Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kawżi kriminali mirbuħa mid-Dwana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi kriminali mirbuħa mid-dwana matul is-snin 2008 u 2009 u kemm minn dawn ġew ippatteġġati amministrattiviment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fl-2008 id-Diviżjoni tad-Dwana rebħet 27 kawża fil-Qorti kriminali. Bħala stat ta’ fatt minn dawn is-27 kawża ma ġie ippateġġeġjat xejn, pero’ apparti dawn il-kawżi kien hemm 2 każi li għalkemm kienu ġa assenjati biex jinstemgħu quddiem il-Qrati fil-kamp kriminali sar ftehim barra mill-Qorti. Fl- 2009 id-Diviżjoni tad-Dwana rebħet 21 kawża fil-Qorti kriminali. Bħala stat ta’ fatt minn dawn il-21 kawża ma ġie ippateġġeġjat xejn, pero’ apparti dawn il-kawżi kien hemm 6 każi li għalkemm kienu ġa assenjati biex jinstemgħu quddiem il-Qrati fil-kamp kriminali sar ftehim barra mill-Qorti.
Leg 11 PQ #16236 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li spiċċaw il-ħabs minħabba kazijiet ta' VAT

Question

Jista’ l-Ministru jghid kemm-il persuna spiccat il-ħabs minhabba kazijiet in konnessjoni mal-VAT?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-2004 sas-7 ta' April 2010 kien hemm 106 persuna li spiċċat il-ħabs minħabba każijiet in konnesjoni mal-VAT.
Leg 11 PQ #16239 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

avukati u prokuraturi legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jelenka min huma l-avukati u prokuraturi legali li ġew appuntati għal għajnuna legali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Avukati u l-Prokuraturi Legali li ġew appuntati għal Għajnuna Legali huma skont l-Avviż Numru 174 ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta' Frar 2010 u l-Avviż Numru 254 ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-12 ta' Marzu 2010 rispettivament. Qed inqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #16240 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

servizz tal-għajnuna legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa s-servizz tal-għajnuna legali għall-perjodu 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi s-servizz tal-Għajnuna Legali għall-perjodu msemmi mill-Onorevoli Membru huwa kif ġej:-
Leg 11 PQ #16241 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kummissarju tal-Ġustizzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-avukati li qed iservu bħala Kummissarju tal-Ġustizzja u liema distretti jaqgħu taħthom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Avukati li qed iservu bħala Kummissarju tal-Ġustizzja huma:- Dr Noel Bartolo Dr Roberta Fenech Gauci Dr Mario Scerri Dr Ian Micallef Dr Matthew Brincat Dr Kris Balzan Dr Robert Mangion Dr Deborah Farrugia Dr Francesco Depasquale Peress li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali huwa l-awtorità responsabbli li jassenja d-distretti lill-Kummissarji tal-Ġustizzja, nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #16242 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunali tal-Ġustizzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswew lill-gvern it-Tribunali tal-Ġustizzja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Membru jispeċifika għal liema Tribunali tal-Ġustizzja qed jirreferi.

Qorti tal-Ġustizzja Ewropea — imħallfin ta' Malta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jindika kemm baqgħalhom żmien iż-żewġ imħallfin ta' Malta li jippresjedu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea?

Response (BORG, TONIO)

L-Imħallef Anthony Borg Barthet inħatar membru tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għal perjodu transitorju mqassar mill-1 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2006. It-terminu tal-kariga preżenti beda fis-7 ta' Ottubru 2006 u għandu jispiċċa fis-6 ta' Ottubru 2012. L-imħallef Ena Cremona ukoll inħatret membru tal-Qorti tal-Prim' Istanza tal-komunitajiet Ewropej għal perjodu transitorju mqassar mill-1 ta' Mejju 2004 sal-31 ta' Awwissu 2007. It-terminu tal-kariga preżenti beda fl-1 ta' Settembru 2007 u jispiċċa fil-31 ta' Awwissu 2013. Mill-1 ta' Diċembru 2009, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej saret magħrufa bħala l-Qorti Ġenerali.

banek reġistrati f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hawn banek reġistrati f'Malta preżentament u jindika d-dettalji?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hawn 25 bank reġistrati f’Malta preżentament. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tl-Kamra lista ta’ dawn il-banek u d-dettalji mitluba. L-informazzjoni tinsab fuq il-website www.mfsa.com.mt taħt it-titlu credit institutions . Id-dettalji ta’ kull licence holder jista jinkisseb billi wieħed jitħol fuq il-bank rispettiv.
Leg 11 PQ #16231 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Notifiki maħruġa mill-Qorti tal-Familja

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex f’daqqa waħda n-notifiki maħruga mill-Qorti tal-Familja, li minħabba n-natura urgenti tagħhom kienu joħorġu b’mod awtomatiku bil-purtier, illum m’għadhomx hekk joħorġu ħlief jekk ikun hemm ħlas żejjed?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-Avviż Legali Nru. 397/2003 u t-tariffi annessi mal-Kap. 12, fi stadju ta’ medjazzjoni ma jsirx ħlas għat-tqassim ta’ notifiki min-naħa tal-partijiet. Fil-kontenzjuż, in-notifiki jitħallsu b’nofs ir-rata normali, skont kif stipulat fit-tariffi annessi mal-Kap. 12. It-tqassim tan-notifika, kemm jekk isir bil-posta jew bil-purtier, huwa dettat mil-Liġi (bħal fil-kaz ta’ rikorsi ġuramentati jew f’rikorsi oħrajn), skont kif tiddeċiedi l-Qorti. Il-parti tista’ wkoll tagħżel li toħroġ notifika bil-purtier bil-ħlas appożitu. It-Tariffa li tintalab hija dik stabbilita fit-Tariffa A, Regolament 6 (1), jekk tkun bil-posta u Regolament 6 (3) jekk tkun bil-purtier. Notifiki li huma obbligati bil-liġi li jsiru bil-purtier jitħallsu skont ir-Regolament 6(1) hawn fuq imsemmi. F’dawk il-każi fejn notifika ssir bil-purtier, meta setgħet issir bil-posta, allura l-ħlas isir kif stipulat fir-Regolament 6 (2) tat-Tariffa A. L-Avviż Legali 132 tal-1995 – “Regoli dwar in-Notifiki ta’ Atti Ġudizzjarji bil-Posta” - tispeċifika liema huma dawk l-atti li għandhom joħroġu bil-posta u liema bil-purtier. Niforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn il-proċeduri ta’ ħlasijiet li għadni kif spjegajt hawn fuq qed jiġu segwiti preżentement kemm f’Malta kif ukoll ġewwa Għawdex.
Leg 11 PQ #16232 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tariffi tal-ittri uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex it-tariffi ta’ l-ittri uffiċjali jidher li qed iqumu aktar quddiem il-Qorti Inferjuri milli quddiem il-Qorti Superjuri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-istess tariffi tal-ittri uffiċjali japplikaw kemm għar-Reġistru tal-Qorti Superjuri kif ukoll għal dak Inferjuri. Infurmat ukoll li dan huwa l-każ kemm fil-Qorti ta' Malta kif ukoll fil-Qorti ta' Għawdex.
Leg 11 PQ #16233 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reġistru tal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex ir-Reġistru tal-Qrati mhux qed jaċċetta aktar atti ppreżentati quddiem il-Qrati Inferjuri ffirmati solament minn prokuratur legali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-prattika adoperata fil-Qrati Inferjuri għadha l-istess kif kienet sa qabel saret l-interpellanza.
Leg 11 PQ #16234 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Avukati u Prokuraturi legali li jaħdmu mal-Avukat Ġenerali

Question

Jista’ l-Ministru jsemmi min huma l-avukati u l-prokuraturi legali li jaħdmu ma’ l-Avukat Ġenerali u jindika l-grad u r-responsabbilitajiet rispettivi tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16210 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

kawżi ċivili

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm ġew assenjati kawżi ċivili mis-sena 2008 sal-2010 lill-Qorti tal-Maġistrati u jindika maġistrat b'maġistrat kemm inqatgħu sentenzi ċivili?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-kawżi ċivili li ġew assenjati lill-Qorti tal-Maġistrati fis-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:- Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja (Malta) Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) 2008 415 180 2009 504 164 2010 108 39 (sal-31 ta' Marzu) 1,027 383 Infurmat ukoll li l-kawżi terminati Maġistrat b'Maġistrat għall-istess perijodu huwa kif ġej:-
Leg 11 PQ #16211 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

kawżi kriminali diferiti

Question

Jista' l-Ministru jindika preżentament u jagħti dettalji u jsemmi maġistrati b'maġistrat kemm hemm kawżi kriminali (kumpilazzjonijiet) diferiti għas-sentenza u kemm ilhom hekk differiti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16212 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kawżi ċivili diferiti għas-sentenzi

Question

Jista' l-Ministru jindika preżentament u jagħti dettalji u jsemmi imħallef b'imħallef kemm hemm kawżi ċivili diferiti għas-sentenza? Kemm ilhom diferiti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16213 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

reati konnessi b'sewqan taħt influwenza tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 kemm kien hemm nies imressqa l-Qorti b'reati konnessi b'sewqan taħt influwenza tax-xorb?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 333 persuna mressqa l-Qorti b'reati konnessi ma' sewqan taħt l-influwenza tax-xorb kif spjegat fit-tabella ta' hawn taħt:- Sena Numru ta' Persuni 2007 108 2008 92 2009 84 2010 49 (sal-aħħar ta' Marzu) TOTAL 333
Leg 11 PQ #16214 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — lawrja ta' avukat jew prokuratur legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm preżentament uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija għandhom il-lawrja ta' avukat jew prokuratur legali u jindika x'tip ta' xogħol qed jiġi assenjat lilhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm ħames uffiċjali li għandhom il-lawrja ta' Avukat u tnejn ta' Prokuratur Legali. Infurmat ukoll li dawn l-uffiċjali jiġu assenjati xogħol skont il-ħtieġa tal-Korp.

proċess għan-nomina ta' Malta għall-imħallef quddiem il-Qorti Ewropea

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jindika fiex wasal il-proċess għan-nomina ta' Malta għall-Imħallef sabiex jippresjedi quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem? Jista' jikkonferma jew le jekk il-gvern għażilx in-nomina tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika min huma?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #16204 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

verdett tal-ġurija quddiem il-Qorti tal-Appell

Question

Jista' l-Ministru jgħid għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 kemm saru appelli mill-verdett ta' ġurija quddiem il-Qorti tal-Appell kolleġġjament preseduta u jgħid kemm minn dawn l-appelli ġew milqugħa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-2007 sa Marzu 2010 ġew introdotti 41 appell minn verdett ta' ġurija quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali. Minn dawn ġew milqugħa 3 appelli.
Leg 11 PQ #16205 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

priġunieri li ngħataw dritt għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm matul is-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 sena b'sena, kemm-il priġunier ingħata dritt li jattendi għal xogħol u kemm-il priġunier ingħata dritt jattendi korsijiet barra mill-ħabs?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien hemm 71 priġunier li ngħataw il-benefiċċju li jattendu xogħol u/jew korsijiet barra mill-Faċilità kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:-