Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità dwar it-Trasport — Liċenzja għal double-deckers open tops

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6523 u jgħid kemm-il liċenzja ngħatat mill-Awtorità dwar it-Trasport sabiex jigu operati double-deckers open tops matul dawn l-aħħar erba' snin? Lil min ingħataw dawn il-liċenzji u għal liema skop qed jintużaw? Jista' jispjega għaliex liċenzja simili għadha s'issa ma ngħatatx. lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jaf bid-deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust f'każ simili ftit xhur ilu fil-każ tal-Garden of Eden? Jista' jgħid x'inhuma l-konsiderazzjonijiet tiegħu fuq tali deċiżjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sa issa l-ADT illiċenzjat ħmistax-il Open Top Bus. Minn dawn tnax kienu inħarġu f’isem Supreme Travel Ltd biex joperaw fuq żewġ rotot kif kienu kkuntrattati mal-ADT u t-tlieta l-oħra inħarġu f’isem il-Garden of Eden Garage Ltd . Infurmat ukoll li għal issa l-ADT mhix qed tipproċessa aktar applikazzjonijiet għal Open Top Buses u dan sakemm tkun iffinaliżżata l-policy tal-Gvern dwar is-settur kollu tat-trasport pubbliku bla skeda.

Policy ta' l-istat dwar l-visa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi l-policy ta' l-Istat għal dak li jikkonċerna visa jekk mara ta' nisel barrani jkollha t-tfal minn ċittadin Malti u jkunu huma stess ċittadini Maltin pero' tkun hawn irregolarment tingħatax visa bħal fil-każ speċifiku li d-dettalji dwaru qed jidhru separatament ? Jidhirlu li f'każijiet simili, anke mill-aspett umanitarju u mill-aspett tad-drittijiet Kostituzzjonali tat-tfal (d-dritt għall-familja) għandu jipprovdi sabiex il-pożizzjoni ta' dawn in-nies tiġi regolarizzata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates jaċċetta biss applikazzjonijiet għall-permessi ta' residenza mingħand persuni li qegħdin jirrisjedu f'Malta legalment. Il-każijiet, bħal dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, jiġu ttrattati mid-Dipartiment fuq il-mertu tagħhom u normalment it-talbiet għall-ħruġ tal-permessi jintlaqgħu sakemm il-persuni konċernati, fil-waqt tal-applikazzjoni, jkunu qegħdin Malta legalment. Minħabba il l-Mistoqsija tirrigwarda l-aktar immigranti projbiti, kif definit fl-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap 217), nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għandhiex iċ-ċittadinanza Maltija? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid taħt liema kriterju tali persuna akkwistat tali ċittadinanza?

Response (BORG, TONIO)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8036, ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates m'għandu ebda rekords li juru li l-persuna kkonċernata għamlet xi talba għaċ-ċittadinanza Maltija.
Leg 11 PQ #8038 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tal-Patoloġija — Konsulenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7475, peress li għaddew aktar minn 24 ġurnata, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tagħrif mitlub nġabarx u cioè : Jaf li jeżistu żewġ job vacancies ta' konsulenti fid-Dipartiment tal-Patologija u li wieħed minnhom ilu vakanti minn Novembru tal-2005? Jaf li diġaà saru l-interviews u ħarġu ir-riżultati uffiċjali? Jista' jispjega x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu u jgħid fiex wasal il-proċess? Jaf li skont il-ftehim li sar mal-MAM biex persuna tkun eliġibbli li tapplika għall-post ta' konsulent trid tkun ilha sentejn speċjalista fuq bazi full-time, liema speċjalisti jkunu reġistrati fuq reġistri tal-ispeċjalisti mediċi? Jista' jispjega f'dan l-isfont kif inhu l-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li m'ilhiex sentejn taħdem bħala speċjalista tħalliet tapplika għall-post ta' konsulent u għaddiet, meta kien hemm nies li applikaw li kienu ilhom aktar minn sentejn jaħdmu bħala speċjalisti u għalhekk ma tapplikax l-eċċezzjoni miftiehma bejn il-MAM u l-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Fidi ta' ċnus — Dewmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kawza tad-dewmien għall-fidi taċ-ċens tal-persuna li dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament? Jista' jgħid kemm ġew mifdija ċnus f'dawn l-aħħar 12-il xahar, xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija l-informazzjoni hi kif ġej: Minn Janar 2008, iċ-ċnus mifdija kienu 251 maqsuma hekk: Jan. Frar Mar. Apr. Mej. Gun. Lul. Aww. Set. Ott. Nov. Dic. Jan/09 20 46 30 2 44 22 27 12 19 20 0 5 4
Leg 11 PQ #7230 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ ta' vot

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6985 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, m'għandhiex vot?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi lill-persuna kkonċernata għand l-Uffiċċju Elettorali.
Leg 11 PQ #7475 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tal-Patoloġija — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4550 u cioè: Jaf li jeżistu żewġ job vacancies ta' konsulenti fid-Dipartiment tal-Patologija u li wieħed minnhom ilu vakanti minn Novembru tal-2005? Jaf li diġa' saru l-interviewsu ħarġu ir-riżultati uffiċjali. Jista' jispjega x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu u jgħid fiex wasal il-proċess? Jaf li skont il-ftehim li sar mal-MAM biex persuna tkun eliġibbli li tapplika għall-post ta' konsulent trid tkun ilha sentejn speċjalista fuq bazi full-time, liema speċjalisti jkunu reġistrati fuq reġistri tal-ispeċjalisti mediċi? Jista' jispjega f'dan l-isfont kif inhu l-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li m'ilhiex sentejn taħdem bħala speċjalista tħalliet tapplika għall-post ta' konsulent u għaddiet, meta kien hemm nies li applikaw li kienu ilhom aktar minn sentejn jaħdmu bħala speċjalisti u għalhekk ma tapplikax l-eċċezzjoni miftiehma bejn il-MAM u l-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Fidi ta' ċnus — Dewmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kawza tad-dewmien għall-fidi taċ-ċens tal-persuna li dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament? Jista' jgħid kemm ġew mifdija ċnus f'dawn l-aħħar 12-il xahar, xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7230 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ ta' vot

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6985 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, m'ghandhiex vot?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Qorti — Ġurnata tax-xogħol tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi x'ħin suppost tispiċċa l-ġurnata tax-xogħol tal-ħaddiema tal-Qorti? Jista' jispjega jekk hemmx xi konċessjoni mogħtija sabiex dawn imorru d-dar kmieni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba l-esiġenzi tax-xogħol fil-Qorti tal-Ġustizzja, l-impjegati jaħdmu bejn it-7.45am u l-4.30pm, mingħajr ma jieħdu l-break uffiċjali ta' tlett kwarti bejn in-12.30pm u s-1.15pm.

Awtorità dwar it-Trasport — Liċenzja għal double-deckers open tops

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6523 u jgħid kemm-il liċenzja ngħatat mill-Awtorità dwar it-Trasport sabiex jigu operati double-deckers open tops matul dawn l-aħħar erba' snin? Lil min ingħataw dawn il-liċenzji u għal liema skop qed jintużaw? Jista' jispjega għaliex liċenzja simili għadha s'issa ma ngħatatx. lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jaf bid-deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust f'każ simili ftit xhur ilu fil-każ tal-Garden of Eden? Jista' jgħid x'inhuma l-konsiderazzjonijiet tiegħu fuq tali deċiżjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6596 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

każ fuq vacancy

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4898 u wara li ġew approvati l-appointments konċernati, jivverifika l-Ministru li l-informazzjoni mgħoddija lilu fuq il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, kienu addirittura skorretti? Jista' jagħmel verifiki ulterjuri u jekk jirriżultalu li dak allegat hu minnu, jieħu passi ulterjuri f'dan ir-rigward?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6751 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pariri ta' dietician/nutritionist

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' warrant/liċenzja hemm bżonn li wieħed jikseb sabiex jagħti pariri ta' dietician/nutritionist jekk attwalment hemm bżonn? Jaf il-Ministru li kważi l-beauticians kollha ta' Malta u l-gym instructors kollha jagħtu pariri dwar x'inhi l-aħjar tip ta' dieta li wieħed isegwi? Jidhirlu għaldaqstant li attwalment m'hemm xejn ħażin li persuna li tkun taħdem ġo salon ma tkun qed tagħmel xejn ħażin u ma tkun qed tikser l-ebda liġi? Jista' jispjega jekk id-dieticians/nutritionists jaqgħux taħt il-Kunsill Mediku Malti u jekk fin-negattiv kif l-istess kunsill interferixxa fil-każ, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

ċentri ta' detenzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswew prezentement lill-Gvern fix-xahar iċ-ċentri kollha fejn jinzammu l-immgranti illegali u jgħid kemm hemm personnel impjegat ma' dawn iċ-ċentri, kemm b'mod volontarju kif ukoll bil-paga? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswew tfal ta' immigranti li qed jattendu skejjel Maltin u jindika l-istatistika? Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ripatrijati, kemm b'mod volontarju, kif ukoll b'forza tal-liġi matul dawn l-aħħar tnax-il xahar u kemm kienet l-ispiża konċernanti? Jista' l-Ministru jagħti dettalji, pajjiz b'pajjiz, dwar dawk il-pajjizi li jaċċettaw jakkomodaw lill-immigranti illegali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi preżentement hemm 270 u 50 impjegat ġewwa l-Closed u l-Open Centres rispettivament. Infurmat ukoll illi bejn Frar tal-2008 u Frar tal-2009 ġew ripatrijati 80 immigrant illegali. In-nefqa għar-ripatrijazzjoni ta' numru minn dawn il-persuni li saret minn dan il-Ministeru kienet ta' €72,158. Il-pajjiżi li s'issa aċċettaw resettlement ta' immigranti minn Malta kienu, l-Olanda, il-Ġermanja, il-Litwanja, il-Portugal, l-Irlanda u l-Istati Uniti tal-Amerika. Barra minnhekk, bħalissa għaddej il-proċess sabiex Franza wkoll tieħu 80 persuna li jgawdu minn protezzjoni internazzjonali. Ta' minn ifakkar ukoll illi l-Gvern qed jagħmel sforzi kontinwi sabiex il-proċess ta' resettlement jinfirex ma' aktar pajjiżi Ewropej. Għar-rigward l-ewwel parti tat-tielet mistoqsija u ta' tfal ta' immigranti li jattendu skejjel Maltin, nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi l-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministri kkonċernati. L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Status ta' refuġjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal status ta' refuġjat jew għal xi forma ta' kenn ieħor f'Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi, sat-23 ta' Frar ta' din is-sena, kien hemm 1015 -il applikazzjoni pendenti. Dawn jinkludu applikazzjonijiet li saru mill-227 immigrant irregolari li daħal dan l-aħħar.
Leg 11 PQ #6187 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għal għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament m'hi qed tirċievi l-ebda għajnuna soċjali? Japprezza li din il-persuna hija marida mentalment u fiżikament serjament u li minħabba f'dan marret tgħix ma' ommha, mara marida li tgħix ukoll bl-għajnuna soċjali? Jaf li dawn qed jgħixu f'faqar assolut?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Awtorità dwar it-Trasport — Liċenzja għal double-deckers open tops

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm-il liċenzja ngħatat mill-ADT sabiex jigu operati double-deckers open tops matul dawn l-aħħar erba' snin? Lil min ingħataw dawn il-liċenzji u għal liema skop qed jintużaw? Jista' jispjega għaliex liċenzja simili għadha s'issa ma ngħatatx. lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jaf bid-deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust f'każ simili ftit xhur ilu fil-każ tal-Garden of Eden? Jista' jgħid x'inhuma l-konsiderazzjonijiet tiegħu fuq tali deċiżjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rewwixta mill-immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid itteħdux jew jekk hux se jittieħdu passi kriminali kontra uħud minn dawn l-immigranti illegali prezumibbilment ta' nazzjonalita' Tunezina li dan l-aħħar ippartecipaw f'rewwixta u kkaġunaw ħruq u ħsara volontarja fost reati simili fi propjeta' tal-Gvern? Jista' jgħid matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kemm kien hemm rapporti minn Uffiċjali tal-Forzi tas-Sigurta' Maltija dwar grieħi li sofrew jew inċidenti oħra simili minn immigranti illegali? Jista' jgħid jekk sarux, u jekk saru jgħid kemm, inċidenti fil-closed centres u fl-open centres ta' l-immigranti illegali f'dawn l-aħħar tnax-il xahar u xi spiza inkorra l-Gvern sabiex jeffettwa r-reparazzjonijiet konċernati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li ttieħdu passi kriminali kontra erba’ immigranti illegali ta' nazzjonalita' Tuneżina li dan l-aħħar ipparteċipaw f'rewwixta u kkaġunaw ħruq u ħsara volontarja fost reati simili fi propjeta' tal-Gvern. Dawn ġew ikkundannati għal sitt xhur priġunerija kull wieħed fil-25 ta' Frar 2009. Infurmat ukoll li matul dawn l-aħħar tnax-il xahar saru sitt rapporti minn Uffiċjali tal-Forzi tas-Sigurta' dwar grieħi li sofrew jew inċidenti oħra simili ikkawżati minn immigranti illegali. Matul dawn l-aħħar tnax-il xahar in-numru ta' inċidenti li ġew irrapportati li seħħew fil-closed u fl-open centres kien ta' 10 u 16 rispettivament. L-informazzjoni dwar l'ispiża totali li nkorra l-Gvern sabiex jeffettwa t-tiswijiet ikkawżati minn dawn l-inċidenti għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Immigranti illegali li ħarbu miċ-ċentri ta' detenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar tnax-il xahar kemm-il immigranti illegali ħarab miċ-ċentri ta' detenzjoni jew kemm ġew nieqsa immigranti illegali minn open centres u kemm minnhom ġew ri-intraċċati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar tnax-il xahar in-numru ta' immigranti llegali li rnexxihom jaħarbu miċ-ċentri ta' detenzjoni kien ta' 207, li minnhom instabu 56.