Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #16206 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

vacancies tal-messaġġiera u marixxalli tal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-appointments il-ġodda għall-messaġġiera u marixxalli tal-Qorti? Kemm hemm vacancies f'dan is-sens? Jista' jindika jekk f'dan ir-rigward kienx hemm bord tal-għażla?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fid-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja hemm 7 postijiet vakanti għal Messaġġiera tal-Qorti, 3 għal Marixall Anzjan u 4 għal Marixall. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal Messaġiera tal-Qorti għalqet fit-12 ta' Marzu 2010 u l-eżami hu mistenni li ser isir f'April 2010. Infurmat ukoll illi l-Bord tal-Għażla li ser jagħmel l-intervista lill-kandidati li jkollhom suċċess fl-ewwel parti tal-eżami diġa' ġie appuntat. Fir-rigward tal-postijiet vakanti għall-Marixalli Anzjani u Marixalli ninsab infurmat illi s-sejħa għall-applikazzjonijiet għadha qed tiġi pproċessata.
Leg 11 PQ #16207 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inkjesti maġisterjali

Question

Jista' l-Ministru jindika maġistrat b'maġistrat kemm infetħu inkjesti maġisterjali fis-snin 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqieghed l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16208 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

inkjesti konklużi

Question

Jista' l-Ministru jindika maġistrat b'maġistrat, kemm ġew konklużi inkjesti fis-snin 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16209 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

dewmien fil-proċessar tal-inkjesti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il maġistrat inkwerenti kitbu lill-Avukat Ġenerali sabiex jiġġustifikaw dewmien fil-proċessar tal-inkjesti għall-perjodu 2007, 2008, 2009 u 2010 maġistrat b'maġistrat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu msemmija mill-Onorevoli Interpellant kien hemm 6 Maġistrati li kitbu lill-Avukat Ġenerali sabiex jiġġustifikaw dewmien fil-proċessar tal-inkjesti:- Fl-2007 kien hemm 3 Maġistrati li kienu l-Maġ. L Quintano, l-Maġ. J Padovani u l-Maġ. C Scerri Herrera. Fl-2008 kien hemm 2 Maġistrati li kienu l-Maġ. J Padovani u l-Maġ. C Scerri Herrera Fl-2009 kien hemm Maġistrat wieħed, li kienet il-Maġistrat C Scerri Herrera Fl-2010, s'issa ma kien hemm kommunikazzjoni mingħand l-ebda Maġistrat.
Leg 11 PQ #16198 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

tribunal amministrattiv il-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beda jiffunzjona t-tribunal amministrattiv il-ġdid u x-xogħol ta' liema bordijiet u tribunal assuma s'issa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiv ġie fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009. Sa issa ġew imwaqqfa dawn l-Elenki:- 1 L-Elenku tal-Agrikoltura 2 L-Elenku tas-Saħħa 3 L-Elenku ta’ Ġurisdizzjoni Ġenerali 4 L-Elenku ta’ Prodotti u Servizzi 5 L-Elenku fit-Trasport 6 L-Elenku dwar il-Media u l-Arti 7 L-Elenku Fiskali Taħt dawn il-varji Elenki tat-Tribunal Amministrattiv ġew inklużi dawn it-Tribunali ta’ Appelli minn deċiżjonijiet Amministrattiv:- 1. L-Elenku dwar is-saħħa jittratta kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-Ordinanza dwar il-Lebrużi (Kap 45). 2. L-Elenku dwar l-Agrikoltura jittratta kwistjonijiet taħt: a L-ordinanza dwar l-esportazzjoni ta’ prodotti tal-biedja (Kap85) b L-Att dwar it-trattament xieraq ta’ l-annimali (Kap 439) c Ir-Regolamenti dwar l-importazzjoni ta’ klieb u qtates (L.S.36.42) 3. L-Elenku dwar Prodotti u Servizzi jittratta ilmenti li jaqgħu taħt: a L-ordinanza dwar l-ispirti (Kap 41) b L-Att dwar l-Inbid (Kap 436) c L-Airport ( groundhandling services) Regulations (L.S. 232.15) 4. L-Elenku dwar it-Trasport jittratta kwistjonijiet li jaqgħu taħt:- a Regolamenti dwar il-ġarr stradali ta’ merkanzija b’vetturi bil-mutur (L.S. 65.19) b Regoli dwar Eżenzjoni mit-taxxi tar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur (L.S.368.01) c Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni u liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur (L.S. 369.02) 5. L-Elenku dwar Ġurisdizzjoni Ġenerali jittratta ilmenti li jaqgħu taħt: a Att dwar is-socjetajiet Koperattivi (Kap 442) b Regolamenti dwar Esplożivi Ċivili (L.S. 33.04) c Regolamenti dwar il-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta (L.S. 92.03) d Regolamenti dwar il-Bibljoteka Pubblika ta’ Malta (L.S. 92.06) 6. L-Elenku Fiskali assorbixxa l-kwistjonijiet kollha pendenti u futuri li jaqgħu taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap 364). 7. L-Elenku dwar il-Media u l-Arti jittratta appelli li jaqgħu taħt ir-Regolamenti dwar il-Pellikoli u l-Palk (L.S. 10.17)
Leg 11 PQ #16199 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

membri tal-ġudikaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-ġudikatura li qed jippresjedu dan it-tribunal il-ġdid u kemm ġew allokati kawżi quddiemu? Jista' jagħti dettalji mil-liema bord jew tribunal antik ġew assenjati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Membru tal-Ġudikatura li tippresjedi t-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva hija l-Maġistrat Doreen Clarke. Infurmat ukoll li ġew allokati 99 kawża quddiem dan it-Tribunal.
Leg 11 PQ #16200 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ġurijiet — akkużati liberati jew misjuba ħatja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ġurijiet fis-snin 2007, 2008, 2009 u 2010? Jista' jindika kemm-il akkużat ġie liberat, kemm ġew misjuba ħatja u kemm minn dawn l-akkużati ammettew? Jista' jindika kemm mill-akkużati misjuba ħatja ngħataw pieni karċerarji u kemm ngħataw pieni alternattivi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar il-Ġurijiet li saru fis-snin imsemmiija huwa kif ġej:- 2007 2008 2009 Jan-Marzu 2010 Ġurijiet Maqtugħa*+ 20 25 28 13 Akkużati Liberati 0 1 2 0 Akkużati Misjuba Ħatja 18 22 24 15 Akkużati li Ammettew** 9 5 10 8 Piena Karċerarja 17 20 23 15 Piena Alternattiva (1 sentenza ) (3 sentenzi) (1 sentenza) 0 (sospiża) (sospiżi) (sospiża) * Mill-Ġurijiet maqtugħa kien hemm 6 ġurijiet li reġgħu ntbagħtu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali peress li kien hemm kontro-ordni mill-Avukat Ġenerali. + Mill-Ġurijiet maqtugħa kien hemm żewġ ġurijiet li ġew dikjarati proċediment eżawrit. ** In-numru ta’ akkużati li ammettew huwa inkluż fit-total ta’ akkużati misjuba ħatja.
Leg 11 PQ #16201 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Appelli quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru appelli quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali mill-Avukat Ġenerali matul is-snin 2007, 2008, 2009 u 2010? Jista' jgħid kemm minn dawn ġew deċiżi u kemm appelli tal-Avukat Ġenerali ġew milqugħa għall-istess perjodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' appelli li saru quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali mill-Avukat Ġenerali matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, kif ukoll dawk li ġew deċiżi huwa kif ġej:- Sena Introdotti Deċiżi 2007 77 75 2008 79 77 2009 91 65 2010 (sa Marzu) 20 2 Rigward it-tieni parti tal-aħħar domanda ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dipartiment tal-Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali ma jżommx tali statistika.
Leg 11 PQ #16202 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Appelli quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru appelli quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali mill-akkużat matul is-snin 2007, 2008, 2009 u 2010? Jista' jgħid kemm minn dawn ġew deċiżi u kemm appelli tal-akkużat ġew milqugħa għall-istess perjodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' appelli li saru quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali mill-akkużat matul is-snin imsemmija mill-Onorevili Interpellant, kif ukoll dawk li ġew deċiżi huwa kif ġej:- Sena Introdotti Deċiżi 2007 346 332 2008 328 311 2009 407 303 2010 (sa Marzu) 135 19 Rigward it-tieni parti tal-aħħar domanda ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dipartiment tal-Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali ma jżommx tali statistika.
Leg 11 PQ #16203 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

individwi li ntbagħtu l-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 kemm-il individwu intbagħat il-ħabs u kemm hija l-popolazzjoni tal-ħabs preżentament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuni li ntbagħtu l-ħabs matul is-snin imsemmija kien kif ġej:- Sena Numru 2007 508 2008 573 2009 637 2010 _206 (sas-7 ta' April) 1,924 Infurmat ukoll illi sas-7 ta' April 2010 kien hemm 582 priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.

adozzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tindika kemm saru adozzjonijiet f'Malta fil-perjodu mill-2007 s'issa, sena b'sena? Tista' tispeċifika u tindika kemm minnhom jinvolvu tfal minn pajjiżi oħra u tindika l-pajjiż?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-servizz tal-Adozzjoni ġie f’idejn l-Aġenzija Appoġġ fl-2008. L-informazzjoni rigward dan is-servizz mill-2008 ‘il quddiem hija kif tidher hawn taħt: 2008 Albanija 1 Bulgarija 2 Kambodja 2 Etjopja 9 Pakistan 3 Russja 26 2009 Albanija 1 Kambodja 1 Etjopja 5 Malta 5 Pakistan 3 Filippini 1 Russja 23

sussidju fuq il-kera

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru talbiet għal sussidju fuq il-kera matul il-perjodu 2007, 2008, 2009 u 2010? Kemm minn dawn ġew akkomodati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-talbiet għas-sussidju tal-kera fis-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 sal-lum, huma kif imniżżla fit-tabella t’ hawn taħt; 2007 2008 2009 2010 Applikazzjonijiet 509 440 434 125 Applikazzjonijiet Approvati 437 353 302 12 approvati, 104 fil-proċess u 9 invalidi

Facilitators impjegati mal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tindika skola bi skola kemm hemm tfal bi bżonnijiet speċjali u tindika kemm hemm facilitators attwalment impjegati mal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti tal-Università bi bżonnijiet speċjali — facilitators

Question

Tista' l-Ministru tindika kemm hemm studenti l-Università bi bżonnijiet speċjali u tgħid jekk hemmx facilitators jaħdmu mal-Università?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-lista hawn taħt jidher in-numru ta’ studenti b’diżabilità li qed isegwu xi kors fl-Università ta’ Malta. L-Università ta’ Malta tħaddem Special Needs Facilitator waħda. Sena Akkademika 2009/10 Diżabilità Numru Nuqqas ta’ Smigħ 18 Nuqqas ta’ Mobilità 15 Specific Learning Difficulty 16 Nuqqas ta’ Dawl 15 Oħrajn 52 TOTAL 116

nies bi bżonnijiet speċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk tinżammx statistika ta' kemm hemm nies bi bżonnijiet speċjali li preżentament qed jaħdmu? Jekk fl-affermattiv, tista' tindika kemm minn dawn jaħdmu mas-settur pubbliku u kemm mas-settur privat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skont l-aħħar statistika ppublikata kien hemm 1322 persuna bi bżonnijiet speċjali (hekk kif reġistrati mal-ETC) li kienu qed jaħdmu. 558 minn dawn kienu qegħdin jaħdmu mas-settur pubbliku filwaqt li 764 kienu qegħdin jaħdmu mas-settur privat.
Leg 11 PQ #16044 Sitting 206 2010-04-19 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kawżi quddiem maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu inkjesti lil kull maġistrat fis-snin 2008, 2009 u 2010? Kemm minnhom intbagħtu lill-Avukat Ġenerali għaliex huma magħluqa? Jista' jgħid kemm għandhom kawżi ċivili pendenti l-maġistrati li jagħmlu ċ-ċivil? Kemm daħlu kawżi ġodda fis-sena 2009 u kemm iddeċieda kawżi kull maġistrat li għamel iċ-ċivil fis-snin 2009 u 2010? Jista' jgħid kemm għandhom kawżi li ihom pendenti għal aktar minn ħames snin dawk il-maġistrati li jagħmlu l-kriminal? Jista' jgħid kemm taw sentenzi l-Imħallfin tal-Prim Awla fis-snin 2009 u 2010? Kemm għandhom kawżi, b'mod individwali, diferiti għas-sentenza? Jista' jgħid kemm daħlu rikorsi kostituzzjonali fis-snin 2009 u 2010? Kemm minnhom ġew deċiżi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16045 Sitting 206 2010-04-19 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kawżi pendenti quddiem Maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu inkjesti lil kull maġistrat fis-snin 2008 u 2009 ? Kemm minnhom intbagħtu lill-Avukat Ġenerali għaliex huma magħluqa? Jista' jgħid kemm għandhom kawżi ċivili pendenti l-maġistrati li jagħmlu ċ-ċivil? Kemm daħlu ġodda fis-sena 2009 u kemm ġew deċiżi b'mod individwali? Jista' jgħid kemm għandhom kawżi li ilhom pendenti għal aktar minn ħames snin dawk il-maġistrati li jagħmlu l-kriminal?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16044.

applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti sabiex dak li jkun jingħata post għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sal-aħħar ta' Marzu, 2010 l-Awtorità tad-Djar kellha 2,852 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.

fondi allokati għall-applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn liema bliet u rħula qed isiru l-applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali? Tista' tgħid kemm ġew allokati fondi għall-akkomodazzjoni soċjali fis-snin 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.