Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #38772 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul dawn l-aħħar sentejn, kemm ġew ingaġġati nies ġodda fid-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #38773 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar sentejn, kemm ġew ingaġġati nies ġodda fid-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq ninforma lill Onorevoli Membru illi matul, dawn l-aħħar sentejn u cioe' bejn 1 ta' Jannar 2011 u it-30 ta' Novembru 2012 f'Malta ġew ingaġġati tletin (30) ħaddiema mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Fl-istess żmien, spiċċaw mis-servizz pubbliku 31 impjegat.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar sentejn, kemm ġew ingaġġati nies ġodda fid-dekasteru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar sentejn, kemm ġew ingaġġati nies ġodda fid-dekasteru tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Informazzjoni għada qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f' seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar sentejn, kemm ġew ingaġġati nies ġodda fid-dekasteru tiegħu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Belt Valletta — proprjetajiet kummerċjali - tiġdid tal-kirja

Question

B'referenza għall-istqarrija li l-gvern ħareġ rigward 475 prorpjetà kummerċjali fil-Belt Valletta u li dawn se tiġġedilhom il-kirja għal 45 sena flokk tibqa tiġġeded kull sitt xhur kif huma llum, jista' l-Ministru jgħid kemm-il waħda minn dawn il-proprjetajiet ġew kontrollati mill-Ministeru biex jiġi stabbilit jekk hux qed jitmexxew mill-inkwilini oriġinali, u cioè dik il-persuna li tidher fuq il-kuntratt tal-kirja, jew minn xi terza persuna bi ftehim mal-inkwilin permezz ta' xi forma ta' sullokazzjoni, management agreement, operating agreement, profit sharing agreement jew arranġamenti simili? Għal dawn l-istabbilimenti fejn jinstab li l-inkwilin għadda n-negozju lil terzi bi kwalunkwe mod, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kirja tiegħu hijiex se tiġġedded xorta waħda, jew se tintemm kif sar fil-każ indikat fil-mistoqsija parlamentari 38047?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta.

talba għa mediċina b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-gvern mhux qed jipprovdi b’xejn lil persuna d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament il-mediċina li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jaf il-Ministru li l-persuna indikata m’għandiex il-mezz finanzjarji biex tagħmel tali trattament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċini Peg-interferon alfa u Ribavirin mhumiex fil-formularju tal-Gvern jiġifieri mhumiex fil-lista ta’ mediċini li l-Gvern jagħti b’xejn.

tender fuq post fil-Belt

Question

B'referenza għall-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ngħata b'tender u peress li fit-tender document li ħareġ dwar l-istess fond kien hemm stipulat li min jieħu t-tender iħallas is-somma ta' €48,600 għall-furnishings and fittings li minnhom €4,860 kellhom imorru għall-gvern, ma jidhirlux il-Ministruli l-kumpens kienx dovut għall-inkwilini preċedenti? Jista' jispjega għalfejn dan għadu ma tħallasx?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li l-kirja tal-fond li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament ma reġgħetx ġiet imġedda. Dan sar wara li ġie stabbilit li l-kerrej kiser il-kundizzjoni tal-kirja u issulloka dan il-fond lil terzi. Irriżulta li f’dan il-fond il-kumpanija li kellhom ftehim mal-kerrej investew ammont sostanzjali ta’ flus f’dan il-fond biex joperawh bħala restaurant, u għaldaqstant ġie deċiż li dan il-fond jerġa jinkera permezz ta’ sejħa għall-offerti bil-kundizzjoni li min jieħu l-offerta, jrid iħallas is-somma ta’ €48,600 għal furnishings and fittings li tħallew fil-post, li minnhom 10% ta’ din is-somma kellha titħallas lill-Gvern. Il-kumplament ta’ din is-somma tħallset lill-aħħar okkupant ta’ dan il-fond.

Furjana — Binja ġdida ta' Balzunetta - appartamenti mhux allokati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fadal appartamenti mhux allokati fil-binja l-ġdida tal-gvern f'Balzunetta l-Furjana?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-appartmenti kollha fit-Triq l-Iljun/Triq l-Argotti Furjana li huma ghall-housing socjali gew allokati kollha.

fond abbandunat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33750, jaf il-Ministru li l-persuni li kienu oriġinarjament jirrisjedu f'dan il-post, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament ġew nieqsa? Jaf il-Minsitru li l-persuna għand min spiċċa dan il-fond, u cioè bint iż-żewġ persuni li kienu jirrissjedu f’dan il-post, tat iċ-ċwievet ta’ dan il-fond lil persuna oħra li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn spezzjonijiet li għamlet l-Awtorita’ tad-Djar jirrizulta li l-post mhuwiex abbandunat izda okkupat mill-inkwilin b'mod legali.

Ċekkijiet taċ-Children Allowances mhux imsarrfa

Question

Jaf il-Ministru li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, bi żball ma kinetx sarfet xi ċekkijiet taċ-children allowance fl-1996? Jaf li din il-persuna ilha minn dak iż-żmien titħabat sabiex jerġa' joħorġulha ċ-ċekkijiet ġodda iżda inutilment? Jista' jintervjeni f'din id-deċiżjoni sabiex issir ġustizzja magħha?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li iż-żmien sabiex ċekk jissarraf huwa ta sitt xhur. Jekk jaqbżu tkun trid issir talba sabiex jerġa jingħata data oħra sabiex ikun jista’ jissarraf. Jekk jaqbżu is-sentejn iċ-ċekk ma jibqax validu u ma jkunx jista’ jissarraf. Ma jidhirx li l-persuna msemmija għamlet talba qabel is-sentejn mid-data taċ-ċekk oriġinali.

talba biex issir operazzjoni

Question

Jafx il-Ministru li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li kien involut f’inċident waqt xogħol mal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun u li kawża ta’ dan l-inċident huwa għandu bżonn operazzjoni u għalhekk ma jistax jaħdem u li ilu għal aktar minn sena f’dawn iċ-ċirkostanzi? Jafx il-Ministru li ilu jistenna dan iż-żmien kollu sabiex isirlu intervent kirurgiku fl-Isptar Mater Dei? Jidhirlu l-Ministru li dan huwa żmien inaċċettabbli u għalhekk għandu jintervjeni sabiex isirlu l-intervent li għandu bżonn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-pazjent li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġie eżaminat fl-l ta’ Lulju ta' l-2012 fejn ġie deċiż li l-aħjar soluzzjoni għaliħ tkun Right Total Knee Arthroplasty. Ghaldaqstant il-pazjent imsemmi tpoġġa fuq il-lista għal din l-operazzjoni minn dik in-nhar.

skemi għax-xiri tad-dar — diskrepanza

Question

Jidhirlu l-Ministru għal dak li jikkonċerna skemi għax-xiri tad-dar li hemm dispkrepanza inġusta bejn skema A “Sir sid ta’ darek” u skema B “Ninvesti fid-dar tiegħi”? Jaf il-Ministru li fi skema waħda, A, l-inkwilin li ma jkollux assi kapitali li ma jeċċedux il-€100,000 jingħata sussidju sat-30% fil-prezz u jista’ jixtri l-fond by instalments, filwaqt li fi skema l-oħra B, ma jingħata l-ebda sussidju ta’ xejn jekk ikollu tali assi kapitali? Jafx ukoll li taħt l-iskema A l-inkwilin jista’ jixtri l-fond by instalments filwaqt li taħt l-iskema B ma jistax? Jidhirlu li din hija inġustizzja manifesta u li l-iskema B għandha tiġi riveduta?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant billi naghmel referenza ghat-twegiba moghtija f’PQ 35175 datata 29 ta’ Mejju 2012 u nzid illi kull skema hija differenti minn ohra. F’dan il-kaz fit-tieni skema ma kienx hemm xiri t’art bhal ma kien hemm fuq possession and use ghalhekk kien hemm spejjez inqas ta’ xiri t’art u ghalhekk l-Awtorita’ tad-Djar setghet tohrog din l-iskema b’dan il-mod.

Stallazzjoni ta' lift

Question

Japprezza l-Ministru li n-nies li joqogħdu fi blokk appartamenti li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed ibatu ferm peress li hemm ħafna turġien u mhemmx lift? Japprezza li l-Awtorità tad-Djar qed tirrifjuta li tistalla lift minħabba diskrepanza żgħira ta’ 24 ċentimetru fil-wesgħa tat-taraġ? Jidhirlux li dan l-ostaklu daqstant żgħir jistax jiġi facilment superat billi per eżempju, jinstab lift kemxejn izghar minn size standard? Jidhirlux li fiż-żminijiet tal-lum mhux aktar aċċettabbli li blokk appartamenti daqshekk għoli ma jkollux il-faċilità ta’ lift?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar qatt ma rrifjutat illi tinstalla lift ghax hija sensittiva ghall-bzonnijiet t’accessibilità. L-Onorevoli Interpellant jifhem, izda, illi l-Awtorità trid timxi mal-Ligi, inkluz regolamenti tal-MEPA u KNPD.

Land Arbitration Board — sentenzi mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sentenzi mogħtija mil-Land Arbitration Board xahar b’xahar minn Diċembru 2011 sa Settembru 2012? Jista’ jgħid kemm minn dawn is-sentenzi xahar b’xahar ġew appellati? X’inhu l-ammont totali li l-Land Arbitration Board ta lis-siden fis-sentenża li ġew appellati?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-ONorevoli Interpellant li minn Diċembru 2011 sa Settembru 2012 il-Land Arbitration Board ta’ sebgħa u tletin (37) sentenza kif ġej: Xahar Numru ta’ Sentenzi Numru ta’ Appelli minn dawn is-Sentenzi Diċembru 2011 2 0 Jannar 2012 1 1 Frar 2012 14 12 Marzu 2012 10 6 April 2012 0 0 Mejju 2012 1 0 Ġunju 2012 9 5 Lulju 2012 0 0 Awwissu 2012 0 0 Settembru 2012 0 0 TOTAL 37 24 Ammont Totali li l-Land Arbitration Board ta lis-sidien fis-sentenzi appellati - €2,507,509.17
Leg 11 PQ #36953 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Intern

Gwardjani tal-Ħabs

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm beħsiebu jħaddem gwardjani tal-Ħabs u xi kwalifiki irid ikollhom biex jiġi magħżula?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-kriterji u l-kwalifiki li jirrendu applikant eliġibbli biex jiġi kkunsidrat għal ħatra bħala Gwardjan tal-Ħabs huma dawk imħabbra fis-sejħa għall-Uffiċjali Korrettivi li kienet ippubblikata fil-Gażżetta tal-Gvern tal-31 ta’ Awwissu 2012. In-numru ta’ Gwardjani li jinħatru jkun jiddependi min-numru ta’ kandidati bil-potenzjal li jissoddisfaw il-kriterji kollha tal-għażla u l-mod kif jiżvilluppa l-proċess tas-selezzjoni.
Leg 11 PQ #36831 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Intern

Proġett ta' żvilupp fl-inħawi ta' Marsamxetto fil-Belt Valletta

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta x'se jsir u x'inhu l-proġett ta żvilupp fl-inħawi ta' Marsamxetto fil-Belt Valletta inkluż il-banjijiet? Jidirlux li dan l-proġett se jaffetwa ħażin in-nies tal-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jindika eżattament għal-liema proġett qed jirreferi.

Reġistratur tal-Qorti — digriet tal-Qorti tal-Maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ir-Reġistratur tal-Qorti għadu ma mxiex mad-digriet tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRIS)

B’referenza għall-interpellanza tal-Onor Membru jiġi sottomess li meta jkun hemm ordni tal-Qorti biex jiġu mibdija proċeduri ta’ disprezz fil-konfront ta’ xi persuna, kif kienet l-ordni tal-Qorti f’dan il-kaz, il-kaz jgħaddi għand il-konsulent legali tad-Dipartiment biex jieħu ħsieb jipprepara u jibda l-istess proċeduri. Fil-każ in kwistjoni, wara li sar ix-xogħol kollu meħtieġ, l-atti ġew ippreżentati fil-Qorti nhar il-Ġimgha 10 ta’ Awwissu, 2012.