Tista' l-Ministru tindika kemm inħarġu postijiet għall-bejgħ u postijiet għall-kiri mill-Awtorità għall-Akkomodazzjoni Soċjali matul il-perjodu 2007, 2008, 2009 u 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita' tad- Djar allokat postijiet bil-kera kif jidher hawn taħt :-
2007 - 175 post
2008 - 263 post
2009 - 192 post
2010 s'issa allokat 38 post.
L-Awtorità tad-Djar ħarġet għall-bejgħ 331 post matul is-sena 2007 u 152 post matul is-sena 2008. Waqt li fis-sena 2009 l-Awtorità tad-Djar ma ħarġet l-ebda post għall-bejgħ, bħalissa għaddejjin preparazzjonijiet għall-ħruġ ta’ bejgħ ta’ 'l fuq minn 100 post ieħor.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inħarġu care orders matul il-perjodu 2007, 2008, 2009 u 2010 u tindika mil-liema bliet u rħula inħarġu dawn il-care orders?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li r-rampa li kienet saret xi snin ilu fi Triq Miggiani, il-Ħamrun in-naħa ta' fuq tat-triq tmermret għal kollox? Jaf li din ir-rampa kienet saret minħabba l-preżenza ta' erba' tarġiet u sabiex tiffaċilità l-bżonnijiet ta' nies bi bżonnijiet speċjali u nisa li jkollhom jgħaddu bil-pushchairs? Jaf li minħabba dan kollu hemm min qed isofri preġudizzju kbir għax ma jistax joħroġ mid-dar? Jidhirlu li għandu jintervjeni f'din il-kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-post li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant fil-fatt hemm rampa tajba li tipprovdi l-aċċess meħtieġ.
Jaf il-Ministru li bi tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12299 l-istess Ministru għal dak li jikkonċerna l-bejgħ tas-Super Yacht Facility kien spjega li n-negozjar mal-preferred bidder kien jinsab fi stadju avvanzat ħafna? Jista’ l-Ministru jgħid illum min huwa l-preferred bidder, peress li minn informazzjoni li għandi jirriżulta li l-ebda wieħed mill-preferred bidder mhux qed jiġi kkunsidrat? Ma jidhirlux il-Ministru li f’dan l-istadju wara daqstant dewmien u negozjar esklussiv ma’ ċerti bidders, li ma taw frott ta’ xejn, li wasal iż-żmien u li hu fl-interess pubbliku li jerġa’ joħroġ tender ġdida? B’referenza għall-mistoqisja parlamentari 12299 jista' jindika b’aktar preċiżjoni r-request for proposals li hemm imsemmija u kif dawn jinċidu fuq il-kwestjoni jekk għandux jinħareġ tender ġdid jew le? Jista’ jgħarraf lil din il-Kamra min huma l-konsulenti barranin bħal ngħidu aħna Investment Bank li qed jassistu fil-materja tas-Super Yacht Facility?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li mhux minnu li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12299 kont ghidt li ‘negozjati mal-‘preferred bidder’ kienu fi stadju avvanzat’.
Fil-proċess
qatt
ma kien hemm
preferred bidder
. Fl-istess risposta parlamentari kont semmejt li l-
bidders
kienu ġew mitluba jagħmlu offerti ġodda.
Il-konsolenti f’dan il-każ huma l-MIMCOL bħala konsolenti finanzjarji u
Shipyard Economics
tar-Renju Unit bħala konsolenti tekniċi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li r-rampa li kienet saret xi snin ilu fi Triq Miggiani, il-Ħamrun in-naħa ta' fuq tat-triq tmermret għal kollox? Jaf li din ir-rampa kienet saret minħabba l-preżenza ta' erba' tarġiet u sabiex tiffaċilità l-bżonnijiet ta' nies bi bżonnijiet speċjali u nisa li jkollhom jgħaddu bil-pushchairs? Jaf li minħabba dan kollu hemm min qed isofri preġudizzju kbir għax ma jistax joħroġ mid-dar? Jidhirlu li għandu jintervjeni f'din il-kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jgħid l-Ministru għaliex żbank mill-Qorti li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ilu iktar minn xahar biex jiġi pproċessat u l-fondi għadhom ma ntbagħtux?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Jiġi rilevat li ċ-ċedola ta’ depożitu in kwistjoni ġiet ippreżentata fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fis-27 ta’ Ottubru 2009. L-iżbank in kwistjoni sar fl-atti tal-Mandat ta’ Sekwestru mhux fl-atti taċ-ċedola u sar quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, mhux quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili. Il-Qorti tal-Maġistrati laqgħet it-talba għall-iżbank fil-25 ta’ Novembru 2009.
Fil-21 ta’ Diċembru 2009, l-avukat tal-parti li talbet l-iżbank mar fis-sezzjoni tas-Subbasti biex jiżbanka u mela l-formola relattiva. Meta ġie biex jinħadem l-iżbank irriżulta li r-rikors ma ġiex ippreżentat fl-atti taċ-ċedola u lanqas seta’ jsir għaliex ma kienx hemm awtorizzazzjoni mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.
Għalhekk it-talba għal żbank ma setgħetx issir f’dan l-istadju.
Jaf il-Ministru li r-rampa li kienet saret xi snin ilu fi Triq Miggiani, il-Ħamrun in-naħa ta’ fuq tat-triq tmermret għal kollox? Jaf li din ir-rampa kienet saret minħabba l-preżenza ta’ erba' tarġiet u sabiex tiffaċilita l-bżonnijiet ta’ nies bi bżonnijiet speċjali u nisa li jkollom jgħaddu bil-pushchairs? Jaf li minħabba dan kollu hemm min qed isofri preġudizzju kbir għax ma jistax joħrog mid-dar? Jidhirlu li għandu jintervjeni f’din il-kwistjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Jaf il-Ministru li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ddiferiet il-ħidma tagħha sine die u li attwalment jidher li din il-Kummissjoni mhux qed tiffunzjona? Jista' l-Ministru wara indaġini relattivi jispjega għaliex il-ħidma ta' din il-kummissjoni ġiet hekk diferita sine die?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mhix responsabbiltà tiegħi bħala Ministru tal-Ġustizzja li nissorvelja l-andament tal-Kummissjoni għall-Amministrazzzjon tal-Ġustizzja kostruwita bl-Att XI tal-1994. Iżda jien infurmat li l-laqgħat ma' din il-Kummissjoni mhumiex aġġornati sine die.
Jista' l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet il-petizzjoni għall-maħfra presidenzjali tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament? Japprezza l-Ministru li l-persuna indikata għandha marda terminali u b’hekk timmanifesta ruħha l-urġenza tal-materja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Il-petizzjoni in kwistjoni qed tiġi trattata bl-urġenza li timmerita. Il-materja hi waħda kumplessa u delikata u teħtieġ żmien sabiex iċ-ċirkostanzi kollha jiġu eżaminati u verifikati bir-reqqa u sabiex issir il-konsultazzjoni meħtieġa mal-awtoritajiet kollha relevanti. In vista tal-fatt li kien hemm il-ħtieġa li jingħata aċċess għall-informazzjoni medika rigward il-priġunier konċernat, kien hemm ukoll in-neċessità li jiġi akkwistat il-kunsens bil-miktub tiegħu għal dan il-għan. Il-konsultazzjonijiet neċessarja qed jieħdu l-kors tagħhom bl-ispeditezza li n-natura tal-każ jippermetti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu magħluq il-Casino Notabile ħdejn Triq is-Saqqajja, ir-Rabat u jekk dan attwalment jappartjenix lill-Gvern, skont kif jien infurmat?
Jidhirlu l-Ministru li huwa ħasra li bini daqstant eleganti u simpatiku qed jitħalla abbandunnat u jiddeterjora?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-Casino Notabile huwa proprjetà tal-Gvern liem’ proprjetà ġiet devoluta lill-Kunsill Lokali Mdina fl-2005.
Għaldaqstant, ir-responsabbilita’ tal-użu u l-manutenzzjoni ta’ dan il-bini hi tal-Kunsill.
Jista' l-Ministru jispjega u jiġġustifika kif persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġiet ingaġġata mal-Air Malta meta ma kellhiex il-kwalifiki rikjesti fil-call for applications? Jiftakar il-Ministru li l-kandidat magħżul kellu jkollu almenu sentejn prattika ta’ Avukat mentri l-persuna magħżula kien għad għandha warrant biss għal għaxar xhur? Jista' jispjega kif għad li l-persuna ndikata rriżenjat il-kariga tagħha u peress li ma sabitx impjieg fis-settur privat reġgħet ġiet ingaġġata mal-Air Malta ftit ġimgħat wara u ċioe f’nofs Ġunju tal-2008? Jaf il-Ministru li dan sar għad li kienet diġà ħarġet call for applications? Kif jiġġustifika li meta l-persuna reġgħet ġiet ingaġġata mal-Air Malta reġgħet ġiet ri-instata fil-grad li kellha bir-related benefits kollha? Jaf li b’abbuż serju saru dikjarazzjonijiet foloz mid-diriġenti tal-Air Malta fuq dokumenti tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u dan sabiex ir-rizenja effetiva tal-persuna ndikata tneħħew mir-records tal-korporazzjoni?
Jaf il-Ministru li r-rampa li kienet saret xi snin ilu fi Triq Miggiani il-Ħamrun in-naħa ta’ fuq tat-triq tmermret għal kollox? Jaf li din ir-rampa kienet saret minħabba l-preżenza ta’ erba' tarġiet u sabiex tiffaċilita l-bżonnijiet ta’ nies bi bżonnijiet speċjali u nisa li jkollom jgħaddu bil-pushchairs? Jaf li minħabba dan kollu hemm min qed isofri preġudizzju kbir għax ma jistax joħrog mid-dar? Jidhirlu li għandu jintervjeni f’din il-kwistjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar min huma l-individwi jew kumpaniji li jiffurmaw il-Melita Group? Jista jagħti informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet kollha rikjesti mill-offerenti prospettivi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Melita group hi kumpanija privata u l-informazzjoni li qed jitlob jista jsiba fuq ir-Registru tal-Kumpaniji.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11066 u r-risposta relattiva fejn il-Ministru irreleva li l-maħżen in kwestjoni kien oriġinarjament ingħata permezz ta’ encroachment permit datat 22 ta’ Awwissu 1974 (permit no. 87\74), jista' l-Ministru jispega kif għal snin sħaħ l-imsemmi inkwilin kien iħallas il-kera li kopja tal-irċevuti tagħha ġew mibgħuta separatament mad-domanda parlamentari 11066?
Jista' jispjega kif attwalment f’xi żmien il-persuna indikata ġiet rikonuxxuta bħala inkwilina tal-fond in kwistjoni? Jekk fin-negattiv, kif jispjega li attwalment huwa kien iħallas il-kera?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li skont ir-records tat-Taqsima, ma ġie aċċettat ebda ħlas ta’ dan l-encroachment permit wara il-31 ta’ Diċembru 1994, għalkemm kien hemm xi pagamenti ta’ ħlas ta’ arretrati li ġew imħallsa wara din id-data. L-irċevuti sa dak iż-żmien dejjem ħarġu fuq isem il-persuna li kellu dan il-permess.
Kummissarju tal-Artijiet — acknowledgement ta' ittra
Question
Jista' l-Ministru jgħid 'l għaliex għad li l-Kummissarju tal-Artijiet bagħat acknowledgement fit-8 ta’ Jannar 2009 fuq ittra tiegħi, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, baqa' ma bagħatx tweġiba għall-kontenut tal-istess ittra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ittra msemmija ma ġietx għall-attenzjoni tal-Kummissarju tal-Artijiet minħabba xogħol ieħor li kien qiegħed isir fl-istess file. Ninforma lill-Onorevoli Membru li ser jirċievi risposta aktar tard din il-ġimgħa, għall-ittra tiegħu li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12299 fejn il-Ministru spjega li l-parteċipanti tat-tender relattiv ser jerġgħu jiġu mistiedna jagħmlu propsta ġdida, jidhirlu l-Ministru li dan huwa kontra l-liġi u kontra kull etika peress li una volta l-offerti magħmula ma kienux aċċettabbli għall-Gvern allura l-Gvern kellu jerġa' joħroġ tender mill-ġdid? Ma jidhirlux li dan kollu huwa suspettuż għall-aħħar u jista' jagħti lok għall-abbuż? Ma jidhirlux li fid-dawl ta’ dak li qed jingħad m’għandux joħroġ tender ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Tajjeb li Onorevoli Membru jkun jaf li l-proposti għall-bejgh tas-Super Yacht Facility bħall-faċilitajiet l-oħra tal-Malta Shipyards Limited huma regolati bil-kundizzjonijiet tar-Request for Proposals.
Oltre dan, tajjeb ukoll li nfakkar lill-Onorevoli membru li huwa assolutament fl-interess pubbliku li l-proċess ta’ privatizzazzjoni ma jdumx aktar milli hu assolutament neċessarju minħabba l-fatt li s-settur tat-tiswija u r-refit tas-
Super Yachts
huwa settur li fih bħalissa hemm attività mhux ħażin u għalhekk huwa importantissimu li l-
momentum
li għandha din l-azjenda ma jintilifx u ma jiġix mfixkel b’dewmien li jista jseħħ jekk jew kieku il-proċess kellu jibda mill-bidu nett. Dan ikollu impatt negattiv fuq din l-attività u għalhekk mhux fl-interess pubbliku li jinbeda il-proċess mill-ġdid.
Infakkar lill-Onorevoli Membru li fil-5 ta’ Mejju ta’ din is-sena l-istess proċess kien sar fil-każ tax-
Ship Repair Yard
ta’ Bormla. Sa fejn nafu ma sar l-ebda abbuż. Li nafu żgur hu li l-proposti li rċevejna fl-24 ta’ Ġunju 2009 wara din is-sejħa għall-proposti ġodda, kienu hafna aktar vantaġġjużi. Minn dawn nagħżel l-
preferred bidder
u negozjati jinstabu fi stadju avvanzat.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn, filwaqt illi l-proċess ta’ privatizzazzjoni tat-tliet setturi tal-Malta Shipyards Ltd – ossia Marsa ShipBuilding, Manoel Island Yacht Yard ship repair section – jinsab fi stadju avvanzat, il-proċess għall-Marsa Super Yacht Services jinsab wieqaf u l-ebda deċiżjoni għadha ma ttieħdet dwar l-offerti li saru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess mhux wieqaf. Il-partiċipanti f’dan il-proċess ġew mitluba jibgħatu proposti ġodda.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar min huma l-individwi jew kumpaniji li jiffurmaw il-Melita Group? Jista jagħti informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet kollha rikjesti mill-offerenti prospettivi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11066 u r-risposta relattiva fejn il-Ministru irreleva li l-maħżen in kwestjoni kien oriġinarjament ingħata permezz ta’ encroachment permit datat 22 ta’ Awwissu 1974 (permit no. 87\74), jista' l-Ministru jispega kif għal snin sħaħ l-imsemmi inkwilin kien iħallas il-kera li kopja tal-irċevuti tagħha ġew mibgħuta separatament mad-domanda parlamentari 11066?
Jista' jispjega kif attwalment f’xi żmien il-persuna indikata ġiet rikonuxxuta bħala inkwilina tal-fond in kwistjoni? Jekk fin-negattiv, kif jispjega li attwalment huwa kien iħallas il-kera?