' jgħid fiex waslu dawn it-trattattivi u kienx hemm xi proposti konkreti minn naħa tal-Gvern?
Jidhirlu li dawn il-pendenzi tan-
National Bank
issa ilhom wisq u allura għandu jitratta din il-kwistjoni b'ċerta urġenza?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi attwalment hemm tlett kawżi pendenti li saru mill-azzjonisti tan-National Bank of Malta li huma s-segwenti:
‘
Peter Cassar Torreggiani et noe vs Onor Dominic Mintoff et’
– Ċitazzjoni Numru 282/1977JRM intavolata fis-16 ta’ Settembru 1977 u li tinsab differita għat-3 ta’ Diċembru 2008 sabiex jintemm il-proċess tal-leġitimazzjoni ta’ l-atti da parti ta’ l-imsemmija azzjonisti.
‘
Vincent Curmi noe et vs Onor. Prim Ministru et’
– Rikors Kostituzzjonali Numru 389/1992JRM intavolat fit-30 ta’ Settembru 1992 u li tinsab differita għat-3 ta’ Diċembru 2008 sabiex jintemm il-proċess tal-leġitimazzjoni ta’ l-atti kif fuq deskritt.
‘
Dr Philip Attard Montalto et noe vs Onor. Prim Ministru et’
– Rikors Kostituzzjonali Numru 390/1992JRM intavolat fit-30 ta’ Settembru 1992 u li tinsab differita għat-3 ta’ Diċembru 2008 sabiex jintemm il-proċess tal-leġitimazzjoni ta’ l-atti kif ukoll fuq deskritt.
Dawn il-kawżi kollha qegħdin jinstemgħu mill-Onorevoli Imħallef Dr. Joseph R. Micallef.
Il-Gvern għandu kull interess illi dawn il-kawżi jigu deċiżi mingħajr dewmien u qatt ma ħela ż-żmien f' dawn il-proċeduri.
Jaf il-Ministru li jeżistu żewġ job vacancies ta' konsulenti fid-Dipartiment tal-Patologija u li wieħed minnhom ilu vakanti minn Novembru tal-2005? Jaf li diġa' saru l-interviewsu ħarġu ir-riżultati uffiċjali. Jista' jispjega x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu u jgħid fiex wasal il-proċess?
Jaf li skont il-ftehim li sar mal-MAM biex persuna tkun eliġibbli li tapplika għall-post ta' konsulent trid tkun ilha sentejn speċjalista fuq bazi
full-time,
liema speċjalisti jkunu reġistrati fuq reġistri tal-ispeċjalisti mediċi?
Jista' jispjega f'dan l-isfont kif inhu l-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li m'ilhiex sentejn taħdem bħala speċjalista tħalliet tapplika għall-post ta' konsulent u għaddiet, meta kien hemm nies li applikaw li kienu ilhom aktar minn sentejn jaħdmu bħala speċjalisti u għalhekk ma tapplikax l-eċċezzjoni miftiehma bejn il-MAM u l-Gvern?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm attwalment kawżi pendenti li saru mill-azzjonisti ta' dak li kien in-National Bank of Malta? Jista' jgħid kemm ilhom pendenti dawn il-kawżi u min huwa l-Imħallef li qed jismagħhom?
Jikkonferma li saru trattattivi bejn il-Gvern u n-nies konċernati? Jista' jgħid fiex waslu dawn it-trattattivi u kienx hemm xi proposti konkreti minn naħa tal-Gvern?
Jidhirlu li dawn il-pendenzi tan-
National Bank
issa ilhom wisq u allura għandu jitratta din il-kwistjoni b'ċerta urġenza?
Jaf l-Prim Ministru li skont in-North West Plan li kien ġie approvat mill-Parlament, ma jistgħux jinħarġu permessi ta' bars jew pubs, fost affarijiet oħra, fl-Imdina jekk dawn ma jkunux sekondarji u formanti parti minn xi attrazzjoni? (Hawn qed nitkellmu fuq permessi Class 4 and 6). Jista' jispjega kif nonostante l-pjan approvat u l-projbizzjoni msemmija nħarġu permessi mill-Awtoritá għall-Ippjanar u l-Iżvilupp għal ta' l-inqas żewġ stabbilimenti li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat jevalwa kull każ li jiġi quddiem skond it-termini tal-policy ċitata mill-Onorevoli Interpellant u jiżen l-area ta' Class 6 meta mqabbla mal-parti kulturali tal-proġett, u jirrikmanda rifjut kull fejn jidhirlu li l-applikazzjoni xxaqleb wisq lejn Class 6.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy li jekk tkun ta' eta' żgħira ma tkunx tista' tingħata mediċina mill-Isptar. Persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ġiet infurmata li n-neputi tagħha ta' sentejn u nofs ma jistax jingħata l-insulina b'xejn mill-Isptar minħabba l-eta' tenera tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid x'kariga kien jokkupa l-persuna li d-dettalji dwaru qed intbagħtu separatament, fi ħdan id-dekasteru tas-segretarju parlamentari Toni Abela għas-snin 2005, 2006 u 2007?
Jistax jikkonferma li nonostante t-terms of reference ta' l-impjieg tiegħu kienx ukoll involut b'mod dirett f'xogħol li kien jinvolvi kuntratti ta' xiri ma' l-Armata u anke in konnessjoni mad-detention services?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kuntratti ta’ xiri tal-Forzi Armati dejjem ġew ipproċessati skond il-proċeduri u r-regolamenti dwar kuntratti publiċi applikabli.